This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R2252
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/2252 of 30 September 2015 amending Delegated Regulation (EU) 2015/288 as regards the period of inadmissibility of applications for support from the European Maritime and Fisheries Fund
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2252 tat-30 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/288 fejn jidħol il-perjodu tal-inammissabbiltà tal-applikazzjonijiet għal appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/2252 tat-30 ta' Settembru 2015 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/288 fejn jidħol il-perjodu tal-inammissabbiltà tal-applikazzjonijiet għal appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
ĠU L 321, 5.12.2015, p. 2–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32015R0288 | Tlestija | artikolu 9 L | 06/12/2015 | |
Modifies | 32015R0288 | Tlestija | artikolu 9 punt (d) | 06/12/2015 | |
Modifies | 32015R0288 | Tlestija | artikolu 9 punt (e) | 06/12/2015 | |
Modifies | 32015R0288 | Żieda | artikolu 4a | 06/12/2015 | |
Modifies | 32015R0288 | Sostituzzjoni | artikolu 1 | 06/12/2015 |
5.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/2 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2252
tat-30 ta' Settembru 2015
li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) 2015/288 fejn jidħol il-perjodu tal-inammissabbiltà tal-applikazzjonijiet għal appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (il-PKS) u biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u taċ-ċittadini tagħha li jħallsu t-taxxa, dawk l-operaturi li f'xi żmien partikolari qabel ma jressqu applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja, ikunu wettqu ksur serju, reat jew frodi kif stipulat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ma għandhomx igawdu l-għajnuna finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (il-FEMS). |
(2) |
Skont l-Artikolu 10(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ċerti applikazzjonijiet li jressqu l-operaturi għall-appoġġ mill-FEMS għandhom ikunu inammissibbli għal xi żmien speċifiku. Fost l-oħrajn, dawn l-applikazzjonijiet ma jkunux ammissibbli meta jitressqu għall-appoġġ skont il-Kapitolu II tat-Titolu V ta' dak ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura, u l-awtoritajiet kompetenti jkunu għarfu li l-operatur konċernat ikun wettaq xi reat ambjentali kif stipulat fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Skont l-Artikolu 10(4)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, il-perjodu meta l-applikazzjonijiet ma jkunux ammissibbli u d-dati tal-bidu u tat-tmiem ta' dan il-perjodu trid tidentifikahom il-Kummissjoni f'att delegat. |
(3) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/288 (3) jidentifika l-perjodu ta' inammissibbiltà u d-dati rilevanti tal-bidu u tat-tmiem ta' dak il-perjodu għal applikazzjonijiet tal-operaturi li jkunu wettqu xi azzjoni waħda jew aktar milli jissemmew fl-Artikolu 10(1)(a) u (b) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. F'konformità mal-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, hemm bżonn ukoll li jiġu stabbiliti r-regoli għall-kalkolu tal-perjodu tal-inammissibbiltà u d-dati rilevanti tal-bidu u tat-tmiem għall-applikazzjonijiet tal-appoġġ skont il-Kapitolu II tat-Titolu V ta' dak ir-Regolament. L-inammissibbiltà ta' dawk l-applikazzjonijiet għandha tgħin biex tkun żgurata aktar konformità mal-liġijiet eżistenti li jħarsu l-ambjent. |
(4) |
Id-Direttiva 2008/99/KE tistabbilixxi miżuri relatati mal-liġi kriminali sabiex l-ambjent jitħares b'mod aktar effettiv. L-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jelenka l-imġiba li għandha tkun punibbli bħala reat kriminali, meta dik id-Direttiva tkun tqisha illegali u meta ssir b'intenzjoni jew tal-anqas b'negliġenza serja. Skont l-Artikolu 4 ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità fl-imġiba b'intenzjoni tar-reati msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli bħala reat kriminali. |
(5) |
Għaldaqstant, sabiex tkun żgurata l-proporzjonalità, meta operatur iwettaq ksur b'negliġenza serja u meta operatur iwettaq ksur b'intenzjoni, dawn ma għandhomx jingħataw perjodi tal-inammissibbiltà tal-istess tul. Għall-istess raġuni, jixraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli li jqisu l-fatturi aggravanti u mitiganti meta jkun se jiġi kkalkulat il-perjodu tal-inammissibbiltà. |
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-proporzjonalità, ir-reati li jitwettqu għal aktar minn sena għandhom iwasslu għal perjodi itwal tal-inammissibbiltà. |
(7) |
F'konformità mal-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, meta awtorità kompetenti tagħraf li operatur ikun wettaq xi reat stabbilit fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE, l-applikazzjoni ta' dan l-operatur għall-appoġġ tal-FEMS skont il-Kapitolu II tat-Titolu V ta' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun ammissibbli għal mill-inqas sena. Billi r-Regolament (UE) Nru 508/2014 japplika mill-1 ta' Jannar 2014, għall-kalkolu tal-perjodu ta' inammissibbiltà għandhom jitqiesu biss dawk ir-reati li jkunu saru mill-1 ta' Jannar 2013. |
(8) |
Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effettiva tal-ambjent, meta applikazzjoni ta' operatur ma tkunx ammissibbli minħabba r-reati ambjentali stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE, lanqas l-applikazzjonijiet l-oħra ta' dak l-operatur skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ma għandhom ikunu ammissibbli. Sabiex tkun żgurata l-proporzjonalità, jixraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli għar-reviżjoni tal-perjodu tal-inammissibbiltà meta l-operatur iwettaq xi ksur serju matul dan il-perjodu. Għall-istess raġuni jixraq ukoll li, jekk ikun reġa' twettaq l-istess reat, dan itawwal il-perjodu tal-inammissibbiltà. |
(9) |
Għalhekk ir-Regolament Delegat (UE) 2015/288 għandu jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Sabiex ikun żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament jitwettqu fil-pront, u billi hu importanti li l-operaturi jkunu żgurati trattament armonizzat u ugwali fl-Istati Membri kollha mill-bidu tal-perjodu tal-programmazzjoni, dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ meta jiġi ppubblikat, iżda jibda japplika meta jibda l-perjodu ta' eliġibbiltà tal-FEMS, jiġifieri mill-1 ta' Jannar 2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta' Delega (UE) 2015/288 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett u kamp ta' applikazzjoni Dan ir-Regolament japplika għall-applikazzjonijiet tal-appoġġ mill-FEMS u jidentifika ‘il-perjodu tal-inammissibbiltà’, jiġifieri l-perjodu meta l-applikazzjonijiet mingħand operaturi li jkunu wettqu xi azzjoni imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 jew fl-Artikolu 10(3) ta' dak ir-Regolament, ma għandhomx ikunu ammissibbli.” |
(2) |
Għandu jiddaħħal dan l-Artikolu 4a: “Artikolu 4a L-inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet mingħand operaturi li jkunu wettqu reati ambjentali 1. Meta fl-ewwel deċiżjoni uffiċjali, awtorità kompetenti tagħraf li operatur ikun wettaq xi reat imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), l-applikazzonijiet għall-appoġġ mill-FEMS li jressaq dak l-operatur skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ma għandhomx ikunu ammissibbli:
2. Meta fl-ewwel deċiżjoni uffiċjali, awtorità kompetenti tagħraf li operatur ikun wettaq xi reat imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/99/KE, l-applikazzonijiet għall-appoġġ mill-FEMS li jressaq dak l-operatur skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ma għandhomx ikunu ammissibbli għal 24 xahar. 3. Il-perjodu tal-inammissibbiltà jiżdied b'sitt (6) xhur meta fid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, l-awtorità kompetenti tkun:
4. Jekk il-perjodu tal-inammissibbiltà ikun dam tal-inqas 12-il xahar b'kollox, dan għandu jitnaqqas b'sitt (6) xhur meta l-awtorità kompetenti, fid-deċiżjoni tagħha msemmija fil-paragrafi 1 jew 2, tkun irreferiet espliċitament għall-preżenza ta' ċirkostanzi mitiganti. 5. Id-data tal-bidu tal-perjodu tal-inammissibbiltà hija d-data tal-ewwel deċiżjoni uffiċjali tal-awtorità kompetenti li tagħraf li jkun sar xi reat previst fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE. 6. Sabiex jiġi kkalkulat il-perjodu tal-inammissibbiltà, għandhom jitqiesu biss id-deċiżjonijiet li jirreferu għal reat li jkun sar mill-1 ta' Jannar 2013 u li għalih minn dik id-data tkun ittieħdet deċiżjoni fis-sens tas-subparagrafu ta' hawn fuq. 7. Meta l-applikazzjoni ta' operatur ma tkunx ammissibbli skont il-paragrafi 1 u 2, lanqas l-applikazzjonijiet l-oħra ta' dak l-operatur skont il-Kapitolu II tat-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 ma għandhom ikunu ammissibbli. (*) Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).”" |
(3) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/288 tas-17 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-perjodu ta' żmien u d-dati għall-inammissibbiltà tal-applikazzjonijiet (ĠU L 51, 24.2.2015, p. 1).