Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0318

    2014/318/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 17 ta' Frar 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

    ĠU L 165, 4.6.2014, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/318/oj

    Related international agreement

    4.6.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 165/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-17 ta' Frar 2014

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga

    (2014/318/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom biex jevitaw l-iżvijar tal-prekursuri tad-drogi mill-kummerċ legali, sabiex tiġi miġġielda l-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi.

    (2)

    F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/263/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fl-4 ta' Ġunju 2013, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiżgura rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari livell ogħli ta' protezzjoni għall-ipproċessar u t-trasferiment tad-data personali bejn il-Partijiet għall-Ftehim.

    (4)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

    It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni Ewropea, jagħti l-avviż previst fl-Artikolu 11 tal-Ftehim (2).

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2014.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. TSAFTARIS


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/263/UE tat-13 ta' Mejju 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar prekursuri tad-droga (ĠU L 154, 6.6.2013, p. 5).

    (2)  Id-data ta' dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top