EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0395

2013/395/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/395/PESK tal- 25 ta’ Lulju 2013 li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/765/PESK

ĠU L 201, 26.7.2013, p. 57–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/02/2014; Imħassar b' 32014D0072

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/395/oj

26.7.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/57


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2013/395/PESK

tal-25 ta’ Lulju 2013

li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2012/765/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (1).

(2)

Fl-10 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/765/PESK li taġġorna l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (2).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa meħtieġ li ssir reviżjoni kompleta tal-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom tapplika d-Deċiżjoni 2012/765/PESK.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-reviżjoni li l-Kunsill għamel fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ikkonkluda li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fiha.

(6)

Il-Kunsill iddetermina wkoll li grupp addizzjonali kien involut f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward ta' dak il-grupp minn awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 1(4) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni, u li hu għandu jkun miżjud mal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Id-deċiżjoni li l-grupp jissemma ma taffettwax it-trasferimenti finanzjarji leġittimi lejn il-Libanu u l- provvista ta' assistenza, inkluż assistenza umanitarja, mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fil-Libanu.

(7)

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun aġġornata b'konsegwenza ta' dan, u d-Deċiżjoni 2012/765/PESK għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandha tkun dik li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2012/765/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LINKEVIČIUS


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.

(2)  ĠU L 337, 11.12.2012, p. 50.


ANNESS

Lista ta' persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11 ta' Awwissu 1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija); ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Għarabja Sawdija); ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15 ta' Marzu 1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (Iran); Passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerika). Nru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta' skadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-08.03.1978 f'Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) – membru tal-"Hofstadgroep".

6.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f'Algiers (l-Alġerija) – membru ta' "al-Takfir" u "al-Hijra".

7.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu.

8.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.04.1965 jew fl-01.03.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555.

9.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 l-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

10.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

11.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11 ta' Marzu 1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-"Organizzazzjoni Abu Nidal" – "ANO", (magħrufa Wkoll bħala l-"Kunsill Rivoluzzjonarju ta' Fatah", il-"Brigati Rivoluzzjonarji Għarab", "Settembru l-Iswed", u l-"Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti").

2.

"Il-Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa".

3.

"Al-Aqsa e.V.".

4.

"Al-Takfir" u "Al-Hijra".

5.

"Babbar Khalsa".

6.

"Il-Partit Komunista tal-Filippini", inkluża n-"New Peoples Army" – "NPA", il-Filippini.

7.

"Gama'a al-Islamiyya" (magħruf ukoll bħala "Al-Gama'a al-Islamiyya") ("Grupp Iżlamiku" – "IG").

8.

"İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi" – "IBDA-C" (Il-Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant).

9.

"Hamas", including "Hamas-Izz al-Din al-Qassem".

10.

"Hizballah Military Wing" (magħruf ukoll bħala "Hezbollah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Hizbullah Military Wing" magħruf ukoll bħala "Hizbollah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Hezballah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Hisbollah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Hizbu'llah Military Wing" magħruf ukoll bħala "Hizb Allah Military Wing", magħruf ukoll bħala "Jihad Council" (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà))

11.

"Hizbul Mujahideen" – "HM".

12.

"Hofstadgroep".

13.

Il-"Fondazzjoni tal-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp".

14.

L-"International Sikh Youth Federation" – (ISYF).

15.

Il-"Khalistan Zindabad Force" – (KZF).

16.

Il-Partit tal-Ħaddiema Kurdi – "PKK", (magħruf ukoll bħala "KADEK", magħruf ukoll bħala "KONGRA-GEL").

17.

"Liberation Tigers" ta' Tamil Eelam – "LTTE".

18.

"Ejército de Liberación Nacional" ("Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali").

19.

"Ġiħad Iżlamika tal-Palestina" – "PIJ".

20.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina" – "PFLP".

21.

Il-"Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali" (magħruf ukoll bħala "PFLP – Kmand Ġenerali").

22.

"Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia" – "FARC" ("Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja").

23.

"Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi" – "DHKP/C" (magħruf ukoll bħala "Devrimci Sol" ("Xellug Rivoluzzjonarju"), magħruf ukoll bħala "Dev Sol") (L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu).

24.

"Sendero Luminoso" – "SL" It-("Triq li Tiddi").

25.

"Stichting Al Aqsa" (magħruf ukoll bħala "Stichting Al Aqsa Nederland", magħruf ukoll bħala "Al Aqsa Nederland").

26.

"Teyrbazen Azadiya Kurdistan" – "TAK" (magħruf ukoll bħala "Kurdistan Freedom Falcons", magħruf ukoll bħala "Kurdistan Freedom Hawks").


Top