EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D2021

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2021 tas-17 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/348 fir-rigward tal-konsistenza tal-miri reveduti fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali emendati li ppreżentaw il-Portugall u r-Rumanija (notifikata bid-dokument C(2018) 8489) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

C/2018/8489

ĠU L 323, 19.12.2018, p. 18–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2018/2021/oj

19.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/18


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/2021

tas-17 ta' Diċembru 2018

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/348 fir-rigward tal-konsistenza tal-miri reveduti fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali emendati li ppreżentaw il-Portugall u r-Rumanija

(notifikata bid-dokument C(2018) 8489)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri jridu jadottaw pjanijiet nazzjonali jew pjanijiet għal blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali (“FABs”), fosthom miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali, li jiżguraw il-konsistenza mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha. Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 jistipula wkoll li l-Kummissjoni trid tivvaluta l-konsistenza ta' dawk il-miri abbażi tal-kriterji ta' valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(6)(d) ta' dak ir-Regolament. Fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 ġew stabbiliti regoli dettaljati dwar dan.

(2)

Wara li vvalutat il-pjanijiet tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/348 (3) li, fost l-oħrajn, stabbiliet li l-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-Portugall u tar-Rumanija li kienu inklużi fil-pjan tal-prestazzjoni tal-FAB tal-Lbiċ u tal-FAB tad-Danubju, rispettivament, kienu konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza (mill-2015 sal-2019).

(3)

Il-Kummissjoni sussegwentement adottat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1782 (4) li tippermetti li jiġu reveduti l-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-2018 u għall-2019 għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru tal-Portugall u tar-Rumanija skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013.

(4)

Fuq dik il-bażi, il-Portugall u r-Rumanija rrevedew dawk il-miri u emendaw il-pjanijiet tal-prestazzjoni tagħhom kif xieraq.

(5)

Il-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni (“PRB”) li, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, jgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni, ivvaluta d-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Portugall u mir-Rumanija. Ir-rapport mill-PRB dwar il-valutazzjoni tal-miri reveduti għall-Portugall ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fl-20 ta' Settembru 2018 u ġie aġġornat fit-12 ta' Ottubru 2018.

(6)

Ir-rapport mill-PRB dwar il-valutazzjoni tal-miri reveduti għar-Rumanija ġie ppreżentat lill-Kummissjoni fis-16 ta' Ottubru 2018.

(7)

Il-Kummissjoni vvalutat dawk il-pjanijiet emendati u b'mod partikolari l-miri reveduti, skont l-Artikolu 14 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, u kkunsidrat id-dokumentazzjoni li rċeviet u r-rapporti mill-PRB. Il-konsistenza tal-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, mogħtija fi spejjeż determinati għal kull unità en route jew tat-terminal, mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha, ġiet ivvalutata skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 flimkien mal-punt 1 tiegħu. Il-Kummissjoni kkunsidrat b'mod partikolari x-xejra tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza meta mqabbla mal-mira ta' tnaqqis ta' 3,3 % fis-sena, bħala medja, u tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza (mill-2012 sal-2019) meta mqabbla mal-mira ta' tnaqqis ta' 1,7 % fis-sena, bħala medja. Barra minn hekk, ikkunsidrat il-livell tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route meta mqabbla ma' dawk ta' Stati Membri b'ambjent ekonomiku u operazzjonali simili.

(8)

Fir-rigward tal-Portugall, il-valutazzjoni wriet li l-miri reveduti huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat ta' 2 % fis-sena, bħala medja, tal-ispejjeż tagħha determinati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza. Dan huwa inqas mill-mira ta' tnaqqis għall-ispejjeż medji determinati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha tul dak il-perjodu. Madankollu, il-mira reveduta tal-Portugall għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż determinati għal kull unità en route ppjanati li huma ferm inqas (– 30 %) mill-ispejjeż medji determinati għal kull unità en route ta' Stati Membri b'ambjent ekonomiku u operazzjonali simili għal dak tal-Portugall. Tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż determinati għal kull unità en route ppjanati jonqsu b'rata ferm ogħla (– 4 %) mill-mira għall-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miri reveduti tal-Portugall għall-2018 u għall-2019 huma konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza.

(9)

Fir-rigward tar-Rumanija, il-valutazzjoni wriet li l-miri reveduti huma bbażati fuq tnaqqis ippjanat ta' 3,2 % fis-sena, bħala medja, tal-ispejjeż tagħha determinati għal kull unità en route tul it-tieni perjodu ta' referenza. Dan huwa kemm kemm inqas mill-mira ta' tnaqqis għall-ispejjeż medji determinati għal kull unità en route għall-Unjoni kollha tul dak il-perjodu. Il-mira reveduta tar-Rumanija għall-2019 hija bbażata fuq spejjeż determinati għal kull unità en route ppjanati li huma inqas (– 1,5 %) mill-ispejjeż medji determinati għal kull unità en route ta' Stati Membri b'ambjent ekonomiku u operazzjonali simili għal dak tar-Rumanija. Tul il-perjodu kkombinat tal-ewwel u tat-tieni perjodu ta' referenza, l-ispejjeż determinati għal kull unità en route ppjanati jonqsu bl-istess rata (– 1,7 %) meta mqabbla mal-mira għall-Unjoni kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miri reveduti tar-Rumanija għall-2018 u għall-2019 huma konsistenti mal-miri għall-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għat-tieni perjodu ta' referenza.

(10)

Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/348 tiġi emendata sabiex jitqiesu l-miri reveduti tal-Portugall u tar-Rumanija.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/348 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/348 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar il-konsistenza ta' ċerti miri inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 55).

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1782 tal-15 ta' Novembru 2018 li tippermetti li jiġu rreveduti l-miri għar-Rumanija u għall-Portugall fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-2018 u għall-2019 għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 390/2013 (ĠU L 292, 19.11.2018, p. 4).


ANNESS

“ANNESS

Il-miri ta' prestazzjoni fl-oqsma ewlenin tal-prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjanijiet nazzjonali jew tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, li nstabu li huma konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA

L-Effettività tal-Ġestjoni tas-Sikurezza (EOSM) u l-applikazzjoni tal-klassifikazzjoni tas-severità bbażata fuq il-metodoloġija tal-Għodda għall-Analiżi tar-Riskju (RAT)

STAT MEMBRU

FAB

EOSM

Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) mal-art f'perċentwali (skont ir-RAT)

Livell kumplessiv tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) f'perċentwali (skont ir-RAT)

 

Fil-livell

tal-Istat

Fil-livell

tal-ANSP

2017

2019

2017

2019

 

SC

MO oħrajn

SMI

RIs

ATM-S

SMI

RIs

ATM-S

SMI

RIs

ATM-S

SMI

RIs

ATM-S

L-Awstrija

FAB CE

C

D

D

94,17

93,33

80

100

100

100

80

80

80

80

80

100

Il-Kroazja

Iċ-Ċekja

L-Ungerija

Is-Slovakkja

Is-Slovenja

L-Irlanda

UK - IR

C

C

D

80

80

80

100

100

100

80

80

80

80

80

100

Ir-Renju Unit

Il-Belġju/il-Lussemburgu

FAB EC

C

C

D

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

100

100

≥ 80

≥ 80

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

Franza

Il-Ġermanja

In-Netherlands

[L-Iżvizzera]

Il-Polonja

Il-Baltiku

C

C

D

≥ 80

≥ 80

≥ 80

100

100

100

≥ 80

≥ 80

≥ 80

90

90

100

Il-Litwanja

Ċipru

Blue Med

C

C

D

80

80

80

100

100

100

80

80

80

95

95

100

Il-Greċja

L-Italja

Malta

Il-Bulgarija

Id-Danubju

C

C

D

90

90

80

100

100

100

80

85

80

90

90

100

Ir-Rumanija

Id-Danimarka

DK - SE

C

C

D

80

80

80

100

100

100

80

80

80

80

80

100

L-Iżvezja

L-Estonja

NEFAB

C

C

D

95

95

85

100

100

100

90

90

85

100

100

100

Il-Finlandja

Il-Latvja

[In-Norveġja]

Il-Portugall

SW

C

D

D

90

90

90

100

100

100

80

80

90

80

80

100

Spanja

Abbrevjazzjonijiet:

“SC”

:

l-għan ta' ġestjoni tal-“kultura tas-sikurezza” kif imsemmi fil-punt 1.1.(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013

“MO oħrajn”

:

l-għanijiet ta' ġestjoni elenkati fil-punt 1.1.(a) tat-Taqsima 2 tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 għajr il-“kultura tas-sikurezza”

“RIs”

:

l-inkursjonijiet fuq ir-runway

“SMI”

:

il-ksur tas-separazzjoni minima

“ATM-S”

:

l-okkorrenzi speċifiċi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM)

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT

L-effiċjenza ta' titjira en route orizzontali tat-trajettorja reali

STAT MEMBRU

FAB

MIRA TAL-FAB B'RABTA MAL-AMBJENT (%)

2019

L-Awstrija

FAB CE

1,81

Il-Kroazja

Iċ-Ċekja

L-Ungerija

Is-Slovakkja

Is-Slovenja

L-Irlanda

UK - IR

2,99

Ir-Renju Unit

Il-Belġju/il-Lussemburgu

FAB EC

2,96

Franza

Il-Ġermanja

In-Netherlands

[L-Iżvizzera]

Il-Polonja

Il-Baltiku

1,36

Il-Litwanja

Ċipru

Blue Med

2,45

Il-Greċja

L-Italja

Malta

Il-Bulgarija

Id-Danubju

1,37

Ir-Rumanija

Id-Danimarka

DK - SE

1,19

L-Iżvezja

L-Estonja

NEFAB

1,22

Il-Finlandja

Il-Latvja

[In-Norveġja]

Il-Portugall

SW

3,28

Spanja

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

Id-dewmien fil-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (AFTM) en route f'minuti għal kull titjira

STAT MEMBRU

FAB

MIRA TAL-FAB B'RABTA MAL-KAPAĊITÀ EN ROUTE

2015

2016

2017

2018

2019

L-Irlanda

UK - IR

0,25

0,26

0,26

0,26

0,26

Ir-Renju Unit

Il-Polonja

Il-Baltiku

0,21

0,21

0,21

0,22

0,22

Il-Litwanja

Id-Danimarka

DK - SE

0,10

0,10

0,10

0,09

0,09

L-Iżvezja

L-Estonja

NEFAB

0,12

0,12

0,13

0,13

0,13

Il-Finlandja

Il-Latvja

[In-Norveġja]

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Didaskalija:

Simbolu

X'jirrappreżenta s-simbolu

Unitajiet

(A)

It-total tal-ispejjeż determinati en route

(f'termini nominali u fil-munita nazzjonali)

(B)

Rata tal-inflazzjoni

(%)

(C)

Indiċi tal-inflazzjoni

(100 = 2009)

(D)

It-total tal-ispejjeż determinati en route

(fi prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

(E)

It-total tal-unitajiet tas-servizzi en route

(f'unitajiet tas-servizzi totali (TSUs))

(F)

L-ispiża ddeterminata għal kull unità (DUC) en route

(fi prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali)

FAB TAL-BALTIKU

Żona tal-Imposti: Il-Litwanja – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

23 316 993

23 342 321

24 186 978

25 093 574

25 748 766

(B)

1,7 %

2,2 %

2,5 %

2,2 %

2,2 %

(C)

112,9

115,4

118,4

121,0

123,7

(D)

20 652 919

20 223 855

20 434 886

20 737 566

20 814 037

(E)

490 928

508 601

524 877

541 672

559 548

(F)

42,07

39,76

38,93

38,28

37,20


Żona tal-Imposti: Il-Polonja – Munita: PLN

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

658 592 342

687 375 337

807 874 605

840 660 505

795 098 157

(B)

2,4 %

2,5 %

1,1 %

1,9 %

2,4 %

(C)

115,9

118,7

111,3

113,4

116,1

(D)

568 474 758

578 848 069

725 678 008

741 339 221

685 060 982

(E)

4 362 840

4 544 000

4 299 929

4 419 000

4 560 000

(F)

130,30

127,39

168,77

167,76

150,23

BLUE MED FAB

Żona tal-Imposti: Ċipru – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

52 708 045

53 598 493

55 916 691

57 610 277

59 360 816

(B)

1,6 %

1,7 %

1,7 %

1,8 %

2,0 %

(C)

112,9

114,8

116,8

118,9

121,3

(D)

46 681 639

46 676 772

47 881 610

48 459 560

48 952 987

(E)

1 395 081

1 425 773

1 457 140

1 489 197

1 521 959

(F)

33,46

32,74

32,86

32,54

32,16


Żona tal-Imposti: Il-Greċja – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

147 841 464

151 226 557

155 317 991

156 939 780

164 629 376

(B)

0,3 %

1,1 %

1,2 %

1,3 %

1,6 %

(C)

107,9

109,1

110,4

111,8

113,6

(D)

136 958 572

138 630 543

140 635 901

140 350 008

144 936 752

(E)

4 231 888

4 318 281

4 404 929

4 492 622

4 599 834

(F)

32,36

32,10

31,93

31,24

31,51


Żona tal-Imposti: Malta – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

17 736 060

19 082 057

20 694 940

21 720 523

22 752 314

(B)

1,7 %

1,8 %

1,7 %

1,7 %

1,7 %

(C)

111,9

114,0

115,9

117,9

119,9

(D)

15 844 908

16 745 957

17 857 802

18 429 483

18 982 242

(E)

609 000

621 000

880 000

933 000

990 000

(F)

26,02

26,97

20,29

19,75

19,17

FAB TAD-DANUBJU

Żona tal-Imposti: Il-Bulgarija – Munita: BGN

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

166 771 377

172 805 739

219 350 068

228 283 095

232 773 544

(B)

0,9 %

1,8 %

1,1 %

1,2 %

1,4 %

(C)

110,1

112,1

106,9

108,1

109,7

(D)

151 495 007

154 219 178

205 254 233

211 080 244

212 260 655

(E)

2 627 000

2 667 000

3 439 000

3 611 824

3 745 039

(F)

57,67

57,82

59,68

58,44

56,68


Żona tal-Imposti: Ir-Rumanija – Munita: RON

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

690 507 397

704 650 329

718 659 958

848 257 273

859 757 273

(B)

3,1 %

3,0 %

2,8 %

4,7 %

3,1 %

(C)

126,9

130,7

134,4

126,6

130,5

(D)

543 963 841

538 937 162

534 681 066

670 078 574

658 908 133

(E)

4 012 887

4 117 019

4 219 063

5 075 000

5 222 000

(F)

135,55

130,90

126,73

132,04

126,18

FAB DANIMARKA-ŻVEZJA

Żona tal-Imposti: Id-Danimarka – Munita: DKK

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

726 872 134

724 495 393

735 983 926

749 032 040

750 157 741

(B)

1,8 %

2,2 %

2,2 %

2,2 %

2,2 %

(C)

111,6

114,1

116,6

119,1

121,8

(D)

651 263 654

635 160 606

631 342 985

628 704 443

616 095 213

(E)

1 553 000

1 571 000

1 589 000

1 608 000

1 628 000

(F)

419,36

404,30

397,32

390,99

378,44


Żona tal-Imposti: L-Iżvezja – Munita: SEK

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

1 951 544 485

1 974 263 091

1 970 314 688

1 964 628 986

1 958 887 595

(B)

1,6 %

2,4 %

2,1 %

2,0 %

2,0 %

(C)

106,1

108,6

110,9

113,1

115,4

(D)

1 840 204 091

1 817 994 673

1 777 040 937

1 737 169 570

1 698 130 296

(E)

3 257 000

3 303 000

3 341 000

3 383 000

3 425 000

(F)

565,00

550,41

531,89

513,50

495,80

FAB CE

Żona tal-Imposti: Il-Kroazja – Munita: HRK

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

670 066 531

687 516 987

691 440 691

687 394 177

674 346 800

(B)

0,2 %

1,0 %

1,5 %

2,5 %

2,5 %

(C)

109,2

110,4

112,0

114,8

117,7

(D)

613 414 184

622 991 131

617 287 272

598 707 050

573 017 597

(E)

1 763 000

1 783 000

1 808 000

1 863 185

1 926 787

(F)

347,94

349,41

341,42

321,34

297,40


Żona tal-Imposti: Iċ-Ċekja – Munita: CZK

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

3 022 287 900

3 087 882 700

3 126 037 100

3 149 817 800

3 102 014 900

(B)

1,9 %

2,0 %

2,0 %

2,0 %

2,0 %

(C)

111,5

113,7

116,0

118,3

120,7

(D)

2 710 775 667

2 715 303 433

2 694 955 079

2 662 212 166

2 570 401 338

(E)

2 548 000

2 637 000

2 717 000

2 795 000

2 881 000

(F)

1 063,88

1 029,69

991,89

952,49

892,19


Żona tal-Imposti: L-Ungerija – Munita: HUF

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

28 133 097 383

29 114 984 951

29 632 945 277

30 406 204 408

31 345 254 629

(B)

1,8 %

3,0 %

3,0 %

3,0 %

3,0 %

(C)

119,3

122,8

126,5

130,3

134,2

(D)

23 587 547 923

23 699 795 100

23 418 852 735

23 330 056 076

23 350 067 982

(E)

2 457 201

2 364 165

2 413 812

2 453 639

2 512 526

(F)

9 599,36

10 024,60

9 702,02

9 508,35

9 293,46


Żona tal-Imposti: Is-Slovenja – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

32 094 283

33 168 798

33 870 218

34 392 801

35 029 005

(B)

1,6 %

2,1 %

1,9 %

2,0 %

2,0 %

(C)

111,9

114,3

116,5

118,8

121,2

(D)

28 675 840

29 018 678

29 079 819

28 949 500

28 906 876

(E)

481 500

499 637

514 217

529 770

546 470

(F)

59,56

58,08

56,55

54,65

52,90

NEFAB

Żona tal-Imposti: L-Estonja – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

23 098 175

24 757 151

25 985 553

27 073 003

28 182 980

(B)

3,0 %

3,1 %

3,0 %

3,0 %

3,0 %

(C)

123,3

127,1

130,9

134,8

138,9

(D)

18 739 585

19 481 586

19 852 645

20 081 013

20 295 459

(E)

774 641

801 575

827 117

855 350

885 643

(F)

24,19

24,30

24,00

23,48

22,92


Żona tal-Imposti: Il-Finlandja – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

45 050 000

45 596 000

46 064 000

46 321 000

46 468 000

(B)

1,5 %

1,7 %

1,9 %

2,0 %

2,0 %

(C)

114,4

116,4

118,6

121,0

123,4

(D)

39 368 663

39 179 750

38 843 860

38 294 684

37 662 953

(E)

792 600

812 000

827 000

843 000

861 000

(F)

49,67

48,25

46,97

45,43

43,74


Żona tal-Imposti: Il-Latvja – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

22 680 662

23 118 000

23 902 000

24 692 818

25 534 000

(B)

2,5 %

2,3 %

2,3 %

2,3 %

2,3 %

(C)

109,7

112,2

114,8

117,4

120,1

(D)

20 683 885

20 603 685

20 823 477

21 028 777

21 256 247

(E)

802 000

824 000

844 000

867 000

890 000

(F)

25,79

25,00

24,67

24,25

23,88

SW FAB

Żona tal-Imposti: Portugall – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

111 331 252

117 112 878

121 117 127

133 551 913

137 314 735

(B)

1,2 %

1,5 %

1,5 %

1,6 %

1,6 %

(C)

110,5

112,2

113,8

112,9

114,7

(D)

100 758 704

104 424 905

106 399 345

118 261 552

119 678 710

(E)

3 095 250

3 104 536

3 122 232

3 895 148

4 077 832

(F)

32,55

33,64

34,08

30,36

29,35

SPANJA

Żona tal-Imposti: Spanja Kontinentali – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

620 443 569

622 072 583

622 240 962

625 580 952

627 777 294

(B)

0,8 %

0,9 %

1,0 %

1,0 %

1,1 %

(C)

110,6

111,6

112,7

113,9

115,1

(D)

561 172 369

557 638 172

552 025 959

549 379 889

545 563 910

(E)

8 880 000

8 936 000

9 018 000

9 128 000

9 238 000

(F)

63,20

62,40

61,21

60,19

59,06


Żona tal-Imposti: Il-Kanarji, Spanja – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

98 528 223

98 750 683

99 003 882

98 495 359

98 326 935

(B)

0,8 %

0,9 %

1,0 %

1,0 %

1,1 %

(C)

110,6

111,6

112,7

113,9

115,1

(D)

89 115 786

88 522 066

87 832 072

86 497 790

85 450 091

(E)

1 531 000

1 528 000

1 531 000

1 537 000

1 543 000

(F)

58,21

57,93

57,37

56,28

55,38

UK-IR FAB

Żona tal-Imposti: L-Irlanda – Munita: EUR

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

118 046 200

121 386 700

125 595 100

129 364 400

130 778 800

(B)

1,1 %

1,2 %

1,4 %

1,7 %

1,7 %

(C)

103,7

105,0

106,4

108,2

110,1

(D)

113 811 728

115 644 664

118 001 964

119 511 684

118 798 780

(E)

4 000 000

4 049 624

4 113 288

4 184 878

4 262 135

(F)

28,45

28,56

28,69

28,56

27,87


Żona tal-Imposti: Ir-Renju Unit – Munita: GBP

 

2015

2016

2017

2018

2019

(A)

686 348 218

687 119 724

690 004 230

682 569 359

673 089 111

(B)

1,9 %

1,9 %

2,0 %

2,0 %

2,0 %

(C)

118,2

120,5

122,9

125,3

127,8

(D)

580 582 809

570 397 867

561 561 156

544 617 914

526 523 219

(E)

10 244 000

10 435 000

10 583 000

10 758 000

10 940 000

(F)

56,68

54,66

53,06

50,62

48,13


Top