Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1101

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2012 tas- 26 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 327, 27.11.2012, pp. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1101/oj

27.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 327/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1101/2012

tas-26 ta’ Novembru 2012

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (2), kodiċijiet ta’ NM ġodda japplikaw għall-gass u għaż-żjut karburanti li fihom il-bijodiżil. Dawn it-tibdiliet jistgħu jaffettwaw lill-industrija taż-żejt minerali għaliex ċerti operazzjonijiet ta’ taħlit skont il-proċedura ta’ magażżinaġġ doganali u f’żoni ħielsa m’għadhomx aktar permessi aktar bħala “Forom ta’ Immaniġġjar tas-Soltu” għaliex jirriżultaw f’kodiċi NM differenti bi tmien ċifri.

(2)

Għandha tinstab soluzzjoni sabiex ikun permess it-taħlit ta’ gass jew żjut karburanti li ma jkunx fihom bijodiżil ma’ gass jew żjut karburanti li jkun fihom il-bijodiżil, ikklassifikati fil-Kapitlu 27 tan-NM, skont il-proċedura tal-magażżinaġġ doganali u f’żoni ħielsa, sabiex fl-1 ta’ Jannar 2012 id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1006/2011 ikompli bħal qabel.

(3)

It-taħlit tal-gass jew taż-żjut karburanti mal-bijodiżil għandu jkun permess, sabiex ma tkunx meħtieġa l-ħażna separata taż-żewġ tipi ta’ prodotti. Madankollu, meta tiġi meqjusa n-Nota Addizzjonali 2 tal-Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Magħquda, it-taħlita magħmula għandu jkun fiha inqas minn 0,5 %, bħala volum ta’ bijodiżil jew gass jew żjut karburanti rispettivament.

(4)

L-Anness 72 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (3) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

L-emenda għandha tidħol fis-seħħ b’effett retroattiv sabiex tippermetti li jiġu regolarizzati l-obbligi doganali li kienu saru sa mill-1 ta’ Jannar 2012 minħabba l-introduzzjoni tal-kodiċijiet ta’ NM ġodda.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness 72 għar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(2)   ĠU L 282, 28.10.2011, p. 1.

(3)   ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Fit-tieni paragrafu tal-Anness 72, wara l-punt 14, jiddaħħlu dawn il-punti, 14a u 14b:

“14a.

it-taħlit ta’ gass jew ta’ żjut karburanti li ma jkunx fihom bijodiżil ma’ gass jew żjut karburanti li jkun fihom bijodiżil, ikklassifikati f’Kapitlu 27 tan-NM, sabiex tinkiseb kwalità kostanti jew il-kwalità li tkun mitluba mill-klijent, mingħajr ma tinbidel in-natura tal-prodott anke jekk dan jirriżulta f’kodiċi NM differenti bi tmien ċifri;

14b.

it-taħlit ta’ gass jew ta’ żjut karburanti ma’ bijodiżil sabiex it-taħlita magħmula jkun fiha inqas minn 0,5 %, bħala volum, ta’ bijodiżil, u t-taħlit ta’ bijodiżil ma’ gass jew żjut karburanti sabiex it-taħlita magħmula jkun fiha inqas minn 0,5 %, bħala volum, ta’ gass jew żjut karburanti.”


Top