This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0964
Council Regulation (EU) 2017/964 of 8 June 2017 amending Regulation (EU) No 267/2012 concerning restrictive measures against Iran
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/964 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/964 tat-8 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ĠU L 146, 9.6.2017, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0267 | Żieda | anness IIa | 10/06/2017 | |
Modifies | 32012R0267 | Sostituzzjoni | artikolu 2a paragrafu 5 | 10/06/2017 | |
Modifies | 32012R0267 | Sostituzzjoni | artikolu 3a paragrafu 6 | 10/06/2017 | |
Modifies | 32012R0267 | Żieda | artikolu 3a paragrafu 6a | 10/06/2017 | |
Modifies | 32012R0267 | Sostituzzjoni | artikolu 3c paragrafu 2 | 10/06/2017 | |
Modifies | 32012R0267 | Żieda | artikolu 3c paragrafu 2a | 10/06/2017 | |
Modifies | 32012R0267 | Sostituzzjoni | artikolu 3d paragrafu 2 | 10/06/2017 | |
Modifies | 32012R0267 | Żieda | artikolu 3d paragrafu 2a | 10/06/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32017R0964R(01) | (BG) |
9.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 146/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2017/964
tat-8 ta' Ġunju 2017
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(2) |
L-Artikolu 26c tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK jirrikjedi li l-akkwist ta' ċerti oġġetti relatati man-nukleari mill-Iran, minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, ikunu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni Konġunta. |
(3) |
L-Artikolu 26d tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK jirrikjedi li l-Istati Membri jwettqu l-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lejn, jew għall-użu fi, jew għall-benefiċċju tal-Iran ta' oġġetti msemmija fiha jiżguraw li jkunu kisbu u jkunu fil-pożizzjoni li jeżerċitaw b'mod effettiv dritt li jivverifikaw l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' dawk l-oġġetti. |
(4) |
Fit-8 ta' Ġunju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/974 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/974 tissostitwixxi, fl-Artikolu 26c tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, ir-rekwiżit li tikseb approvazzjoni mill-Kummissjoni Konġunta b'obbligu ta' notifika lill-Kummissjoni Konġunta dwar kwalunkwe akkwist tal-oġġetti inkwistjoni. Id-Deċiżjoni (PESK) 2017/974 temenda wkoll l-Artikolu 26d biex tesiġi li l-Istati Membri jiksbu, qabel l-awtorizzazzjoni ta' kwalunkwe tranżazzjoni msemmija fiha, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut. |
(6) |
Hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex il-miżuri jiġu implimentati, partikolarment bl-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 huwa emendat kif gej:
(1) |
fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b' dan li ġej: “5. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Konġunta bl-awtorizzazzjonijiet mogħtija taħt il-punt (e) tal-paragrafu 1 u awtorizzazzjonijiet dwar ix-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport mill-Iran tal-oġġetti u teknoloġiji ulterjuri msemmija fil-paragrafu 4, kemm jekk joriġinaw mill-Iran u kemm jekk le.”; |
(2) |
l-Artikolu 3a, huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 3c huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
l-Artikolu 3d huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
it-test stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament jiddaħħal bħala Anness IIa. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
U. REINSALU
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/974 tat-8 ta' Ġunju 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 143).
ANNESS
ANNESS IIa
Dikjarazzjoni tal-użu aħħari msemmi fl-Artikoli 3a(6) u 3c(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 3d(2)
(Karta intestata tal-utent aħħari/konsenjatarju fil-pajjiż ta' destinazzjoni finali)
DIKJARAZZJONI TAL-UŻU AĦĦARI
(jekk maħruġ mill-awtorità governattiva, numru uniku ta' identifikazzjoni ‘Nru…’)
A. PARTIJIET
1. |
L-esportatur (isem, indirizz u dettalji ta' kuntatt) |
2. |
Il-konsenjatarju (isem, indirizz u dettalji ta' kuntatt) |
3. |
L-utent aħħari (jekk differenti minn konsenjatarju) |
4. |
Il-pajjiż tad-destinazzjoni finali |
B. OĠĠETTI
1. |
Oġġetti (deskrizzjoni ddettaljata tal-oġġetti) |
2. |
Kwantità (unitajiet)/piż |
3. |
Użu aħħari (skop speċifiku li għalih ser jintużaw l-oġġetti). -Jekk l-oġġetti jkunu inkorporati jew użati għall-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu jew it-tiswija ta' oġġett ieħor jekk jogħġbok iddeskrivi dak l-oġġett, l-għan u l-utent aħħari) |
4. |
Speċifikazzjoni tal-post tal-użu aħħari tal-oġġetti (ħlief jekk id-destinatarju jaġixxi ta' operatur tas-suq, grossist jew bejjiegħ mill-ġdid) u mhux konxju tal-lokazzjoni ta' użu aħħari tal-oġġetti) |
C. STQARRIJA TAL-KONSENJATARJU BARRANI
C.1 Il-konsenjatarju jaġixxi bħala utent aħħari
L-Artikoli 3a(6), 3c(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 3d(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 jeżiġi li l-applikant għal awtorizzazzjoni biex jissottometti din id-dikjarazzjoni tal-użu aħħari jew dokument ekwivalenti li jkun fih informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut.
Aħna (Jien) nistqarru (nistqarr) li l-oġġetti deskritti fit-Taqsima B fornuti mill-esportatur imsemmija fit-Taqsima A 1:
1. |
ser jiġu użati biss għall-finijiet deskritti fit-Taqsima B 3 u li l-oġġetti jew kwalunkwe replika tagħhom, jekk applikabbli, huma intiżi għal użu finali fil-pajjiż imsemmi fit-Taqsima A 4, f'post differenti milli speċifikat fit-Taqsima B 4; |
2. |
li l-oġġetti jew kwalunkwe replika tagħhom, jekk applikabbli:
|
C.2 Konsenjatarju jaġixxi ta' negozjant, grossist jew bejjiegħ mill-ġdid (timtela biss jekk it-Taqsima C.1. mhix applikabbli)
L-Artikoli 3a(6) u 3c(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 3d(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 jeżiġu li l-applikant għal awtorizzazzjoni biex jissottometti din id-dikjarazzjoni tal-użu aħħari jew dokument ekwivalenti li jkun fih informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett fornut.
Aħna (Jien) nistqarru (nistqarr) li l-oġġetti deskritti fit-Taqsima B fornuti mill-esportatur imsemmija fit-Taqsima A 1:
1. |
ser jiġu użati biss għall-finijiet deskritti fit-Taqsima B 3 u li l-oġġetti jew kwalunkwe replika tagħhom, jekk applikabbli, huma intiżi għal użu finali fil-pajjiż imsemmi fit-Taqsima A 4 |
2. |
li l-oġġetti jew kwalunkwe replika tagħhom, jekk applikabbli:
|
FIRMA |
|
… Post, data |
… Firma oriġinali tal-utent aħħari/konsenjatarju |
… Timbru tal-kumpanija/siġill uffiċjali |
… Isem u titlu tal-firmatarju b'ittri kbar |
Jekk applikabbli:
Timbru tal-kamra tal-kummerċ
(jew awtorità oħra ta' legalizzazzjoni)