This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0062
2014/62/EU: Commission Implementing Decision of 6 February 2014 repealing Decision 2003/766/EC on emergency measures to prevent the spread within the Community of Diabrotica virgifera Le Conte (notified under document C(2014) 467)
2014/62/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Frar 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2003/766/KE dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità (notifikata bid-dokument C(2014) 467)
2014/62/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Frar 2014 li tirrevoka d-Deċiżjoni 2003/766/KE dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità (notifikata bid-dokument C(2014) 467)
ĠU L 38, 7.2.2014, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32003D0766 | ||||
Repeal | 32006D0564 | ||||
Repeal | 32008D0644 |
7.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/45 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Frar 2014
li tirrevoka d-Deċiżjoni 2003/766/KE dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte fil-Komunità
(notifikata bid-dokument C(2014) 467)
(2014/62/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari r-raba’ sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE (2) ma rnexxilhiex tevita t-tixrid tad-Diabrotica virgifera virgifera Le Conte, kif jidher mill-istħarriġ annwali mwettaq mill-Istati Membri skont dik id-Deċiżjoni. Dawk l-istħarriġiet ikomplu juru li Diabrotica virgifera virgifera Le Conte issa ġiet stabbilita f’parti kbira mit-territorju tal-Unjoni. Barra minn hekk, mhuwiex fattibbli li jitrażżan aktar it-tixrid u jeżistu mezzi ta’ kontroll effettivi u sostenibbli li jimminimizzaw l-impatt ta’ dak l-organiżmu fuq il-ħsad tal-qamħirrum, b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ skema tan-newba tal-uċuħ tar-raba’. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2003/766/KE għandha għalhekk tiġi rrevokata. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2003/766/KE hija mħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/766/KE tal-24 ta’ Ottubru 2003 dwar miżuri ta’ emerġenza biex ma jitħalliex it-tixrid ta’ Diabrotica virgifera Le Conte (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 49).