This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2225
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/2225 of 5 December 2016 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2225 tal-5 ta' Diċembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2225 tal-5 ta' Diċembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
C/2016/8365
ĠU L 336, 10.12.2016, p. 25–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2225
tal-5 ta' Diċembru 2016
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
(4) |
Huwa xieraq li jiġi stipulat li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa għall-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament u li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tkun tista' tibqa' tiġi invokata mid-detentur, għal ċertu perjodu, skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Stephen QUEST
Direttur Ġenerali
Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Oġġett ċilindriku fil-biċċa l-kbira tiegħu magħmul mill-azzar (mhux minn azzar fondut) ta' tul ta' madwar 35 cm u dijametru ta' madwar 19-il cm fil-punt l-aktar wiesa' tiegħu ('hekk imsejjaħ “romblu taċ-ċineg”). Jikkonsisti mill-komponenti prinċipali li ġejjin: qafas estern ċilindriku b'radda ffurmata fi gradi għall-gwida tal-katina; xaft illixxjat fin, b'żewġ boxxli u kullari tal-bronż fiż-żewġt itruf. L-oġġett huwa maħsub biex jintuża mal-katina ta' gaffa tat-tip li jimxi fuq iċ-ċineg, flimkien ma' rombli taċ-ċineg oħrajn simili għall-gwida lonġitudinali u laterali tal-katina. Ara l-istampa (*1). |
8431 49 80 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM), min-nota 2(b) tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8431 , 8431 49 u 8431 49 80 . Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8708 bħala partijiet jew aċċessorji tal-vetturi bil-mutur tal-intestaturi 8701 sa 8705 hija eskluża minħabba li l-oġġett mhuwiex iddisinjat għall-użu ma' vetturi bil-mutur ikklassifikati taħt dawn l-intestaturi. Il-karatteristiki oġġettivi tal-oġġett (id-daqs u l-forma) huma dawk ta' romblu taċ-ċineg iddisinjat għall-użu mal-katina ta' gaffa tat-tip li jimxi fuq iċ-ċineg tal-intestatura 8429 . Għaldaqstant, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8431 49 80 bħala partijiet xierqa għall-użu biss jew prinċipalment mal-makkinarju tal-intestaturi 8425 sa 8430 mhux tal-azzar fondut. |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.