This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0827
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/827 of 13 March 2019 on criteria to be fulfilled by the professional operators in order to comply with the conditions set out in Article 89(1) point (a) of Regulation (EU) 2016/2031 of the European Parliament and of the Council and procedures to ensure that those criteria are met
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/827 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-kriterji li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonisti sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-proċeduri biex jiġi żgurat li dawk il-kriterji jintlaħqu
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/827 tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-kriterji li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonisti sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-proċeduri biex jiġi żgurat li dawk il-kriterji jintlaħqu
C/2019/1882
ĠU L 137, 23.5.2019, pp. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
23.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/10 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/827
tat-13 ta' Marzu 2019
dwar il-kriterji li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonisti sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-proċeduri biex jiġi żgurat li dawk il-kriterji jintlaħqu
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 89(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/2031 jipprevedi li passaport tal-pjanti jenħtieġ li jinħareġ għaċ-ċaqliq ta' ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra fit-territorju tal-Unjoni u lejn żona protetta u fiha. |
|
(2) |
Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni li tinsab fil-passaport tal-pjanti, kif ukoll l-eżamijiet meħtieġa għall-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti, ikunu bbażati fuq għarfien espert xjentifiku u tekniku sod, il-passaporti tal-pjanti jistgħu jinħarġu biss mill-operaturi awtorizzati taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti. |
|
(3) |
Jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti kriterji biex jiġi żgurat li l-operaturi professjonisti jkollhom l-għarfien meħtieġ tar-regoli li jikkonċernaw il-pesti li jistgħu jaffettwaw ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħrajn, kif ukoll il-miżuri għall-prevenzjoni tal-preżenza u t-tixrid ta' dawk il-pesti. |
|
(4) |
Se tkun meħtieġa proċedura biex jiġi żgurat li l-kriterji kollha msemmija fl-Artikolu 89(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031 jiġu ssodisfati, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-operaturi awtorizzati kollha jkunu konxji mill-informazzjoni meħtieġa għall-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu disponibbli dokument tekniku li jkun fih l-informazzjoni dwar il-bijoloġija tal-pesti u l-vetturi rispettivi, u dwar l-aspetti rilevanti tal-bijoloġija tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u ta' oġġetti oħra bħala ospitanti tagħhom, u dwar it-twettiq ta' eżamijiet, il-prevenżjoni tal-preżenza u t-tixrid tal-pesti rispettivi u l-istabbiliment ta' pjan. |
|
(5) |
Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi professjonisti jkollhom iż-żmien xieraq biex jippreparaw għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet t'hawn fuq, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-14 ta' Diċembru 2020. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kriterji li jeħtieġ jiġu ssodisfati mill-operaturi professjonisti awtorizzati li joħorġu l-passaporti tal-pjanti
L-operaturi professjonisti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin sabiex ikunu eliġibbli għall-awtorizzazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti:
|
(a) |
ikunu wrew lill-awtorità kompetenti l-għarfien meħtieġ tar-regoli applikabbli rilevanti applikabbli għall-eżamijiet imwettqa skont l-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2016/2031 fir-rigward tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni, il-pesti soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031, il-pesti tal-kwarantina f'żoni protetti u l-pesti mhux tal-kwarantina rregolati fl-Unjoni li jistgħu jaffettwaw lill-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati; |
|
(b) |
ikunu wrew lill-awtorità kompetenti l-għarfien meħtieġ tal-aħjar prattiki, tal-miżuri u ta' azzjonijiet oħra meħtieġa għall-prevenzjoni tal-preżenza u t-tixrid tal-pesti msemmija fil-punt (a); |
|
(c) |
ikollhom pjan effikaċi li jeħtieġ jiġi segwit fil-każ ta' kwalunkwe okkorrenza jew sejba suspettuża tal-pesti msemmija fil-punt (a) li taffettwa jew li x'aktarx taffettwa lill-pjanti, lill-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra tagħhom; |
|
(d) |
ikunu wrew lill-awtorità kompetenti l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa għat-twettiq tal-eżamijiet neċessarji tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra għall-pesti rilevanti, u għat-teħid tal-miżuri msemmija fil-punt (b); |
|
(e) |
ikunu wrew lill-awtorità kompetenti li għandhom fil-pussess tagħhom jew għandhom aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet meħtieġa għat-twettiq tal-eżamijiet neċessarji tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti jew oġġetti oħra, kif ukoll għandhom fil-pussess tagħhom il-kapaċità li jieħdu l-miżuri msemmija fil-punt (b); |
|
(f) |
ikunu ħatru persuna ta' kuntatt responsabbli għall-komunikazzjoni mal-awtorità kompetenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u jkunu kkomunikaw id-dettalji ta' kuntatt tiegħu lill-awtorità kompetenti. |
Artikolu 2
Proċeduri għall-iżgurar li jiġu ssodisfati l-kriterji għall-operaturi professjonisti
1. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operaturi professjonisti jkollhom aċċess għal gwida teknika dwar il-kriterji li jeħtieġ jiġu ssodisfati fl-eżamijiet marbuta mal-ħruġ tal-passaporti tal-pjanti.
Din il-gwida teknika għandha tkun aċċessibbli permezz tas-sit web uffiċjali ta' kull awtorità kompetenti, u għandu jkollu l-elementi kollha li ġejjin:
|
(a) |
informazzjoni dwar il-bijoloġija tal-pesti u l-vetturi rispettivi, u dwar l-aspetti rilevanti tal-bijoloġija tal-ospitanti kkonċernati; |
|
(b) |
informazzjoni dwar is-sinjali tal-preżenza ta' dawk il-pesti u s-sintomi ta' infestazzjoni tal-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra mill-pesti rispettivi, il-modalitajiet għat-twettiq ta' spezzjonijiet viżivi, kif ukoll it-teħid ta' kampjuni u l-ittestjar; |
|
(c) |
informazzjoni dwar l-aħjar prattiki, il-miżuri u azzjonijiet oħra li jeħtieġ jittieħdu għall-prevenzjoni tal-preżenza u t-tixrid tal-pesti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 1; |
|
(d) |
informazzjoni dwar l-istabbiliment u l-kontenut tal-pjan imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1. |
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex jivverifikaw li l-operaturi professjonisti jikkonformaw mal-kriterji kollha stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-14 ta' Diċembru 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER