This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012L0036
Commission Directive 2012/36/EU of 19 November 2012 amending Directive 2006/126/EC of the European Parliament and of the Council on driving licences Text with EEA relevance
Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad- 19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2012/36/UE tad- 19 ta’ Novembru 2012 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 321, 20.11.2012, pp. 54–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32006L0126 | Emenda | anness I | 21/11/2012 | |
| Modifies | 32006L0126 | Emenda | anness II | 21/11/2012 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32012L0036R(01) | (SK) | |||
| Corrected by | 32012L0036R(02) | (FR, NL) | |||
| Implicitly repealed by | 32025L2205 | 26/11/2029 |
|
20.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 321/54 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2012/36/UE
tad-19 ta’ Novembru 2012
li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-kodiċijiet u s-subkodiċijiet stipulati fl-Anness I għad-Direttiva 2006/126/KE għandhom jiġu aġġornati fid-dawl tal-kategoriji ġodda tal-vetturi introdotti bid-Direttiva 2006/126/KE li l-karatteristiċi tekniċi tagħhom huma differenti minn dawk fis-seħħ bid-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE tad-29 ta’ Lulju 1991 dwar il-liċenzji tas-sewqan (2). F’dan il-kuntest, id-drittijiet tas-sewqan mogħtija qabel ma bdiet tapplika d-Direttiva 2006/126/KE fid-19 ta’ Jannar 2013, għandhom jinżammu. |
|
(2) |
Il-kontenut tat-test għal-liċenzja tas-sewqan għal vetturi tal-kategorija C1 għandhom jiġu adattati għall-karatteristiċi differenti tal-vetturi li jaqgħu taħt din il-kategorija. Bil-kontra tal-vetturi tal-kategorija C, li huma ddedikati għat-trasport professjonali ta’ oġġetti, il-kategorija C1 hija eteroġena u tinkludi firxa wiesgħa ta’ vetturi, bħalma huma l-vetturi għal użu personali jew għal divertiment, il-vetturi ta’ emerġenza jew kontra t-tifi tan-nar, jew il-vetturi ta’ utilità użata għal finijiet professonali iżda meta s-sewqan ma jkunx l-attività prinċipali tas-sewwieq. Sewwieqa ta’ vetturi bħal dawn ma għandhomx jiġu mitluba matul it-test tas-sewqan, juru l-għarfien tagħhom tar-regoli jew tat-tagħmir li japplikaw biss għal sewwieqa li huma suġġetti għal-leġiżlazzjoni relatata mas-settur professjonali tat-trasport, bħar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (4). Tali adattament tar-regoli eżistenti għandu jnaqqas ir-riskju li sewwieqa jsuqu vetturi b’tagħbija żejda tal-kategorija B billi jevitaw l-ispejjeż tat-taħriġ u jieħdu t-test għall-vetturi C jew C1, u b’hekk tittejjeb is-sikurezza tat-triq. Dan għandu jimminimizza l-piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-SMEs u l-mikrointrapriżi li jkollhom jużaw vetturi utilitarji bħal dawn għat-twettiq tan-negozju tagħhom. |
|
(3) |
Jeħtieġ li r-rekwiżiti rigward vetturi tal-ittestjar ta’ vetturi muturi tal-kategorija A1, A2 u A li jintużaw matul l-ittestjar ta’ ħila u komportament jiġu riveduti fid-dawl tal-progress tekniku, partikolarment l-iżvilupp u l-użu iżjed wiesa’ ta’ muturi li jaħdmu bl-elettriku. L-ispeċifikazzjoni tekniċi għall-vetturi tal-ittestjar għandhom ukoll jiġu adattati biex jiżguraw li l-applikanti jiġu ttestjati fuq vetturi li huma rappreżentattivi tal-kategorija li għaliha ser tinħareġ il-liċenzja tas-sewqan. |
|
(4) |
Ir-rekwiżiti minimi għal vetturi tal-ittestjar u għal kontenuti tat-test tal-ħiliet u l-komportament tal-kategorija tal-vetturi C u D għandhom jiġu emendati fid-dawl tal-progress tekniku, partikolarment biex jitqies l-iżvilupp u l-użu dejjem ikbar fl-industrija tat-trasport ta’ vetturi iktar moderni, sikuri u li jniġġsu inqas, mgħammra b’firxa wiesgħa ta’ sistemi semiawtomatiċi jew sistemi ta’ trasmissjoni ibrida. Il-kompetenza tas-sewwieqa għandha tiġi ttestjata rigward il-kapaċitajiet tagħhom fl-użu tas-sistema tat-trasmissjoni ta’ vetturi b’mod sikur, ekonomiku u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent. Is-simplifikazzjoni tar-restrizzjonijiet attwali sabiex jinsaqu vetturi awtomatiċi għandha wkoll tnaqqas il-piż amministrattiv u finanzjarju fuq l-SMEs u l-mikrointrapriża li joperaw fit-trasport tat-triq. |
|
(5) |
Billi d-Direttiva 2006/126/KE ser topera bi sħiħ fid-19 ta’ Jannar 2013, din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ mill-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni f’Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/126/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2006/126/KE huma emendati skont l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.
(2) ĠU L 237, 24.8.1991, p. 1.
ANNESS
I.
L-Anness I tad-Direttiva 2006/126/KE, il-paragrafu 3, fil-paġna 2 tal-liċenzja tas-sewqan, il-punt (12) tal-punt (a) jiġi emendat kif ġej:|
(1) |
Jiddaħħal il-kodiċi 46 li ġej:
|
|
(2) |
Jitħassar il-kodiċi 72; |
|
(3) |
Il-Kodiċi 73 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(4) |
Jitħassru l-kodiċijiet 74 sa 77; |
|
(5) |
Il-Kodiċi 79 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(6) |
Jiddaħħlu l-kodiċijiet 80 u 81 li ġejjin:
|
|
(7) |
Jiddaħħal dan il-kodiċi 90 li ġej:
|
|
(8) |
Il-Kodiċi 96 jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(9) |
Jiżdied il-kodiċi 97 li ġej:
|
II.
L-Anness II tad-Direttiva 2006/126/KE huwa emendat kif ġej:|
(1) |
Il-punt 4.1.1. jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(2) |
Jiddaħħal il-punt 4.1a li ġej:
|
|
(3) |
Il-Punt 5.1 jinbidel f’dan li ġej: “5.1. Vettura bi trasmissjoni 5.1.1. Is-sewqan ta’ vettura bi trasmissjoni manwali għandu jkun suġġett għal test ta’ ħiliet u ta’ komportament li jsir fuq vettura bi trasmissjoni manwali. ‘Vettura bi trasmissjoni manwali’ tfisser vettura li fiha pedala tal-klaċċ (jew lieva operata manwalment għall-kategoriji A, A2 u A1) u li trid tiġi operata mis-sewwieq meta titqabbad jew titwaqqaf il-vettura, u meta jinbidlu l-ingranaġġi. 5.1.2. Vetturi li ma humiex skont il-kriterji stipulati fil-punt 5.1.1. għandhom jiġu kkunsidrati li għandhom trasmissjoni awtomatika. Bla ħsara għall-punt 5.1.3, jekk applikant joqgħod għat-test tal-ħiliet u l-komportament fuq vettura bi trasmissjoni awtomatika dan għandu jiġi rreġistrat fuq kull liċenzja maħruġa fuq il-bażi ta’ test ta’ din ix-xorta. Il-liċenzji b’din l-indikazzjoni għandhom jintużaw biss għas-sewqan ta’ vetturi bi trasmissjoni awtomatika. 5.1.3. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar vetturi tal-kategorija C, CE, D u DE L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma tiġi rreġistrata l-ebda restrizzjoni fuq vetturi bi trasmissjoni awtomatika fuq il-liċenzja tas-sewqan ta’ vettura tal-kategorija C, CE, D jew DE msemmija fil-punt 5.1.2, meta l-applikant ikun diġà detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa fuq vettura bi trasmissjoni manwali f’ta’ mill-inqas waħda mill-kategoriji li ġejjin: B, BE, C, CE, C1, C1E, D, D1 jew D1E, u jkun wettaq l-azzjonijiet deskritti fil-punt 8.4 matul it-test ta’ ħiliet u ta’ kompartament.”; |
|
(4) |
Il-Punt 5.2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Il-punt 8.1.4. jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(6) |
Jiddaħħal il-punt 8.4 li ġej: “8.4. Sewqan sikur u effiċjenti fl-użu tal-enerġija
|
|
(7) |
Il-punt 9.3.2. jinbidel b’dan li ġej:
|