EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0159

Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/159/PESK tad- 19 ta' Marzu 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

ĠU L 80, 20.3.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/03/2021; Impliċitament imħassar minn 32021D0449

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/159(1)/oj

20.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 80/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2012/159/PESK

tad-19 ta' Marzu 2012

li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/172/PESK (1).

(2)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sat-22 ta' Marzu 2013.

(3)

Id-Deċiżjoni 2011/172/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/172/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-22 ta’ Marzu 2013.

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GJERSKOV


(1)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 63.


Top