Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0339

Deċiżjoni (UE) 2017/339 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016

OJ L 50, 28.2.2017, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/339/oj

28.2.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 50/47


DEĊIŻJONI (UE) 2017/339 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Diċembru 2016

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Marġni ta' Kontinġenza fl-2016

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-punt 14 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)

L-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) stabbilixxa Marġni ta' Kontinġenza sa 0,03 % mill-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont assolut tal-Marġni ta' Kontinġenża għall-2016 (3).

(3)

Wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet finanzjarji l-oħra kollha bħala reazzjoni għal ċirkostanzi mhux previsti fi ħdan il-limitu ta' impenn għall-2016 għall-intestatura 3 (Sigurtà u ċittadinanza) tal-qafas finanzjarju pluriennali, u wara li ġie mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà għall-ammont totali ta' EUR 1 530 miljun disponibbli fl-2016, jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-kriżi tal-migrazzjoni, tar-rifuġjati u tas-sigurtà, billi l-approprjazzjonijiet ta' impenn fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2016 jiżdiedu mal-limitu ta' impenn tal-intestatura 3.

(4)

Wara li kkunsidraw din is-sitwazzjoni partikolari ħafna, il-kundizzjoni tal-aħħar għażla fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 hija sodisfatta,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016, il-Marġni ta' Kontinġenza għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi l-ammont ta' EUR 240,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn mal-limitu massimu tal-intestatura 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Artikolu 2

L-ammont ta' EUR 240,1 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jitnaqqas b'mod sħiħ mill-marġni taħt il-limitu ta' impenn tal-intestatura 5 (Amministrazzjoni) tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-sena finanzjarja 2016.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Diċembru 2016.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

I. KORČOK


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(3)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew tat-22 ta' Mejju 2015 dwar l-aġġustament tekniku tal-qafas finanzjarju għas-sena 2016 f'konformità mal-movimenti fl-ING (COM(2015)0320).


Top