This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0764
Commission Implementing Decision (EU) 2016/764 of 12 May 2016 amending Implementing Decision (EU) 2015/789 as regards measures to prevent the introduction into and the spread within the Union of Xylella fastidiosa (Wells et al.) (notified under document C(2016) 2731)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/764 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2016) 2731)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/764 tat-12 ta' Mejju 2016 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (notifikata bid-dokument C(2016) 2731)
C/2016/2731
ĠU L 126, 14.5.2016, p. 77–84
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 19/08/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R1201
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32015D0789 | Tħassir | anness I Test | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Żieda | anness I Test | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Sostituzzjoni | anness I Test | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Żieda | anness II | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 3 premessa | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Żieda | artikolu 17 paragrafu 3a | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Żieda | artikolu 17 paragrafu 4a | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Sostituzzjoni | artikolu 18 paragrafu 2 | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Sostituzzjoni | artikolu 18 paragrafu 3 | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Sostituzzjoni | artikolu 18 paragrafu 4 | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 2 L 3 | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Sostituzzjoni | artikolu 7 paragrafu 1 | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Sostituzzjoni | artikolu 7 paragrafu 2 punt (c) | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Tlestija | artikolu 7 paragrafu 7 | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Tħassir | artikolu 8 | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 1 | 13/05/2016 | |
Modifies | 32015D0789 | Żieda | artikolu 9a | 13/05/2016 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R1201 | 20/08/2020 |
14.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/77 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/764
tat-12 ta' Mejju 2016
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument C(2016) 2731)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Minn meta ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 (2), sa Frar tal-2016, l-Italja lill-Kummissjoni rrappurtatilha bosta tifqigħat ta' Xylella fastidiosa (Wells et al.) (li minn hawn 'il quddiem tidher bħala “l-organiżmu speċifikat”) fiż-żona ta' madwar il-provinċja ta' Lecce. Dawn it-tifqigħat seħħu f'għadd kbir ta' muniċipji li jinsabu fil-provinċji ta' Taranto u Brindisi. Barra minn hekk, l-aħħar awditu li wettqet il-Kummissjoni f'Novembru tal-2015 ikkonferma li l-attivitajiet ta' stħarriġ meħtieġa mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 twettqu biss b'mod limitat ħafna fiż-żona ta' madwar il-provinċja ta' Lecce (fir-reġjun ta' Apulia fl-Italja). L-awditu kkonferma wkoll li l-programm attwali ta' stħarriġ xorta waħda ma jiżgurax li jinsabu kmieni t-tifqigħat ġodda, jew li jinsab b'mod eżatt kemm ikun infirex fiż-żona l-organiżmu speċifikat. |
(2) |
L-aħħar awditu kkonferma r-riskju li l-organiżmu speċifikat jinfirex mal-kumplament taż-żona kkonċernata. Għaldaqstant, u minħabba d-daqs ta' din iż-żona, jixraq li titkabbar iż-żona meqjusa bħala infettata biex ikunu jistgħu japplikaw il-miżuri ta' trażżin 'il barra mil-limiti tal-provinċja ta' Lecce, u biex il-ġarr ta' pjanti speċifiċi 'l barra minn dik iż-żona jkun permess biss taħt kundizzjonijiet stretti. Dan it-tkabbir għandu jsir mingħajr dewmien, meta wieħed iqis li r-riskju li jinxtered iżjed l-organiżmu speċifikat fil-kumplament tat-territorju tal-Unjoni jiżdied mal-bidu tal-istaġun meta jibdew itiru l-insetti li jġorruh. Għalhekk, iż-żona meqjusa bħala infettata għandha titkabbar biex tkopri lil dawk il-muniċipji, jew partijiet minn ċerti muniċipji, fil-provinċji ta' Brindisi u Taranto fejn diġà kien hemm tifqigħat tal-organiżmu speċifikat, jew fejn x'aktarx l-organiżmu diġà nfirex u stabbilixxa ruħhu. Madankollu, iż-żona meqjusa bħala infettata ma għandhiex tinkludi ż-żona li l-Italja diġà ddikjaratha ħielsa mill-organiżmu speċifikat qabel l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. |
(3) |
Għall-finijiet ta' ċertezza legali, għandu jiġi emendat il-kliem fil-punt (c) tal-Artikolu 7(2) biex ikun ċar li l-miżuri li għandhom jittieħdu skont dak l-Artikolu japplikaw biss fiż-żona meqjusa bħala infettata, u mhux barra minn din iż-żona. |
(4) |
Biex ikun żgurat ħarsien effikaċi mill-organiżmu speċifikat tal-kumplament tat-territorju tal-Unjoni, u billi tkabbret iż-żona ta' trażżin, jixraq li ż-żona ta' sorveljanza tiġi ssostitwita b'rekwiżiti ġodda għall-istħarriġ f'dik iż-żona ta' trażżin. Dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw fuq żona wiesgħa 20 km mil-limiti taż-żona ta' protezzjoni u li tibqa' dieħla fiż-żona ta' trażżin, u fiż-żona ta' protezzjoni ta' 10 km. |
(5) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789, l-esperjenza wriet li billi l-organiżmu speċifikat diġà jkun stabbilit fiż-żoni infettati, huwa sproporzjonat li wieħed japplika l-istess rekwiżiti meħtieġa għall-ġarr tal-pjanti speċifikati fiż-żoni ta' protezzjoni għall-ġarr ta' pjanti speċifikati minn żona infettata għal oħra. |
(6) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789, l-esperjenza kkonfermat li l-pjanti speċifikati li jitkabbru in vitro f'kundizzjonijiet sterili tul iċ-ċiklu ta' produzzjoni tagħhom, ma jikkostitwixxux riskju tat-tixrid tal-organiżmu speċifikat, billi dak it-tip ta' tkabbir jelimina r-riskju tal-infezzjoni billi jipprekludi l-possibbiltà ta' kuntatt mal-vetturi tal-organiżmu speċifikat. Għaldaqstant jixraq li jkun permess, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-ġarr ta' dawk il-pjanti speċifikati fl-Unjoni, u l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni. |
(7) |
Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789, l-esperjenza tal-kontrolli uffiċjali wriet li rigward il-kontrolli uffiċjali mal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati li joriġinaw minn żoni li jkunu ħielsa mill-organiżmu speċifikat, dawn għandhom ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti bħall-pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn ma jeżistix l-organiżmu speċifikat. |
(8) |
L-Anness I għandu jiġi emendat biex ikun jinkludi l-ispeċijiet kollha tal-pjanti li, mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2417 (3) ġew identifikati mill-Kummissjoni bħala pjanti speċifikati. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 hija emendata kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 4(2), it-tielet sottoparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Rigward il-preżenza tal-organiżmu speċifikat fil-provinċja ta' Lecce u fil-muniċipji elenkati fl-Anness II, iż-żona infettata għandha tinkludi għallinqas dawk il-muniċipji, jew, skont kif japplika, l-irqajja' tal-art irreġistrati (“Fogli”) taħt dawk il-muniċipji.” |
2. |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
3. |
Jitħassar l-Artikolu 8. |
4. |
Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b'li ġej: “1. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-pjanti speċifikati li ma jkunux tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu kollu tal-produzzjoni. Il-ġarr tal-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 4, barra miż-żoni demarkati għal ġo ż-żoni ta' protezzjoni rispettivi, għandu jiġi pprojbit.” |
5. |
Jiddaħħal l-Artikolu 9a li ġej: “Artikolu 9a Il-ġarr fl-Unjoni tal-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro 1. Il-pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni, u għal mill-inqas parti minn ħajjithom f'żona demarkata stabbilita skont l-Artikolu 4, jistgħu jinħarġu miż-żoni demarkati, u miż-żoni infettati għal ġo ż-żoni ta' protezzjoni rispettivi biss jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5. 2. Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 tkabbru f'lok fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin ġew issodisfati kollha:
3. Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 tkabbru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili u jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
4. Il-pjanti speċifikati msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jinġarru f'kontenitur trasparenti f'kundizzjonijiet sterili li jipprekludu l-possibbiltà li jiġu infettati mill-organiżmu speċifikat permezz tal-vetturi. 5. Dawn għandu jkollhom magħhom passaport tal-pjanti li jkun tħejja u nħareġ bi qbil mad-Direttiva 92/105/KEE.” |
6. |
L-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:
|
7. |
Fl-Artikolu 18, il-paragrafi 2, 3 u 4 huma sostitwiti b'dan li ġej: “2. Fil-każ ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiż terz fejn ma jkunx preżenti l-organiżmu speċifikat jew f'żona msemmija fl-Artikolu 17(2), il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq il-kontrolli li ġejjin:
3. Fil-każ ta' pjanti speċifikati li joriġinaw minn żona fejn hu magħruf li hemm l-organiżmu speċifikat, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jwettaq il-kontrolli li ġejjin:
4. Il-kampjuni msemmija fil-paragrafi 2(b) u 3(b) għandhom ikunu ta' daqs li jippermetti li jiġi identifikat b'affidabbiltà ta' 99 %, livell ta' pjanti infettati ta' 1 % jew ogħla, b'kunsiderazzjoni tal-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 31. L-ewwel sottoparagrafu ma japplikax għal pjanti speċifikati li jkunu tkabbru in vitro tul iċ-ċiklu tal-produzzjoni u li jkunu nġarru f'kontenituri trasparenti f'kundizzjonijiet sterili.” |
8. |
L-Anness I huwa emendat kif stipulat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni. |
9. |
L-Anness li jidher fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni għandu jiżdied bħala l-Anness II. |
Artikolu 2
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta' Mejju 2015 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 36).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2417 tas-17 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 fir-rigward ta' miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Xylella fastidiosa (Wells et al.) fl-Unjoni (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 143).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrati li ġejjin huma mdaħħla f'ordni alfabetika:
|
(2) |
L-entrati li ġejjin tħassru:
|
(3) |
L-entrata “Cytisus racemosus Broom” hija ssostitwita minn: “Genista x spachiana (syn. Cytisus racemosus Broom)”. |
ANNESS II
L-Anness II ta' hawn taħt inżied mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/789:
“ANNESS II
IL-LISTA TAL-MUNIĊIPJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2)
(1) |
Muniċipji li jinsabu fil-provinċja ta' Brindisi:
|
(2) |
Il-muniċipji li jinsabu fil-provinċja ta' Taranto:
|