EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0720

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2013 tal- 25 ta’ Lulju 2013 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta’ Lulju 2013 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

ĠU L 201, 26.7.2013, p. 53–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/720/oj

26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/53


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 720/2013

tal-25 ta’ Lulju 2013

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta’ Lulju 2013 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS unika) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta’ Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur (3), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross u ross miksur, li jinqasam skont il-pajjiż tal-oriġini u f’diversi subperjodi skont l-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(2)

Lulju huwa t-tielet subperjodu għall–kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u t-tieni subperjodu għall-kwoti pprovduti skont l-Artikolu 1(1)(b), (c) u (d) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

(3)

In-notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4154 – 09.4166, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ xogħol ta’ Lulju 2013, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantità mitluba taħt il-kwoti kkonċernati.

(4)

Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ xogħol ta’ Lulju 2013, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli.

(5)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita wkoll il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 – 09.4128 - 09.4129 - 09.4130 – 09.4148 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 - 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(6)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-importazzjoni ta’ ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4154 – 09.4166 imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 imressqa matul l-ewwel għaxart (10) ijiem ta’ xogħol ta’ Lulju 2013, jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent ta’ allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti taħt il-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4127 – 09.4128 – 09.4129 – 09.4130 – 09.4148 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 msemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu ta’ Lulju 2013 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

(a)

Kwota ta’ ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif provdut bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta’ Lulju 2013

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Settembru 2013 (kg)

L-Istati Uniti

09.4127

 (1)

23 797 401

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

1 000 890

L-Awstralja

09.4129

 (1)

480 370

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (2)

313

(b)

Kwota ta’ ross bla ħliefa kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 20 kif provdut fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta’ Lulju 2013

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Ottubru 2013 (kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4148

 (3)

1 494 000

(c)

Kwota ta’ ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif provdut fl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni fgħas-subperjodu ta’ Lulju 2013

It-Tajlandja

09.4149

 (4)

L-Awstralja

09.4150

 (4)

Il-Gujana

09.4152

 (5)

L-Istati Uniti

09.4153

 (5)

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

15,487488  %

(d)

Kwota ta’ ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif provdut bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta’ Lulju 2013

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Settembru 2013 (kg)

It-Tajlandja

09.4112

 (6)

10 985

L-Istati Uniti

09.4116

 (6)

23 384

L-Indja

09.4117

 (6)

40 694

Il-Pakistan

09.4118

 (6)

432

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

 (6)

239 251

Il-pajjiżi kollha

09.4166

0,785369  %

0


(1)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli

(2)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.

(3)  L-ebda koeffiċjent ta’ allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni għal-liċenzji ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.

(4)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

(5)  L-ebda koeffiċjent ta’ allokazzjoni applikat għal dan is-subperjodu: l-ebda applikazzjoni għal-liċenzji ma ġiet notifikata lill-Kummissjoni.

(6)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


Top