This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018D1272
Council Decision (EU) 2018/1272 of 18 September 2018 appointing a member, proposed by the Italian Republic, of the Committee of the Regions
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1272 tat-18 ta' Settembru 2018 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1272 tat-18 ta' Settembru 2018 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
ST/11415/2018/INIT
ĠU L 238, 21.9.2018, p. 89–89
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2020
21.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 238/89 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2018/1272
tat-18 ta' Settembru 2018
li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Filwaqt li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Taljan,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Jannar 2015, fil-5 ta' Frar 2015 u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. Abbażi ta' mandati differenti, is-Sur Mauro D'ATTIS ġie maħtur mill-ġdid bħala membru, rispettivament, fil-21 ta' April 2016 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 (4), fis-17 ta' Ottubru 2016 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1860 (5), u fl-14 ta' Settembru 2017 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1753 (6). |
(2) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Mauro D'ATTIS, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
— |
Is-Sur Salvatore Domenico Antonio POGLIESE, Sindaco del Comune di Catania. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Settembru 2018.
Għall-Kunsill
Il-President
G. BLÜMEL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/994 tat-23 ta' Ġunju 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020 (ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/643 tal-21 ta' April 2016 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 108, 23.4.2016, p. 35).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1860 tas-17 ta' Ottubru 2016 li taħtar żewġ membri u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni. (ĠU L 284, 20.10.2016, p. 31).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1753 tal-14 ta' Settembru 2017 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika Taljana, fil-Kumitat tar-Reġjuni. (ĠU L 246, 26.9.2017, p. 5).