This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D1680
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1680 of 7 October 2019 correcting the Czech language version of Implementing Decision (EU) 2019/436 on the harmonised standards for machinery drafted in support of Directive 2006/42/EC of the European Parliament and of the Council
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1680 tas-7 ta’ Ottubru 2019 li tikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Ċeka tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1680 tas-7 ta’ Ottubru 2019 li tikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Ċeka tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2019/7108
ĠU L 257, 8.10.2019, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/08/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D1586
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32019D0436 | (CS) Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu mhux numerat 2 | 28/10/2019 | |
Modifies | 32019D0436 | (CS) Sostituzzjoni | artikolu 2 | 28/10/2019 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32023D1586 | 02/08/2023 |
8.10.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 257/47 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1680
tas-7 ta’ Ottubru 2019
li tikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Ċeka tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1),u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Wara li kunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 10 tagħha,
Billi:
(1) |
Il-verżjoni tal-lingwa Ċeka tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 (3) fiha l-iżbalji fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2 fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk u sa fejn il-makkinarju manifatturat f’konformità mal-istandards armonizzati elenkati fl-Annessi II u III ta’ dik id-Deċiżjoni, huwa preżunt li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali u rilevanti tas-saħħa u s-sikurezza tad-Direttiva 2006/42/KE. |
(2) |
Il-verżjoni tal-lingwa Ċeka tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/436 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħra mhumiex affettwati, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24.
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/436 tat-18 ta’ Marzu 2019 dwar l-istandards armonizzati għall-makkinarju abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 75, 19.3.2019, p. 108).