This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018L0484
Commission Implementing Directive (EU) 2018/484 of 21 March 2018 amending Directive 93/49/EEC as regards requirements to be fulfilled by the propagating material of certain genera or species of Palmae in respect of Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)
Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/484 tal-21 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 93/49/KEE fir-rigward ta' rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-materjal ta' propagazzjoni ta' ċerti ġeneri jew speċi ta' Palmae fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)
Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/484 tal-21 ta' Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 93/49/KEE fir-rigward ta' rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-materjal ta' propagazzjoni ta' ċerti ġeneri jew speċi ta' Palmae fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)
C/2018/1603
ĠU L 81, 23.3.2018, p. 10–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993L0049 | Żieda | anness Test | 12/04/2018 | |
Modifies | 31993L0049 | Żieda | artikolu 3a | 12/04/2018 |
23.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 81/10 |
DIRETTIVA TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/484
tal-21 ta' Marzu 2018
li temenda d-Direttiva 93/49/KEE fir-rigward ta' rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-materjal ta' propagazzjoni ta' ċerti ġeneri jew speċi ta' Palmae fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(5) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) instab f'ħafna mit-territorji mhedda fl-Unjoni u ġie konkluż li dan l-organiżmu ta' ħsara issa huwa magħruf li jokkorri f'parti sostanzjali tat-territorju tal-Unjoni. Għaldaqstant, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/365/KE (2) dwar miżuri ta' emerġenza fir-rigward tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) tħassret bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/490 (3). |
(2) |
Ir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) joħloq ħsara serja lill-pjanti tal-ispeċi ospitanti li ġejjin mill-familja tal-Palmae, ħlief lill-pjanti bid-dijametru taz-zokk fil-bażi ta' inqas minn 5 cm. |
(3) |
Dawk il-pjanti jinsabu f'ħafna partijiet tal-Unjoni fejn jitħawlu f'ammonti kbar għal finijiet ornamentali u huma ta' importanza kbira ambjentali u ekonomika. |
(4) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi biex tiġi żgurata l-kwalità tal-materjal tal-propagazzjoni ta' ċerti ġeneri u speċi ta' Palmae, li huma kummerċjalizzati ta' spiss fl-Unjoni u li huma f'riskju li jiġu infettati minn dak l-organiżmu ta' ħsara jekk it-tali rekwiżiti ma jiġux sodisfatti. Jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti jinkludu kundizzjonijiet speċifiċi dwar it-tkabbir jew it-trattament ta' dak il-materjal, kif ukoll il-kundizzjoni li jkun ħieles mir-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier). |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Direttiva 93/49/KEE (4) tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emenda tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE hija emendata kif ġej:
(1) |
Jiżdied l-Artikolu 3a li ġej: “Artikolu 3a Il-materjal tal-propagazzjoni tal-Palmae ġej mill-ġeneri u l-ispeċi msemmija fl-Anness u li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta' iktar minn 5 cm, għandu jikkonforma ma' wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar iż-żoni protetti adottati skont il-punt (h) tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/29/KE” |
(2) |
L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Traspożizzjoni
(1) L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, kif ukoll tabella ta' korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Ottubru 2018.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, meta jiġu ppubblikati uffiċjalment dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
(2) L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/365/KE tal-25 ta' Mejju 2007 dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) (ĠU L 139, 31.5.2007, p. 24).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/490 tal-21 ta' Marzu 2018 li tħassar id-Deċiżjoni 2007/365/KE dwar miżuri ta' emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tar-Rhynchophorus ferrugineus (Olivier) (ara l-paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/49/KEE tat-23 ta' Ġunju 1993 li tistabbilixxi l-iskeda li tindika l-kondizzjonijiet li għandhom ikunu milħuqa mill-materjal propagattiv ta' pjanti ornamentali u mill-pjanti ornamentali permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 91/682/KEE (ĠU L 250, 7.10.1993, p. 9).
ANNESS
Fl-Anness, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata “Narcissus L.” fit-tabella:
Genus jew speċi |
Organiżmi ta' ħsara u ta' mard speċifiċi |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Insetti, miti u nematodi fl-istadji kollha tal-iżvilupp tagħhom
|