EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0316

2014/316/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta' Novembru 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

ĠU L 165, 4.6.2014, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/316/oj

4.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 165/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta' Novembru 2013

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/316/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att dwar l-adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Settembru 2012 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, mar-Repubblika tal-Albanija sabiex tikkonkludi Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”).

(2)

Dawn in-negozjati tlestew b'suċċess u l-Protokoll ġie approvat mill-awtoritajiet Albaniżi permezz ta' skambju ta' ittri fl-1 ta' Awwissu 2013.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(4)

Il-konklużjoni tal-Protokoll hija s-soġġett ta' proċedura separata fir-rigward tal-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

(5)

Bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013, il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi proviżorja minn dik id-data,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Albanija, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħħha, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa tal-firma tal-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħħha.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, skont l-Artikolu 10 tiegħu, mill-1 ta' Lulju 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Novembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

R. ŠADŽIUS


Top