This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0013
Decision (EU) 2017/1359 of the European Central Bank of 18 May 2017 amending Decision (EU) 2016/948 on the implementation of the corporate sector purchase programme (ECB/2017/13)
Deċiżjoni (UE) 2017/1359 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2017/13)
Deċiżjoni (UE) 2017/1359 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta' Mejju 2017 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2017/13)
ĠU L 190, 21.7.2017, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32016D0016 | Tħassir | artikolu 2 punt 1 punt (k) | 21/07/2017 | |
Modifies | 32016D0016 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 1 punt (j) | 21/07/2017 |
21.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 190/20 |
DEĊIŻJONI (UE) 2017/1359 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-18 ta' Mejju 2017
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2016/948 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2017/13)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2016/16) (1), stabbilixxiet programm ta' xiri mis-settur korporattiv (CSPP). Flimkien mat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti, il-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi u l-programm ta' xiri ta' assi tas-settur pubbliku mis-swieq sekondarji, is-CSPP huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li huma taħt iżda qrib għal 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet. |
(2) |
Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija, inkluż permezz tal-APP, tinvolvi d-definizzjoni tal-għodda, tal-istrumenti u l-proċeduri li jridu jintużaw mill-Eurosistema sabiex tiġi implimentata politika bħal din b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(3) |
Il-Kunsill Governattiv iddeċieda fit-22 ta' Marzu 2017 li għandhom jiġu rfinati aktar ir-regoli applikabbli għal strumenti ta' dejn maħruġa minn entitajiet ta' stralċ sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu ttrattati b'mod konsistenti fil-politika monetarja tal-Eurosistema permezz tal-APP. |
(4) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
1. Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16) is-subpunt (j) tal-punt 1 huwa mibdul b'dan li gej:
“(j) |
mhijiex entità, kemm jekk tkun proprjetà pubblika jew privata, li: (i) ikollha bħala l-iskop ewlieni tagħha l-iżvestiment gradwali tal-assi tagħha u l-waqfien tan-negozju tagħha; jew (ii) tkun entità għall-ġestjoni jew l-iżvestiment ta' assi stabbilita biex tappoġġa ristrutturar u/jew riżoluzzjoni tas-settur finanzjarju (*1), inklużi vetturi tal-ġestjoni tal-assi li jirriżultaw minn azzjoni ta' riżoluzzjoni fil-forma tal-applikazzjoni ta' għodda għas-separazzjoni tal-assi skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) jew leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 42 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3); |
2. Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2016/948 (BĊE/2016/16), is-subpunt (k) tal-punt 1 huwa mħassar.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id- Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Lulju 2017.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-18 ta' Mejju 2017.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2016/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri mis-settur korporattiv (BĊE/2016/16) (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 28).