Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0682

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 682/2013 tas- 17 ta’ Lulju 2013 li jemenda għall-196 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

    ĠU L 195, 18.7.2013, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/682/oj

    18.7.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 195/18


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 682/2013

    tas-17 ta’ Lulju 2013

    li jemenda għall-196 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fl-10 ta' Lulju 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    This Regulation shall enter into force on the day following that of its publication in the Official Journal of the European Union.

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  OJ L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

    Titħassar l-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura "Persuni fiżiċi":

    "Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani (alias (a) Nayif Bin-Muhammad al-Qahtani, (b) Nayef Bin Muhammad al- Qahtani, (c) Nayif Muhammad al-Qahtani, (d) Nayf Mohammed al-Qahtani, (e) Naif Mohammad Said al- Qahtani Alkodri, (f) Naif Mohammed Saeed al-Kodari al-Qahtani, (g) Nayef Bin Mohamed al-Khatani, (h) Mohammed Naif al-Khatani, (i) Nayef bin Mohamed al-Khatany, (j) Al-Qahtani Abohemem, (k) Abi Hamam, (l) Abu-Hamam, (m) Abu-Humam, (n) Abu-Hammam, (o) Abu Hammam al-Qahtani). Indirizz: Il-Jemen. Data tat-twelid: 25.3.1988. Post tat-twelid: L-Arabja Sawdija. Nazzjonalità: Mill-Arabja Sawdija. Passaport Nru: G449745 (Il-passaport mill-Arabja Sawdija maħruġ fit-30 ta' Mejju 2006, validu sas-6 ta' April 2011). Informazzjoni oħra: Assoċjat ma' Al Qaida fil-Peninżula tal-Arabja u l-mexxej tagħha, Nasir ’abd-al-Karim ’Abdullah Al-Wahishi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 11.5.2010."


    Top