This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0339
Decision (EU) 2017/339 of the European Parliament and of the Council of 14 December 2016 on the mobilisation of the Contingency Margin in 2016
Deċiżjoni (UE) 2017/339 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016
Deċiżjoni (UE) 2017/339 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016
ĠU L 50, 28.2.2017, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
28.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/47 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/339 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Diċembru 2016
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-punt 14 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi,
(1) |
L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa 0,03 % mill-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2016 (3). |
(3) |
Wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet finanzjarji l-oħra kollha bħala reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti fi ħdan il-limitu ta' impenn għall-2016 għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) tal-qafas finanzjarju pluriennali, u wara li ġie mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà għall-ammont totali ta' EUR 1 530 miljun disponibbli fl-2016, jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà, billi l-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2016 jiżdiedu mal-limitu ta' impenn tal-intestatura 3. |
(4) |
Wara li kkunsidraw din is-sitwazzjoni partikolari ħafna, il-kundizzjoni tal-aħħar għażla fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 hija sodisfatta, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 240,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn mal-limitu massimu tal-intestatura 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali.
Artikolu 2
L-ammont ta' EUR 240,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jitnaqqas b'mod sħiħ mill-marġni taħt il-limitu ta' impenn tal-intestatura 5 (Amministrazzjoni) tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-sena finanzjarja 2016.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(3) Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2015 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2016 f'konformità mal-movimenti fl-ING (COM(2015)0320).