Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R2243

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/2243 tal-1 ta' Diċembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

    ĠU L 318, 4.12.2015, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2243/oj

    4.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/21


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2243

    tal-1 ta' Diċembru 2015

    li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Belġju

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

    (2)

    Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

    (3)

    Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Diċembru 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    João AGUIAR MACHADO

    Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


    ANNESS

    Nru

    62/TQ104

    Stat Membru

    Il-Belġju

    Stokk

    SRX/67AKXD

    Speċi

    Rebekkini u raj (Rajiformes)

    Żona

    Fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

    Data tal-għeluq

    17.10.2015


    Top