This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2323
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/2323 of 11 December 2015 amending Implementing Regulation (EU) 2015/220 laying down rules for the application of Council Regulation (EC) No 1217/2009
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2323 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2323 tal-11 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009
ĠU L 328, 12.12.2015, p. 97–100
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32015R0220 | Sostituzzjoni | anness II Test | 15/12/2015 | |
Modifies | 32015R0220 | Sostituzzjoni | anness VIII SECTION A.CL Test | 15/12/2015 | |
Modifies | 32015R0220 | Sostituzzjoni | anness VIII SECTION B.UT Test | 15/12/2015 | |
Modifies | 32015R0220 | Sostituzzjoni | anness VIII TABL H Test | 15/12/2015 | |
Modifies | 32015R0220 | Sostituzzjoni | anness VIII paragrafu 7 inċiż 3 | 15/12/2015 | |
Modifies | 32015R0220 | Sostituzzjoni | anness VIII Test | 15/12/2015 | |
Modifies | 32015R0220 | Tlestija | artikolu 3 paragrafu 2 L | 15/12/2015 |
12.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/97 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2323
tal-11 ta' Diċembru 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5a(2) u (4), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (2) jistabbilixxi l-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull Stat Membru u għal kull taqsima tan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità Agrikola (FADN). Minħabba bidla strutturali fl-agrikoltura fil-Finlandja li wasslet għal tnaqqis fl-għadd ta' azjendi agrikoli, jixraq li l-għadd ta' azjendi prospettanti għall-Finlandja stabbiliti f'dak l-Anness jitnaqqas skont l-għadd attwali. |
(2) |
Skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009, il-Kroazja tikkostitwixxi taqsima waħda tal-FADN għat-tliet snin ta' wara l-adeżjoni tagħha fl-Unjoni. Peress li dak il-perjodu dalwaqt jiskadi, jeħtieġ li fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jiġi stabbilit l-għadd ta' azjendi prospettanti għal kull taqsima tal-FADN għal dak l-Istat Membru. |
(3) |
Fid-dawl tal-bidliet previsti f'dan ir-Regolament, il-Finlandja u l-Kroazja għandhom jitħallew jeżaminaw il-pjanijiet tal-għażla rispettivi tagħhom għas-sena fiskali 2016. |
(4) |
L-Anness VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi t-tfassil u t-tqassim tal-fatturat tal-azjendi. F'ġieħ iċ-ċarezza, dak l-Anness għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar ċerti struzzjonijiet u definizzjonijiet. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għan-Netwerk ta' Informazzjoni tal-Kontabilità Agrikola, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-Finlandja u l-Kroazja jistgħu jirrevedu l-pjanijiet tal-għażla rispettivi li nnotifikaw għas-sena fiskali 2016. Sal-31 ta' Marzu 2016, għandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-pjanijiet tal-għażla rispettivi tagħhom għal dik is-sena fiskali.” |
(2) |
L-Annessi II u VIII huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Jibda japplika mis-sena fiskali 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Diċembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta' informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta' azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).
ANNESS
L-Annessi II u VIII tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|