This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1359
Council Regulation (EU) No 1359/2011 of 19 December 2011 amending Regulation (EU) No 7/2010 opening and providing for the management of autonomous tariff quotas of the Union for certain agricultural and industrial products
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1359/2011 tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1359/2011 tad- 19 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
ĠU L 341, 22.12.2011, p. 11–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1388
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32010R0007 | Sostituzzjoni | anness TEXT | 01/01/2012 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013R1388 |
22.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 341/11 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1359/2011
tad-19 ta’ Diċembru 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 7/2010 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Sabiex ikunu żgurati fornimenti suffiċjenti u mingħajr interruzzjoni ta’ ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi evitat kwalunkwe disturb fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali, kienu nfetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 7/2010 (1). Il-prodotti fil-limiti ta’ dawk il-kwoti tariffarji jistgħu jkunu importati b’rati tad-dazju mnaqqsa jew b’rata ta’ dazju żero. Għall-istess raġunijiet huwa meħtieġ li jinfetħu, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012, kwoti tariffarji ġodda b’rata ta’ dazju żero għal volum xieraq għall-prodotti bin-numri tal-ordnijiet 09.2928 u 09.2929, billi dawk il-prodotti jiżdiedu fil-lista fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010. |
(2) |
Il-volumi għall-kwoti tariffarji awtonomi bin-numri tal-ordnijiet 09.2624 u 09.2640 mhumiex suffiċjenti biex jissodisfaw il-bżonnijiet tal-industrija tal-Unjoni għall-perijodu kurrenti tal-kwota li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2011. Konsegwentement, dawk il-volumi tal-kwoti għandhom jiżdiedu b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011. |
(3) |
Il-volumi għall-kwoti tariffarji awtonomi bin-numri tal-ordnijiet 09.2603, 09.2629, 09.2632, 09.2816 u 09.2977 għandhom jiġu sostitwiti bil-volumi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
Ma għadux fl-interess tal-Unjoni li jitkomplew jingħataw kwoti tariffarji fl-2012 għall-prodotti bin-numri tal-ordnijiet 09.2815, 09.2841 u 09.2992, li għalihom tali kwoti kienu ġew stabbiliti fl-2011. Dawk il-kwoti għandhom għalhekk jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 u l-prodotti korrispondenti għandhom jitħassru mil-lista fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010. |
(5) |
Fid-dawl ta’ bosta bidliet li għandhom isiru, l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 7/2010 għandu jiġi ssostitwit kompletament fl-interessi taċ-ċarezza. |
(6) |
Ir-Regolament (UE) Nru 7/2010 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(7) |
Ladarba l-kwoti tariffarji għandhom isiru effettivi mill-1 ta’ Jannar 2012, dan ir-Regolament għandu jibda japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010 huwa b’dan sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 7/2010:
— |
il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tal-ordni 09.2624 huwa stabbilit għal 950 tunnellata, |
— |
il-volum għall-kwota tariffarja awtonoma bin-numru tal-ordni 09.2640 huwa stabbilit għal 11 000 tunnellata. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012, ħlief għall-Artikolu 2 li għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KOROLEC
ANNESS
“ANNESS
Nru tal-Ordni |
Il-kodiċi tan-NM |
TARIC |
Deskrizzjoni |
Il-perjodu tal-kwota |
L-ammont tal-kwota |
Il-kwota tad-dazji (%) |
||||||||
09.2849 |
ex 0710 80 69 |
10 |
Faqqiegħ tal-ispeċi Auricularia polytricha (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew bit-tgħollija), iffriżat, għall-produzzjoni tal-ikliet ippreparati minn qabel (1) (2) |
1.1.-31.12. |
700 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2913 |
ex 2401 10 35 ex 2401 10 70 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 10 95 ex 2401 20 35 ex 2401 20 70 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 ex 2401 20 95 |
91 10 11 21 91 91 10 11 21 91 |
Tabakk naturali mhux ipproċessat, kemm jekk imqatta’ għal daqs regolari, kif ukoll jekk le, b’valur doganali ta’ mhux anqas minn 450 euro kull 100 kg piż nett, għall-użu bħala binder jew imballaġġ għall-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt is-sottointestatura 2402 10 00 (1) |
1.1.-31.12. |
6 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2928 |
ex 2811 22 00 |
40 |
Materjal tal-mili tas-silika, f’forma ta’ granuli, b’kontenut minimu ta’ diossidu tas-silikonju ta’ 97 % |
1.1.-31.12. |
1 700 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2703 |
ex 2825 30 00 |
10 |
Ossidi u idrossidi tal-vanadju esklussivament għall-użu fil-ligi (1) |
1.1.-31.12. |
13 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2806 |
ex 2825 90 40 |
30 |
Trijossidu tat-tangsten, inkl. ossidu tat-tangst. blu (CAS RN 1314-35-8 + 39318-18-8) |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2929 |
2903 22 00 |
|
Trikloroetilen (CAS RN 79-01-6) |
1.1.-31.12. |
7 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2837 |
ex 2903 79 90 |
10 |
Bromoklorometanu (CAS RN 74-97-5) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2933 |
ex 2903 99 90 |
30 |
1,3-Dichlorobenzene (CAS RN 541-73-1) |
1.1.-31.12. |
2 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2950 |
ex 2905 59 98 |
10 |
2-Kloroetanol, għall-manifattura ta’ tijoplasti likwidi tas-sottointestatura 4002 99 90 , (CAS RN 107-07-3) (1) |
1.1.-31.12. |
15 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2851 |
ex 2907 12 00 |
10 |
O-Cresol b’purezza ta’ mhux anqas minn 98.5 % tal-piż (CAS RN 95-48-7) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2767 |
ex 2910 90 00 |
80 |
Allyl glycidyl ether (CAS RN 106-92-3) |
1.1.-31.12. |
4 300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2624 |
2912 42 00 |
|
Ethylvanillin (3-ethoxy-4-hydroxybenzaldehyde), (CAS RN 121-32-4) |
1.1.-31.12. |
950 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2638 |
ex 2915 21 00 |
10 |
Aċtu aċetiku b’purità bil-piż ta’ 99 % jew aktar (CAS RN 000064-19-7) |
1.1.-31.12. |
500 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2972 |
2915 24 00 |
|
Anidride aċetiku (CAS RN 108-24-7) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2769 |
ex 2917 13 90 |
10 |
Dimethyl sebacate (CAS RN 106-79-6) |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2634 |
ex 2917 19 90 |
40 |
Aċidu dodekanedjojku, ta’ purezza b’piż ta’ aktar minn 98,5 % (CAS RN 000693-23-2) |
1.1.-31.12. |
4 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2808 |
ex 2918 22 00 |
10 |
Aċtu o-aċetisaliċiliku (CAS RN 50-78-2) |
1.1.-31.12. |
120 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2975 |
ex 2918 30 00 |
10 |
Benzophenone-3,3’,4,4’-tetracarboxylic dianhydride (CAS RN 2421-28-5) |
1.1.-31.12. |
1 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2632 |
ex 2921 22 00 |
10 |
Eksametilenediammina (CAS RN 124-09-4) |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2602 |
ex 2921 51 19 |
10 |
o-Phenylenediamine (CAS RN 95-54-5) |
1.1.-31.12. |
1 800 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2977 |
2926 10 00 |
|
Akrilonitrile (CAS RN 107-13-3) |
1.1.-31.12. |
75 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2917 |
ex 2930 90 13 |
90 |
Ċistina (CAS RN 56-89-3) |
1.1.-31.12. |
600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2603 |
ex 2930 90 99 |
79 |
Bis(3-triethoxysilylpropyl)tetrasulfide (CAS RN 40372-72-3) |
1.1.-31.12. |
12 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2810 |
2932 11 00 |
|
Tetraidrofuran (CAS RN 109-99-9) |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2955 |
ex 2932 19 00 |
60 |
Flurtamone (ISO) (CAS RN 96525-23-4) |
1.1.-31.12. |
300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2812 |
ex 2932 20 90 |
77 |
Hexan-6-olide (CAS RN 502-44-3) |
1.1.-31.12. |
4 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2615 |
ex 2934 99 90 |
70 |
Aċidu ribonuklejku (CAS RN 63231-63-0) |
1.1.-31.12. |
110 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2945 |
ex 2940 00 00 |
20 |
D-Xylose (CAS RN 58-86-6) |
1.1.-31.12. |
400 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2908 |
ex 3804 00 00 |
10 |
Linjosulfonat tas-sodju |
1.1.-31.12. |
40 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2889 |
3805 10 90 |
|
Termentina tas-sulfat |
1.1.-31.12. |
20 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2935 |
ex 3806 10 00 |
10 |
Resin u aċidi tar-resin miksuba minn oleoresins friski |
1.1.-31.12. |
280 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2814 |
ex 3815 90 90 |
76 |
Katalizzatur magħmul mid-dijossidu tat-titanju u t-tijossidu tat-titanju |
1.1.-31.12. |
2 200 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2829 |
ex 3824 90 97 |
19 |
Estratt solidu ta’ materjal residwu li ma jinħallx f’solventi alifatiċi miksuba matul l-estrazzjoni tar-resin mill-injam, li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
1.1.-31.12. |
1 600 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2986 |
ex 3824 90 97 |
76 |
Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom:
għall-użu fil-produzzjoni ta’ ossidi amini (1) |
1.1.-31.12. |
14 315 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2907 |
ex 3824 90 97 |
86 |
Taħlita ta’ fitosteroli, fi trab, li fihom, bil-piż:
għal użu fil-manifattura tal-istanoli/steroli jew stanoli/steroli esters (1) |
1.1.-31.12. |
2 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2140 |
ex 3824 90 97 |
98 |
Taħlita ta’ amines terzjarji li fihom, skont il-piż:
|
1.1.-31.12. |
4 500 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2639 |
3905 30 00 |
|
Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed |
1.1.-31.12. |
18 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2640 |
ex 3905 99 90 |
91 |
Polivinil butiral |
1.1.-31.12. |
11 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2616 |
ex 3910 00 00 |
30 |
Polydimethylsiloxane b’livell ta’ polimerizzazzjoni ta’ 2 800 monomer unit (± 100) |
1.1.-31.12. |
1 300 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2816 |
ex 3912 11 00 |
20 |
Frak tal-aċetat taċ-ċellulożju |
1.1.-31.12. |
75 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2641 |
ex 3913 90 00 |
87 |
Ijaluronat tas-sodju, mhux sterili:
|
1.1.-31.12. |
200 kg |
0 % |
||||||||
09.2813 |
ex 3920 91 00 |
94 |
Film koestruż bi tliet saffi magħmul minn butiral tal-polivinil mingħajr faxx ta’ kulur sfumat li fih bħala kontenut bil-piż 29 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx il-31 % ta’ 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) li jintuża bħala plastifikant |
1.1.-31.12. |
3 000 000 m2 |
0 % |
||||||||
09.2818 |
ex 6902 90 00 |
10 |
Briks li jirreżistu s-sħana:
|
1.1.-31.12. |
75 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2628 |
ex 7019 52 00 |
10 |
Xibka tal-ħġieġ minsuġa minn fibri tal-ħġieġ miksija bil-plastik, b’piż ta’ 120 g/m2(± 10 g/m2), tat-tip li jintuża fir-rolling insect screens bil-qafas fiss |
1.1.-31.12. |
1 900 000 m2 |
0 % |
||||||||
09.2799 |
ex 7202 49 90 |
10 |
Ferro-kromju li fih 1.5 % jew aktar iżda mhux aktar minn 4 % tal-piż f’karbonju u mhux aktar minn 70 % ta’ kromju |
1.1.-31.12. |
50 000 tunnellata |
0 % |
||||||||
09.2629 |
ex 7616 99 90 |
85 |
Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1) |
1.1.-31.12. |
800 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2636 |
ex 8411 82 80 |
20 |
Magni tat-turbini tal-gass industrijali aeroderivattivi tal-64 MW, biex jiġu inkorporati f’settijiet għall-ġenerazzjoni tal-elettriku għal bżonnijiet ta’ quċċata/ħtieġa medja li joperaw għal anqas minn 5 500 siegħa fis-sena u b’effiċjenza taċ-ċiklu sempliċi ta’ aktar minn 40 % |
1.1.-31.12. |
10 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2763 |
ex 8501 40 80 |
30 |
Mutur kommutatur elettriku AC, monofażi, b’rendiment ta’ aktar minn 750 W, u input enerġetiku ta’ aktar minn 1 600 W imma mhux aktar minn 2 700 W, dijametru estern ta’ aktar minn 120 mm (± 0,2 mm) imma mhux aktar minn 135 mm (± 0,2 mm), b’rata ta’ veloċità ta’ aktar minn 30 000 rpm imma mhux aktar minn 50 000 rpm, mgħammar b’ventilatur għall-ajra, għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) |
1.1.-31.12. |
2 |
0 % |
||||||||
09.2642 |
ex 8501 40 80 |
40 |
Assemblaġġ, magħmul minn:
għall-użu fil-produzzjoni tal-vacuum cleaners (1) |
1.1.-31.12. |
120 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2633 |
ex 8504 40 82 |
20 |
Adapter tal-elettriku, b’kapaċità ta’ mhux aktar minn 1 kVA, biex jintuża fil-manifattura ta’ apparat li jneħħi x-xagħar (1) (1) |
1.1.-31.12. |
4 |
0 % |
||||||||
09.2643 |
ex 8504 40 82 |
30 |
Pjanċi bis-sokits għall-għoti tal-elettriku li jintuża fil-manifattura ta’ oġġetti li jaqgħu taħt l-intestatura 8521 u 8525 (1) |
1.1.-31.12. |
1 038 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2620 |
ex 8526 91 20 |
20 |
Assemblaġġ għal sistemi GPS b’funzjoni ta’ determinazzjoni tal-pożizzjoni |
1.1.-31.12. |
3 |
0 % |
||||||||
09.2003 |
ex 8543 70 90 |
63 |
Ġeneratur tal-frekwenzi kkontrollat bil-vultaġġ, li jikkonsisti f’elementi attivi u passivi mmuntati fuq ċirkwit stampat miżmum ġewwa qafas li d-dimensjonijiet ta’ barra tiegħu mhux aktar minn 30 mm × 30 mm |
1.1.-31.12. |
1 400 000 unitajiet |
0 % |
||||||||
09.2635 |
ex 9001 10 90 |
20 |
Fibri ottiċi għall-manifattura tal-kejbils magħmulin mill-fibri tal-ħġieġ taħt l-intestatura 8544 (1) |
1.1.-31.12. |
3 |
0 % |
||||||||
09.2631 |
ex 9001 90 00 |
80 |
Lentijiet, priżmi u elementi inkullati għall-użu fil-manifattura ta’ prodotti tal-kodiċijiet NM 9002 , 9005 , 9013 10 u 9015 (1) |
1.1.-31.12. |
5 |
0 % |
(1) Tnaqqis tad-dazju doganali għandu jkun suġġett għall-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 - ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(2) Madankollu, il-miżura ma titħalliex titwettaq meta l-ipproċessar isir mill-istabbilimenti li jbiegħu bl-imnut jew tal-catering.”