EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0446

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2011 tal- 10 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju provviżorju ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja

ĠU L 122, 11.5.2011, p. 47–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/11/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 12/05/2011

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/446/oj

11.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/47


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 446/2011

tal-10 ta’ Mejju 2011

li jimponi dazju provviżorju ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-13 ta’ Awwissu 2010, il-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) ħabbret permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2) (“Avviż ta’ bidu”), il-bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom (“il-prodott investigat”) li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja, u l-Malasja (“il-pajjiżi ikkonċernati”).

(2)

Il-proċedimenti ta’ antidumping inbdew wara ilment mressaq fit-30 ta’ Ġunju 2010 minn żewġ produtturi tal-Unjoni, Cognis GmbH u Sasol Olefins & Surfactants GmbH (“il-kwerelanti”). Dawn iż-żewġ kumpaniji huma inkorporati taħt il-liġi Ġermaniża, b’imkejjen ta’ produzzjoni fil-Ġermanja, Franza u l-Italja. Dawn iż-żewġ kumpaniji jirrappreżentaw sehem ewlieni, f’dan il-każ aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott investigat. L-ilment kien jinkludi evidenza prima facie ta’ dumping tal-prodott imsemmi li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati u ta’ ħsara materjali li rriżultat minnu, u din l-evidenza tqieset li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċediment.

1.2.   Il-partijiet ikkonċernati mill-proċediment

(3)

Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-kwerelanti, produtturi oħra magħrufa fl-Unjoni, importaturi/kummerċjanti u utenti magħrufa li huma kkonċernati, produtturi esportaturi u rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi kkonċernati dwar il-bidu tal-proċedura. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Avviż ta’ bidu.

(4)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta.

(5)

Minħabba l-għadd kbir ta’ importaturi identifikati mill-ilment, kien hemm ħsieb ta’ teħid ta’ kampjuni għall-importaturi fl-Avviż ta’ bidu skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku. Erba’ importaturi pprovdew l-informazzjoni meħtieġa u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun sal-iskadenza fl-Avviz ta’ bidu. Minħabba dan l-għadd żgħir ta’ importaturi li għamlu kuntatt ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma jiġix applikat.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi esportaturi, lill-produtturi tal-Unjoni u lill-utenti u lill-fornituri kollha magħrufin li huma kkonċernati kif ukoll lill-partijiet kollha li talbu hekk fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti fl-Avviż ta’ bidu.

(7)

Waslu t-tweġibiet għall-kwestjonarju minn ħames produtturi tal-Unjoni, żewġ importaturi, 21 utent fl-Unjoni, żewġ produtturi esportaturi fl-Indja, żewġ produtturi esportaturi fl-Indoneżja u n-negozjanti marbuta magħhom, u tliet produtturi esportaturi fil-Malasja u n-negozjanti marbuta magħhom.

(8)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għal determinazzjoni preliminari ta’ dumping, il-ħsara li rriżultat u l-interess tal-Unjoni. Saru żjarat ta’ verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi fl-Unjoni:

Cognis GmbH, Germany

Cognis France S.A.S., France

Sasol Olefins & Surfactants GmbH, Germany

(b)

Importaturi fl-Unjoni:

Oleo solutions Ltd, United Kingdom

(c)

Utenti fl-Unjoni:

Henkel AG & Co., Germany

PCC Rokita SA, Poland

Procter & Gamble International Operations SA, Switzerland

Unilever, Netherlands

Zshimmer & Schwarz italiana SpA, Italy

(d)

Produtturi li jesportaw fl-Indja:

Godrej Industries Limited, Mumbai and Taluka Valia

VVF Limited, Mumbai

(e)

Produtturi esportaturi fl-Indoneżja:

P.T. Ecogreen Oleochemicals u l-kumpaniji marbuta magħha, Batam, Singapore, Dessau

P.T. Musim Mas u l-kumpaniji marbuta magħha, Medan, Singapore, Hamburg

(f)

Produtturi esportaturi fil-Malasja:

Fatty Chemical Malaysia Sdn. Bhd. u l-kumpaniji marbuta magħha, Prai, Emmerich

KL-Kepong Oleomas Sdn. Bhd. u l-kumpanija marbuta magħha, Petaling Jaya, Hamburg

Emery Oleochemicals Sdn. Bhd., Telok Panglima Garang

1.3.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni

(9)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti gћall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu meqjus”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(10)

Il-prodott ikkonċernat huwa alkoħols xaħmija saturati b’katina ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tul ta’ C8, C10, C12, C14, C16 jew C18 (l-iżomeri bil-friegħi mhux inklużi) li jinkludu alkoħols xaħmija saturati uniċi (li ssir referenza għalihom ukoll bħala “qatgħat uniċi”) u taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C6-C8, C6-C10, C8-C10, C10-C12 (ġeneralment kategorizzati bħala C8-C10), taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C12-C14, C12-C16, C12-C18, C14-C16 (ġeneralment kategorizzati bħala C12-C14), u taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C16-C18, li joriġinaw fl-Indja, l-Indoneżja, u l-Malasja (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa jaqaw taħt il-kodiċijiet NM ex 2905 16 85, 2905 17 00, ex 2905 19 00 u ex 3823 70 00.

(11)

Il-prodott investigat huwa prodott intermedju li jiġi prodott minn sorsi naturali (oleokimiċi) jew sintetiċi (petrokimiċi), bħax-xaħmijiet u ż-żjut naturali, żejt mhux raffinat, gass naturali, likwidi ta’ gass naturali u l-karbonju. Jintuża l-aktar bħala materjal ta’ bażi għall-produzzjoni ta’ sulfati ta’ alkoħols xaħmija, etossilati ta’ alkoħols xaħmija u sulfati tal-etere ta’ alkoħols xaħmija (l-hekk imsejħa aġenti tensioattivi). L-aġenti tensioattivi jintużaw fil-produzzjoni ta’ deterġenti u prodotti għat-tindif fid-dar u l-kura personali.

2.2.   Il-prodott simili

(12)

Il-prodott esportat lejn l-Unjoni mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja, u l-prodott li jiġi prodott u mibjugħ domestikament f’dawn il-pajjiżi kif ukoll dak manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni nstabu li kellhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u tekniċi kif ukoll l-istess użi. Għalhekk huma b’mod provviżorju meqjusa li huma simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

(13)

Matul il-kors tal-investigazzjoni, ċerti partijiet stqarrew li wieħed mill-kwerelanti pproduċa, f’wieħed mis-siti ta’ produzzjoni tiegħu, prodott li jinkludi molekuli tal-iżomeri bil-friegħi, mhux kopert bid-definizzjoni tal-ambitu tal-prodott, u li għalhekk din il-produzzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala waħda li tista’ titqies bħala prodott simili. Provviżorjament qed jiġi ddeterminat li din it-talba hija ġġustifikata, u għalhekk id-dejta ta’ dan il-produttur ma ntużatx fl-analiżi tal-ħsara. Għandu jiġi nnutat li żewġ kumpaniji oħra, b’waħda minnhom li qed tikkopera fl-investigazzjoni, ġew esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni għall-istess raġuni.

3.   DUMPING

3.1.   L-Indja

3.1.1.   Il-valur normali

(14)

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali għal kull produttur esportatur l-ewwel ġie stabbilit jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum tal-bejgħ totali ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku hu kkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ikun mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Instab li l-bejgħ globali minn kull produttur esportatur tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(15)

Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq lokali tiegħu u misjub li huwa komparabbli direttament mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie stabbilit jekk il-bejgħ lokali kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari tqies rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur ikkonċernat fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI rrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott komparabbli esportat lill-Unjoni.

(16)

Sussegwentement ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgћ domestiku bi qligħ lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat matul il-PI.

(17)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 % bħala volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott kienu ogħla mill-kost u l-medja differenzjata tal-prezz ta’ bejgħ ta’ dak it-tip kienet daqs jew iktar mill-prezz ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet domestiċi attwali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ sarx bi profitt jew le.

(18)

Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-kost ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala prezz medju differenzjat tal-bejgħ domestiku bi qligħ biss ta’ dak it-tip magħmul matul il-PI.

3.1.2.   Il-prezz ta’ esportazzjoni

(19)

Iż-żewġ produtturi esportaturi fl-Indja esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni. Għalhekk, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li jistgħu jitħallsu minn dawn il-klijenti indipendenti għall-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.1.3.   Tqabbil

(20)

Il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni tal-produtturi esportaturi tqabblu fuq bażi ex-fabbrika.

(21)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, fejn applikabbli u fejn kien iġġustifikat, saru aġġustamenti għad-differenzi fit-taxxi indiretti, trasport, assigurazzjoni, immaniġġjar, spejjeż ta’ tagħbija u oħrajn anċillari, spejjeż ta’ ppakkjar, spejjeż ta’ kreditu u kummissjonijiet.

(22)

Iż-żewġ produtturi esportaturi stqarrew li l-bejgħ tagħhom li għamlu lil wieħed mill-kwerelanti fl-Unjoni matul il-PI għandu jiġi injorat fil-kalkolu tal-marġini ta’ dumping għaliex dan il-bejgħ sar fi kwantitajiet sinifikanti u bi prezzijiet negozjati sew. Iżda, m’hemmx raġuni legali għaliex dawn l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat għandhom jiġu injorati fil-kalkolu ta’ dumping. It-talbiet taż-żewġ produtturi esportaturi għalhekk ġew miċħuda.

(23)

Iż-żewġ produtturi esportaturi talbu aġġustament għall-konverżjoni tar-rata tal-kambju hekk kif argumentaw li kien hemm apprezzament sostnut fir-Rupee Indjan (INR) kontra l-Euro (EUR) sa minn Novembru tal-2009 li jkollu effett ta’ tfixkil fuq il-kalkoħols ta’ dumping. It-talba kienet marbuta mal-bejgħ li sar fl-EUR minn Jannar tal-2010 ‘il quddiem u kienet tikkonsisti f’talba li, għall-finijiet tal-konverżjoni tal-valur ta’ dak il-bejgħ f’INR, ir-rata tal-kambju għax-xahar li fih sar il-bejgħ tiġi sostitwita bir-rata tal-kambju ta’ xahrejn qabel L-Artikolu 2(10)(j) fil-fatt jipprovdi għal aġġustament għall-konverżjonijiet tar-rata tal-kambju f’ċertu ċirkostanzi. Madankollu, wieħed jinnota li l-apprezzament tar-INR seħħ biss matul it-tieni nofs tal-PI. Barra minn hekk, wieħed jinnota li ż-żewġ kumpaniji Indjani spiss għollew il-prezzijiet tagħhom lill-klijenti ewlenin tagħhom fl-Unjoni matul dak il-perjodu u segwew mudell pjuttost regolari, u li l-prezzijiet stabbiliti fl-Unjoni mill-kwerelanti kienu wkoll qed jiżdiedu b’mod sod matul it-tieni nofs tal-PI. Għalhekk m’hemmx evidenza ċara li l-apprezzament tar-INR ma kienx rifless fil-ħin fil-prezzijiet li kienu jitolbu l-produtturi esportaturi Indjani lill-klijenti tagħhom fl-UE jew li kellu effett penalizzanti bla bżonn fil-kalkoħols ta’ dumping. It-talbiet taż-żewġ kumpaniji għalhekk ġew miċħuda.

3.1.4.   Marġni ta’ dumping

(24)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġinijiet ta’ dumping għall-produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw ġew stabbiliti abbażi ta’ paragun bejn il-medja differenzjata tal-valur normali u l-medja differenzjata tal-prezz ta’ esportazzjoni.

(25)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kwerelant u l-produtturi esportaturi Indjani li kkoopera, u meqjusal-informazzjoni statistika disponibbli, ma hemmx aktar produtturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat fl-India. Għalhekk, il-marġini ta’ dumping nazzjonali li kellu jiġi stabbilit għall-Indja ġie stabbilit fl-istess livell tal-ogħla marġini misjub għal produttur esportatur li kkoopera.

(26)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping provviżorji espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping provviżorju

Godrej Industries Limited

9,3  %

VVF Limited

4,8  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,3  %

3.2.   L-Indoneżja

3.2.1.   Valur normali

(27)

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali għal kull produttur esportatur l-ewwel ġie stabbilit jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum tal-bejgħ totali ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku hu kkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ikun mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Instab li l-bejgħ globali minn kull produttur esportatur tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv.

(28)

Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq lokali tiegħu u misjub li huwa komparabbli direttament mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie stabbilit jekk il-bejgħ lokali kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari tqies rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur ikkonċernat fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI rrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott komparabbli esportat lill-Unjoni.

(29)

Sussegwentement ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgћ domestiku bi qligħ lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat matul il-PI.

(30)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 % bħala volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott kienu ogħla mill-kost u l-medja differenzjata tal-prezz ta’ bejgħ ta’ dak it-tip kienet daqs jew iktar mill-prezz ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet domestiċi attwali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ sarx bi profitt jew le.

(31)

Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-kost ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala prezz medju differenzjat tal-bejgħ domestiku bi qligħ biss ta’ dak it-tip magħmul matul il-PI.

(32)

Fejn ma kien hemm ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari minn produttur esportatur, il-valur normali ġie maħdum skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(33)

Meta jinbena l-valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u ta’ bejgħ u għall-profitti ġew imsejsa, skont l-Artikolu 2(6) l-ewwel subparagrafu introduttorju tar-Regolament bażiku, fuq id-dejta effettiva marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur.

3.2.2.   Il-prezz ta’ esportazzjoni

(34)

Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Unjoni jew direttament lill-klijenti indipendenti jew permezz tal-kumpaniji tan-negozju relatati li jinsabu f’Singapor u fl-Unjoni.

(35)

Fejn il-bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni sar jew direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni jew permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati f’Singapor, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet effettivament imħallsa jew li għandhom jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(36)

Fejn il-bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji kummerċjali relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-ewwel prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dawn in-negozjanti relatati lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Tqabbil

(37)

Il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni tal-produtturi esportaturi tqabblu fuq bażi ex-fabbrika.

(38)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, fejn applikabbli u fejn kien iġġustifikat, saru aġġustamenti għad-differenzi fit-taxxi indiretti, trasport, assigurazzjoni, immaniġġjar, spejjeż ta’ tagħbija u oħrajn anċillari, spejjeż ta’ ppakkjar, spejjeż ta’ kreditu u kummissjonijiet.

(39)

Waħda mill-kumpaniji talbet aġġustament għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi abbażi li hija tesporta l-prodott investigat kemm fil-forma likwida kif ukoll dik solida lill-UE filwaqt li fuq is-suq domestiku hija tbiegħu biss fil-forma solida u li l-prezzijiet tal-forma likwida huma aktar baxxi minn dawk tal-prodott investigat. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdietx il-kwantifikazzjoni ta’ dan l-aġġustament. Paragun sempliċi tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-prodott investigat solidu u likwidu ma jistax jikkostitwixxi l-bażi għall-għoti ta’ aġġustament għad-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi. Barra minn hekk, is-sistema tal-kontabbiltà tal-kumpanija ma tippermettix is-segregazzjoni tajba tad-differenzi fl-ispejjeż bejn il-prodott solidu u dak likwidu. Għalhekk, ma kienx hemm mod affidabbli biex jiġi kkalkulat l-aġġustament potenzjali u t-talba kellha tiġi miċħuda.

(40)

Il-kwerelanti ppreżentaw it-talba li hemm distorsjoni fl-ispiża tal-enerġija fl-Indoneżja minħabba l-prezzijiet baxxi ħafna u sussidjati tal-enerġija. Madankollu, ma ppreżentaw l-ebda tagħrif sostanzjat dwar kif din id-distorsjoni fl-ispiża tal-enerġija użata għall-produzzjoni domestika u għall-esportazzjoni se taffettwa l-kalkoħols ta’ dumping. It-talba għalhekk ma ntlaqatx.

3.2.4.   Marġni ta’ dumping

(41)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġinijiet ta’ dumping għall-produtturi esportaturi Indoneżjani li kkooperaw ġew stabbiliti abbażi ta’ paragun bejn il-medja differenzjata tal-valur normali u l-medja differenzjata tal-prezz ta’ esportazzjoni.

(42)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kwerelant u l-produtturi esportaturi Indoneżjani li kkooperaw, u meqjusal-informazzjoni statistika disponibbli, ma hemmx aktar produtturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat fl-Indoneżja. Għalhekk, il-marġini ta’ dumping nazzjonali li kellu jiġi stabbilit għall-Indoneżja ġie stabbilit fl-istess livell tal-ogħla marġini misjub għal produttur esportatur li kkoopera.

(43)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping provviżorju

P.T. Ecogreen Oleochemicals

6,3  %

P.T. Musim Mas

7,6  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,6  %

3.3.   Il-Malasja

3.3.1.   Valur normali

(44)

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali għal kull produttur esportatur l-ewwel ġie stabbilit jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum tal-bejgħ totali ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku hu kkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ikun mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Għal tnejn mill-produtturi esportaturi li kkooperaw instab li l-bejgħ globali mill-produtturi esportaturi tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv. Fil-każ tal-produttur esportatur l-ieħor li kkopera ma nstab l-ebda bejgħ domestiku indipendenti fil-PI.

(45)

Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq lokali tiegħu u misjub li huwa komparabbli direttament mat-tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, ġie stabbilit jekk il-bejgħ lokali kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari tqies rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ dak it-tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur ikkonċernat fis-suq domestiku lil klijenti indipendenti matul il-PI rrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali ta’ bejgħ tat-tip ta’ prodott komparabbli esportat lill-Unjoni.

(46)

Sussegwentement ġie eżaminat jekk il-bejgħ domestiku ta’ dan it-tip ta’ prodott jistax jitqies bħala bejgħ li sar fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgћ domestiku bi qligħ lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip tal-prodott ikkonċernat esportat matul il-PI.

(47)

Għal dawk it-tipi ta’ prodotti fejn aktar minn 80 % bħala volum ta’ bejgħ fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott kienu ogħla mill-kost u l-medja differenzjata tal-prezz ta’ bejgħ ta’ dak it-tip kienet daqs jew iktar mill-prezz ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali, skont it-tip ta’ prodott, ġie kkalkulat bħala l-medja differenzjata tal-prezzijiet domestiċi attwali tal-bejgħ kollu tat-tip ikkonċernat, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ sarx bi profitt jew le.

(48)

Meta l-ammont ta’ bejgħ bi qligħ ta’ tip ta’ prodott kien jirrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum ta’ bejgħ totali ta’ dak it-tip, jew meta l-prezz medju differenzjat ta’ dak it-tip kien inqas mill-kost ta’ unità ta’ produzzjoni, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku attwali, li ġie kkalkulat bħala prezz medju differenzjat tal-bejgħ domestiku bi qligħ biss ta’ dak it-tip magħmul matul il-PI.

(49)

Fejn ma kien hemm ebda bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari minn produttur esportatur, il-valur normali ġie maħdum skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku.

(50)

Meta jinbena l-valur normali skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, l-ammonti għall-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u ta’ bejgħ u għall-profitti ġew imsejsa, skont l-Artikolu 2(6) l-ewwel subparagrafu introduttorju tar-Regolament bażiku, fuq id-dejta effettiva marbuta mal-produzzjoni u l-bejgħ, fl-andament normali tal-kummerċ, tal-prodott simili, mill-produttur esportatur.

(51)

Fil-każ tal-produttur esportatur li ma kellux bejgħ domestiku fil-PI, l-ammonti tal-ispejjeż ta’ bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi u tal-profitti ġew bbażati, skont l-Artikolu 2(6)(a) tar-Regolament bażiku, fuq il-medja differenzjata tal-ammonti attwali ddeterminati għaż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra soġġetti għall-investigazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Malasja.

3.3.2.   Il-prezz ta’ esportazzjoni

(52)

Il-produtturi esportaturi għamlu bejgħ ta’ esportazzjoni lill-Unjoni jew direttament lill-klijenti indipendenti jew permezz tal-kumpaniji tan-negozju relatati li jinsabu fl-Unjoni.

(53)

Fejn il-bejgħ mill-esportazzjoni lill-Unjoni sar direttament lil klijenti indipendenti, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu għall-prodott ikkonċernat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(54)

Fejn il-bejgħ ta’ esportazzjoni lejn l-Unjoni sar permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu fl-Unjoni, il-prezzijiet ta’ esportazzjoni ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-ewwel prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ta’ dawn il-kumpaniji relatati lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

3.3.3.   Tqabbil

(55)

Il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni tal-produtturi esportaturi tqabblu fuq bażi ex-fabbrika.

(56)

Biex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz ta’ esportazzjoni, saret konċessjoni xierqa fil-forma ta’ aġġustamenti għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta’ dan, saru aġġustamenti għall-ispejjeż ta’ trasport, assigurazzjoni, immaniġġjar, tagħbija u oħrajn anċillari, fl-ispejjeż ta’ imballaġġ u l-ispejjeż ta’ kreditu, fejn kien applikabbli u ġġustifikat.

(57)

Produttur esportatur Malasjan stqarr li l-kumpanija relatata tiegħu fl-Unjoni hija fil-fatt id-dipartiment ta’ esportazzjoni tal-manifattur. Fuq din il-bażi, il-kumpanija stqarret li jkun hemm tnaqqis eċċessiv biex jiġi stabbilit il-prezz ex-fabbrika li kieku jsiru l-aġġustamenti kollha għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi u l-profitti, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, instab li l-fatturi nħarġu mill-kumpanija relatata lill-klijenti fl-Unjoni u li l-ħlasijiet mill-klijenti fl-Unjoni nġabru mill-kumpanija relatata. Aktar minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-bejgħ li sar mill-kumpanija relatata inkluda l-qligħ. Barra minn hekk, il-kontijiet finanzjarji tan-negozjant urew li hu sofra l-ispejjeż normali tal-bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi li seħħew bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid. Għalhekk jidher li l-kumpanija relatata fil-fatt twettaq il-funzjonijiet tipiċi tal-importatur. Fuq din il-bażi, l-argument kien miċħud.

(58)

Il-kwerelanti ppreżentaw fir-rigward tal-Malasja l-istess talba li tikkonċerna l-ispejjeż tal-enerġija msemmija fil-premessa (39) għall-Indoneżja. Din it-talba wkoll ġiet miċħuda għall-istess raġunijiet.

3.3.4.   Marġni ta’ dumping

(59)

Skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-marġinijiet ta’ dumping għall-produtturi esportaturi Malasjani li kkooperaw ġew stabbiliti abbażi ta’ paragun bejn il-medja differenzjata tal-valur normali u l-medja differenzjata tal-prezz ta’ esportazzjoni.

(60)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli mill-kwerelant u l-produtturi esportaturi Malasjani li kkoopera, u meqjusal-informazzjoni statistika disponibbli, ma hemmx aktar produtturi magħrufa tal-prodott ikkonċernat fil-Malasja. Għalhekk, il-marġini ta’ dumping nazzjonali li kellu jiġi stabbilit għall-Malasja ġie stabbilit fl-istess livell tal-ogħla marġini misjub għal produttur esportatur li kkoopera.

(61)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet tad-dumping provviżorji, espressi bћala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma:

Kumpanija

Marġini ta’ dumping provviżorju

Fatty Chemical Malaysia Sdn. Bhd

13,8  %

KL-Kepong Oleomas Sdn. Bhd.

5,0  %

Emery Oleochemicals Sdn. Bhd

5,3  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

13,8  %

4.   ĦSARA

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni

(62)

Matul il-PI, il-prodott simili ġie mmanifatturat minn żewġ produtturi magħrufa u minn xi produtturi oħra żgħar ħafna fl-Unjoni. L-informazzjoni kollha disponibbli rigward il-produtturi tal-Unjoni, inkluża l-informazzjoni pprovduta fl-ilment u d-dejta miġbura mill-produtturi tal-Unjoni qabel u wara l-bidu tal-investigazzjoni, intużat sabiex tiġi stabbilita l-produzzjoni totali tal-Unjoni. Abbażi ta’ dan, il-produzzjoni totali tal-Unjoni ġiet stmata għal madwar 400 000 u 500 000 tunnellata waqt il-PI. Il-produtturi tal-Unjoni li huma responsabbli għall-produzzjoni totali tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(63)

Xi partijiet interessati stqarrew li wieħed mill-kwerelanti m’għandux jiġi kkunsidrat bħala parti mill-industrija tal-Unjoni, għaliex din il-kumpanija importat il-prodott ikkonċernat matul il-PI. Madankollu ġie vverifikat li l-perċentwali tal-prodott importat minn din il-kumpanija mill-pajjiżi kkonċernati matul il-PI kienet relattivament baxxa, u għalhekk mhux sostanzjali f’paragun mal-produzzjoni tagħha tal-prodott simili. Barra minn hekk, dawn l-importazzjonijiet kienu l-aktar ta’ natura temporanja. Għalhekk jista’ jiġi kkonfermat li l-attività ewlenija ta’ din il-kumpanija hija l-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott investigat fl-UE u l-interess ewlieni tagħha huwa dak ta’ produttur tal-Unjoni. B’konsegwenza ta’ dan, qed jiġi ddeterminat provviżorjament li din it-talba mhiex iġġustifikata.

4.2.   Il-konsum tal-Unjoni

(64)

Il-konsum ġie stabbilit fuq il-bażi tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-użu vinkolanti, u l-importazzjonijiet totali (meħuda mill- Eurostat). Billi d-dejta tal-Eurostat tinkludi wkoll xi prodotti li mhumiex il-prodott ikkonċernat, saru l-aġġustamenti xierqa. It-tagħrif qed jingħata fil-forma ta’ numri ta’ indiċi (2007 = 100) biex tiġi mħarsal-kunfidenzjalità.

Il-konsum tal-Unjoni

2007

2008

2009

PI

tunnellati

100

102

97

102

Δ% Annwali

 

2,2  %

–4,8  %

4,6  %

Sors: Eurostat, dejta dwar l-ilment u tweġibiet għall-kwestjonarju

(65)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied ftit bi 2 %. L-ewwel, mill-2007 sal-2008, il-konsum żdied bi 2,2 %, segwit bi tnaqqis mill-2008 sal-2009 ta’ 4,8 %. Mill-2009 sal-aħħar tal-PI, il-konsum irkupra b’4.6 %.

(66)

It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kkontribwixxa għat-tnaqqis fil-konsum mill-2008, li matulu l-utenti tal-prodott ikkonċernat raw waqgħa fid-domanda għall-prodotti tagħhom. Fil-bidu tal-PI, is-sitwazzjoni tas-suq bdiet titjieb xi ftit, u rriżultat f’żieda fid-domanda għall-prodott ikkonċernat paragunata mal-ewwel nofs tal-2009.

4.3.   Importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati

4.3.1.   Akkumulazzjoni

(67)

Il-Kummissjoni qieset jekk l-effetti tal-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, abbażi tal-kriterji li ġew stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. Dan l-Artikolu jipprovdi li l-effetti tal-importazzjonijiet minn żewġ pajjiżi jew aktar li fl-istess ħin ikunu soġġetti għal investigazzjonijiet anti-dumping għandhom ikunu vvaluati b’mod kumulattiv biss jekk jiġi ddeterminat li (a) il-marġni tad-dumping stabbilit f’relazzjoni għall-importazzjonijiet minn kull pajjiż huwa aktar minn de minimis kif ġie ddefinit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku u li l-volum tal-importazzjonijiet ta’ kull pajjiż mhux negliġibbli, u (b) valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet hija adattata fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili Komunitarju.

(68)

Il-marġinijiet ta’ dumping stabbiliti fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ikkonċernat huma aktar minn de minimis kif iddefinit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri 2 % tal-prezzijiet ta’ esportazzjoni, u l-volum ta’ importazzjonijiet minn kull pajjiż ikkonċernat huwa ‘l fuq mil-livell standard ta’ 1 % tas-sehem tas-suq stabbilit mill-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku.

(69)

L-investigazzoni wriet ukoll li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni kienu simili kemm bejn l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping u kemm bejn l-importazzjonijiet li kienu oġġett ta’ dumping u l-prodott simili. Instab li l-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-pajjiżi kollha kkonċernati waqgħu matul il-perjodu kkunsidrat, u segwew l-istess tendenza. Barra minn hekk, il-prodott investigat importat mill-pajjiżi kkonċernati kien simili f’kull rispett, huwa interskambjabbli u huwa kummerċjalizzat fl-Unjoni permezz ta’ kanali ta’ bejgħ paragunabbli u f’kundizzjonijiet kummerċjali simili, biex b’hekk jikkompetu ma’ xulxin u mal-prodott investigat prodott fl-Unjoni.

(70)

Abbażi ta’ dan, qed jiġi konkluż b’mod provviżorju li l-kundizzjonijiet ta’ akkumulazzjoni huma kollha sodisfatti u li għaldaqstant l-effetti tal-importazzjonijiet li ġew soġġetti għal dumping li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati għandhom jiġu vvalutati b’mod konġunt għall-iskop tal-analiżi tal-ħsara.

4.3.2.   Il-volum, il-prezz u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li kienu soġġetti għal dumping mill-pajjiżi kkonċernati

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

2007

2008

2009

PI

tunnellati

112 523

177 286

165 386

176 279

Indiċi: 2007 = 100

100

158

147

157

Δ% Annwali

 

57,6  %

–6,7  %

6,6  %

Sehem mis-suq

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

154

151

154

Δ% Annwali

 

54,2  %

–2,0  %

1,9  %

Prezz medju f’EUR/tunnellati

942

1 017

837

882

Indiċi: 2007 = 100

100

108

89

94

Δ% Annwali

 

8  %

–18  %

5  %

Sors: Eurostat u t-tweġibiet tal-Kwestjonarji

(71)

Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati żdiet b’mod sinifikanti b’57 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-akbar żieda seħħet bejn l-2007 u l-2008 meta l-importazzjonijiet żdiedu bi 58 %. L-importazzjonijiet imbagħad naqsu bi ftit fl-2009 biex reġgħu żdiedu għal-livell tal-2008 matul il-PI.

(72)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati varjaw bil-qawwi matul il-perjodu kkunsidrat, u rriflettew tnaqqis ġenerali ta’ 6 %. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati dejjem kienu aktar baxxi minn dawk stabbiliti mill-bqija tad-dinja u mill-industrija tal-Unjoni, għalhekk wasslu għal żieda fis-sehem tas-suq tal-pajjiżi kkonċernati.

(73)

Is-sehem tas-suq tal-pajjiżi konċernati żdied b’mod sinifikanti b’54 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ikbar żieda seħħet bejn l-2007 u l-2008. Kien hemm tnaqqis żgħir fl-importazzjonijiet matul il-kriżi ekonomika, li naqqset is-sehem tas-suq tal-pajjiżi kkonċernati bi 2 % bejn l-2008 u l-2009, iżda mbagħad reġgħu rkupraw dan is-sehem tas-suq sal-aħħar tal-perjodu kkunsidrat.

4.3.2.1.   Twaqqigħ tal-prezz

(74)

Għall-iskop li jiġi analizzat it-twaqqigħ tal-prezz, il-prezzijiet medji differenzjati tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji differenzjati korrispondenti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali attwali u għall-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Dan it-tqabbil tal-prezzijiet sar għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, aġġustati kif dovut fejn neċessarju, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u l-iskontijiet. Ir-riżultati tat-tqabbil, meta espressi bħala perċentwali tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, urew marġini ta’ twaqqigħ ta’ prezzijiet sinifikanti (sa 16 %). Dawn il-marġinijiet ta’ twaqqigħ ta’ prezzijiet jindikaw pressjoni fuq il-prezz eżerċitata mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati fuq is-suq tal-Unjoni.

(75)

Għal kull pajjiż ikkonċernat il-marġini ta’ twaqqigħ ta’ prezzijiet kienu kif ġej:

Pajjiż

Marġini tat-twaqqigħ ta’ prezzijiet

L-Indja

minn – 0,5 sa 16 %

L-Indoneżja

minn – 12,1 sa – 3,2 %

Il-Malasja

minn – 10,4 sa 15,1 %

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni  (3)

4.4.1.   Kummenti preliminari

(76)

B’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha għal evalwazzjoni tal-istat tal-industrija tal-Unjoni mill-2007 sal-aħħar tal-PI.

4.4.2.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità

Produzzjoni tal-Industrija tal-Unjoni

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

90

77

83

Kapaċità tal-Industrija tal-Unjoni

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

109

103

98

S

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

83

75

85

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(77)

Mill-2007 sal-2009, il-produzzjoni tal-Unjoni naqset b’mod sinifikanti bi 23 % biex żdiedet bi ftit bejn l-2009 u tmiem il-PI, biex irriżultat fi tnaqqis ġenerali ta’ 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għandu jiġi nnotat li għalkemm il-konsum tal-Unjoni naqas b’madwar 5 % bejn l-2008 u l-2009, il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni waqgħet ferm iżjed, bi 15 %, u li naqset li tibbenefika mill-irkuprar fil-konsum tal-Unjoni li seħħ fil-PI.

(78)

Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqset b’madwar 2 % tul il-perjodu meqjus. Wara li żdiedet b’madwar 9 % fl-2008, il-kapaċità tnaqqset fis-snin ta’ wara, b’riżultat ta’ tnaqqis ġenerali ta’ 2 % matul il-perjodu meqjus.

(79)

Madankollu, f’konformità mat-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità disponibbli naqas bi 15 % matul il-perjodu meqjus. L-akbar tnaqqis seħħ fl-2009, matul il-kriżi ekonomika ġenerali, u kien hemm xi ftit ta’ titjib matul il-PI.

4.4.3.   Il-bejgħ u s-sehem tas-suq

(80)

Iċ-ċifri dwar il-bejgħ fit-tabella ta’ hawn taħt huma marbuta mal-volum u l-valur tal-bejgħ lill-ewwel klijent mhux relatat fis-suq tal-Unjoni.

Il-volum tal-bejgħ lil dawk mhux relatati fl-UE

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

85

79

82

Δ% Annwali

 

–15,4  %

–6,5  %

4,3  %

Il-valur tal-bejgħ lil dawk mhux relatati fl-UE, (Euro)

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

102

85

88

Δ% Annwali

 

1,6  %

–16,6  %

3,9  %

Is-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

88

87

88

Sors: Eurostat u r-risposti tal-Kwestjonarji

(81)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem tas-suq naqsu bejn l-2007 u l-PI, bi 18 % u 12 % rispettivament. Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, bejn l-2007 u l-2008, minkejja ż-żieda fil-konsum tal-Unjoni, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 15 % u tilef 12 % mis-sehem tas-suq. Fl-2009, il-konsum tal-Unjoni nxtorob, u rriżulta f’aktar telf fil-volum tal-bejgħ ta’ 6,5 % għall-industrija tal-Unjoni. Fil-PI, konformi mal-konsum miżjud tal-Unjoni, il-bejgħ tal-Unjoni żdied bi ftit. Is-sehem tas-suq madankollu, baqa’ stabbli mill-2008 sal-aħħar tal-PI.

4.4.4.   Prezzijiet ta’ unità medji tal-industrija tal-Unjoni

Prezz ta’ unità, bejgħ fl-UE lil dawk mhux relatati

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

120

107

107

Δ% Annwali

 

20,1  %

–10,8  %

–0,4  %

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(82)

Il-prezzijiet żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2007 u l-2008, b’ 20 %. Għandu jiġi nnotat li l-produtturi esportaturi ukoll għollew il-prezzijiet tagħhom matul dan il-perjodu, għalkemm b’ferm inqas mill-industrija tal-Unjoni.

(83)

Fl-2009 l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet, sabiex twieġeb għall-pressjoni taż-żidiet fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Fl-2008 l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi kienu kibru b’57 % u l-prezzijiet tagħhom kienu aktar baxxi b’mod sinifikanti minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tnaqqas il-prezzijiet tagħha għall-istess livell tal-produtturi esportaturi.

(84)

Matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni żammet il-livell tal-prezzijiet tal-2009, bir-riżultat ta’ żieda ġenerali fil-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat ta’ 7 %.

4.4.5.   Ħażniet

(85)

Il-livelli tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’33 % fil-perjodu meqjus. B’mod partikolari bejn l-2008 u l-PI, il-livelli tal-ħażniet naqsu b’mod sinifikanti b’51 %.

Il-ħażniet tal-għeluq tal-industrija tal-Unjoni

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

128

86

67

Δ% Annwali

 

27,7  %

–33,0  %

–21,1  %

Il-ħażniet relatati mal-produzzjoni

5,0  %

7,1  %

5,6  %

4,1  %

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

4.4.6.   Impjiegi, pagi u produttività

Ix-xogħol fl-industrija tal-Unjoni

2007

2008

2009

PI

It-total ta’ impjegati għal prodott ikkonċernat (bil-produtturi li ma esprimewx ruħhom)

Indiċi: 2007 = 100

100

97

91

87

Pagi medji għal kull impjegat (EUR)

Indiċi: 2007 = 100

100

102

101

106

Produttività (unità/impjegat)

Indiċi: 2007 = 100

100

93

85

96

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(86)

Minħabba t-tnaqqis fl-attivitajiet tal-industrija tal-Unjoni, in-numru tal-impjegati tnaqqas sostanzjalment bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ispejjeż tax-xogħol għal kull impjegat żdiedu bi ftit, b’6 %, matul il-perjodu kkunsidrat. Din hija meqjusa bħala żieda naturali u hija inqas mir-rata tal-inflazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.7.   Il-kapaċità ta’ profitt, il-likwidità, l-investimenti, l-introjtu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jinġabar il-kapital

Kapaċità ta’ profitt ta’ bejgħ tal-UE lil dawk mhux relatati

2007

2008

2009

PI

% telf/fatturat nett

Indiċi: 2007 = 100

100

76

408

236

Likwidità negattiva għall-industrija tal-Unjoni (EUR)

Indiċi: 2007 = 100

100

– 249

1 178

439

Likwidità f’% ta’ Bejgħ tal-UE lil dawk mhux relatati

–1,3  %

3,7  %

–24,5  %

–7,9  %

Indiċi: 2007 = 100

100

– 285

1 899

609

Investimenti fl-industrija tal-Unjoni (EUR)

Indiċi: 2007 = 100

100

56

68

65

Δ% Annwali

 

–43,8  %

20,6  %

–4,2  %

Ir-Redditu Negattiv fuq l-investiment fl-industrija tal-Unjoni.

Indiċi: 2007 = 100

100

136

510

320

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju

(87)

Il-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni ġiet stabbilita billi ġie espress il-qligħ nett qabel it-taxxa (f’dan il-każ telf) mill-bejgħ tal-prodott simili bħala perċentwali tal-fatturat ta’ dan il-bejgħ. Ġie stabbilit li l-kapaċità ta’ qligħ tal-industrija tal-Unjoni ilha negattiva sa mill-bidu tal-perjodu kkonċernat fl-2007 u matul il-perjodu kkunsidrat it-telf żdied b’mod sinifikanti. Wara tnaqqis fit-telf fl-2008, dan reġa’ żdied b’mod sinifikanti fl-2009, fiż-żmien tal-kriżi ekonomika ġenerali. L-irkuprar ekonomiku li nħass matul il-PI, madankollu, ippermetta lill-industrija tal-Unjoni li tnaqqas it-telf tagħha fir-rigward tal-fatturat, iżda xorta baqgħet “il bogħod milli terġa” lura għal-livelli pożittivi ta’ profitt.

(88)

It-tendenza li dehret fl-likwidità tal-flus, li hija l-abilità tal-industrija li tiffinanzja waħedha l-attivitajiet tagħha, tirrifletti ħafna t-tendenza fil-kapaċità ta’ profitt. Il-likwidità kienet negattiva fl-2007 u turi tnaqqis sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat. Jistgħu jsiru l-istess kummenti dwar id-dħul fuq l-investimenti li wera żvilupp negattiv simili f’konformità mar-riżultati negattivi miksuba mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(89)

Wara dak li ntqal hawn fuq, il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tinvesti saret limitata minħabba li l-likwidità ddeterjorat b’mod sinifikanti matul il-perjodu meqjus. B’konsegwenza ta’ dan, l-investimenti niżlu b’madwar 35 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.8.   Tkabbir

(90)

Il-konsum tal-Unjoni baqa’ kemmxejn stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni madankollu, naqsu matul dan il-perjodu bi 18 % u 12 % rispettivament.

4.4.9.   Id-dimensjoni tal-marġni reali ta’ dumping

(91)

Meta jitqiesu l-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, l-impatt tal-marġnijiet effettivi ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies negliġibbli.

4.5.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

(92)

L-investigazzjoni wriet li ħafna mill-indikaturi tal-ħsara bħall-produzzjoni (– 17 %), l-użu tal-kapaċità (– 13 %), il-volum ta’ bejgħ (– 18 %), is-sehem tas-suq (– 12 %) u l-impjieg (– 14 %) iddeterjoraw matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-indikaturi tal-ħsara relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni bħal-likwidità u l-kapaċità ta’ profitt kienu affettwati serjament. Dan ifisser li l-abilità tal-industrija tal-Unjoni li tiġbor il-kapital kienet imxekkla, b’mod partikolari matul il-PI.

(93)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal aktar ‘il fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali fil-kuntest tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Introduzzjoni

(94)

Skont l-Artikoli 3(6) u 3(7) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-importazzjonijiet li kienu oġġetti ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati kkawżawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni sal-punt li tista’ tiġi kklassifikata bħala materjali. Il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li fl-istess ħin jistgħu jkunu qegħdin jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni, ġew eżaminati ukoll sabiex jiġi żgurat li l-ħsara possibbli kkawżata minn dawn il-fatturi l-oħra ma tkunx ġiet attribwita lill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping.

5.2.   Effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(95)

L-investigazzjoni wriet li l-konsum tal-Unjoni baqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu fil-volum b’mod sinifikanti, jiġifieri b’57 %.

(96)

L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati eżerċitaw pressjoni fuq l-industrija tal-Unjoni, partikolarment fis-sena 2008, meta dawn l-importazzjonijiet kibru bi 58 %. F’din is-sena, il-prezzijiet mill-pajjiżi kkonċernati, kif meħuda mill-Eurostat, kienu ferm aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni. Dan wassal għal telf fis-sehem tas-suq għall-industrija tal-Unjoni ta’ madwar 12 %, filwaqt li l-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem tagħhom tas-suq b’54 %.

(97)

Sabiex twieġeb għal din il-pressjoni, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-prezzijiet tagħha fl-2009. Għalkemm il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqas (– 6.7 %), f’konformità mat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u t-tnaqqis fis-suq tal-UE, il-prezz tal-importazzjoni naqas aktar mill-prezz tal-industrija tal-Unjoni, u dan impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli terġa’ tikseb is-sehem tagħha tas-suq li kienet tilfet.

(98)

Matul il-PI, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas aktar il-prezzijiet tagħha filwaqt li t-twaqqigħ tal-prezzijiet mill-pajjiżi kkonċernati, abbażi taċ-ċifri tal-esportazzjoni vverifikati, kien għadu 3 %. Il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ volum (+ 4.3 %) u valur (+ 3.9 %) irkupra ftit, imma, minkejja li d-differenza fil-prezz fir-rigward tal-prezz tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati naqset, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika mill-irkupru fil-konsum, u s-sehem tagħha tas-suq baqa’ l-istess. Sadanittant, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati raw żieda oħra fil-volum (6.6 %) u fis-sehem tas-suq (2 %) matul il-PI.

5.3.   L-effett ta’ fatturi oħra

(99)

Il-fatturi l-oħra li ġew eżaminati fil-kuntest tal-kawżalità huma l-importazzjonijiet minn pajjiżi l-oħra, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-effett tal-kriżi ekonomika.

5.3.1.   L-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra (Il-Bqija tad-Dinja – BD)

Volum ta’ importazzjonijiet BD (Eurostat)

2007

2008

2009

PI

tunnellati

32 874

31 446

38 295

30 495

Indiċi: 2007 = 100

100

96

116

93

Δ% Annwali

 

–4,3  %

21,8  %

–20,4  %

Sehem mis-suq BD

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

94

120

91

Δ% Annwali

 

–6,4  %

27,9  %

–23,9  %

Prezz medju f’EUR/tunnellati BD (Eurostat)

1 217

1 358

1 129

1 122

Indiċi: 2007 = 100

100

112

93

92

Δ% Annwali

 

12  %

–17  %

–1  %

Sors: Eurostat

(100)

Abbażi tad-dejta tal-Eurostat, il-volum tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott investigat li joriġina f’pajjiżi terzi mhux ikkonċernati minn din l-investigazzjoni naqas b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem tas-suq korrispondenti ta’ dawn il-pajjiżi naqas ukoll b’9 %.

(101)

Il-prezzijiet medji ta’ dawn l-importazzjonijiet kienu ogħla minn dawk tal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati u ogħla minn dawk tal-industrija tal-Unjoni.

(102)

Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż provviżorjament li l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi terzi ma kkontribwewx għall-ħsara materjali li sofriet l-industrija tal-Unjoni.

5.3.2.   Prestazzjoni ta’ esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

Volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni mhux relatata

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

38

52

45

Δ% Annwali

 

–62,4  %

38,0  %

–14,0  %

Valur ta’ bejgħ għall-esportazzjoni mhux relatata

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

78

74

76

Δ% Annwali

 

–21,6  %

–5,9  %

3,5  %

Prezz ta’ unità, bejgħ għall-esportazzjoni lil dawk mhux relatati

2007

2008

2009

PI

Indiċi: 2007 = 100

100

208

142

171

Δ% Annwali

 

108,4  %

–31,9  %

20,3  %

(103)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta’ bejgħ għall-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’55 %. L-impatt ta’ dan it-tnaqqis kien madankollu kkumpensat parzjalment mill-fatt li l-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità żdied b’71 % matul l-istess perjodu, biex b’hekk it-tnaqqis fil-valur tal-bejgħ għall-esportazzjoni kien limitat għal 24 %. Dan flimkien mal-fatt li l-bejgħ għall-esportazzjoni kien jammonta għal biss 5 % tal-bejgħ totali tagħha matul il-PI wasslu għall-konklużjoni provviżorja li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kinitx fattur li tikser il-kawżalità bejn il-ħsara li sofriet l-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mill-Pajjiżi kkonċernati.

5.3.3.   L-impatt tal-kriżi ekonomika

(104)

Il-kriżi Ekonomika kkontribwiet għat-tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni u għall-pressjoni fuq il-prezzijiet. Il-livell imnaqqas tad-domanda għall-prodott investigat wassal għat-tnaqqis fil-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni u kkontribwixxa għal parti mir-riduzzjoni fil-prezzijiet tal-bejgħ.

(105)

F’kundizzjonijiet ekonomiċi normali u fin-nuqqas ta’ pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet u livelli ogħla ta’ importazzjoni mill-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni seta’ kellha xi ftit tad-diffikultà biex tlaħħaq mat-tnaqqis fil-konsum u ż-żieda fl-ispejjeż fissi ta’ unità minħabba t-tnaqqis fl-użu tal-kapaċità li kellha bejn l-2007 u l-PI. L-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping madankollu intensifikaw l-effett tat-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u għamluha impossibbli li l-bejgħ isir b’aktar mill-prezz tal-kost.

(106)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, jidher li t-tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni marbut mal-kriżi ekonomika kkontribwew għall-ħsara li sofriet l-industrija tal-Unjoni. Madankollu huwa kkunsidrat li dan ma jiksirx il-kawżalità stabbilita fir-rigward tal-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati.

5.4.   Il-konklużjoni dwar il-kawżalità

(107)

L-analiżi msemmija hawn fuq uriet li kien hemm żieda sostanzjali fl-ammont u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, instab li dawn l-importazzjonijiet seħħew bi prezzijiet ta’ dumping li kienu aktar baxxi mill-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni għal tipi ta’ prodotti simili.

(108)

Din iż-żieda fil-volum u s-sehem tas-suq tal-importazzjonijiet bi prezz baxx oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati seħħet fl-istess waqt mat-tnaqqis ġenerali tal-konsum fl-Unjoni, matul il-perjodu kkonsidrat, iżda wkoll mal-iżvilupp negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu. Barra minn dan, mill-2008, mat-tnaqqis ġenerali fir-ritmu ekonomiku u t-tnaqqis fil-konsum fl-Unjoni, l-esportaturi tal-pajjiżi kkonċernati rnexxielhom iżommu s-sehem tas-suq tagħhom, billi jnaqqsu l-prezzijiet, u xorta jwaqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni. Fl-istess ħin, ġie osservat żvilupp ulterjuri negattiv fis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni u fl-indikaturi ewlenin tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha. Tabilħaqq, matul il-perjodu kkunsidrat iż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx oġġett ta’ dumping mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja, li kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’mod kostanti, wasslet għal tnaqqis fil-kapaċità ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni, li rriżulta f’telf qawwi fil-PI.

(109)

L-eżami tal-fatturi l-oħra magħrufa li setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni żvela li dawn il-fatturi ma jidhrux li huma tali li jiksru r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(110)

Skont l-analiżi msemmija hawn fuq, li għamlet distinzjoni xierqa u firdet l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti ta’ ħsara tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ġie konkluż b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

6.1.   Kumment preliminari

(111)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni provviżorja dwar dumping li kkawża ħsara, kinux jeżistu raġunijiet serji għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri provviżorji antidumping f’dan il-każ partikolari. L-analiżi tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inkluż dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

6.2.   L-Industrija tal-Unjoni

(112)

L-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja. Wieħed ifakkar li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi ta’ ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod parikolari l-indikaturi ta’ ħsara marbuta mal-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni, bħal-likwidità, id-dħul fuq l-investimenti u l-kapaċità ta’ profitt kienu affettwati serjament. Fin-nuqqas ta’ miżuri, hemm possibbiltà kbira li l-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni ser tkompli tmur għall-agħar.

(113)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji ta’ antidumping provviżorji terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ effettivi fis-suq tal-Unjoni, li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni li tallinja l-prezzijiet tal-prodott investigat biex jirriflettu l-ispejjeż tal-komponenti diversi u l-kundizzjonijiet tas-suq. Jista’ jkun mistenni li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji jistgħu jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tirkupra għallinqas parti mis-sehem fis-suq mitluf matul il-perjodu kkunsidrat, b’impatt ulterjuri pożittiv fuq il-qagħda finanzjarja tagħha u fuq il-kapaċità ta’ profitt.

(114)

Għalhekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott investigat li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-Importaturi

(115)

Il-kwestjonarji ntbagħtu lil 21 importatur fl-Unjoni. Żewġ importaturi biss, li t-tnejn jinsabu fir-Renju Unit, li jirrappreżentaw, flimkien, 0,3 % tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiżi kkonċernati, kkooperaw fl-investigazzjoni matul il-PI. Saret żjara biss lill-ikbar minn dawn iż-żewġ importaturi. Fuq il-post, madankollu, dan l-importatur irrifjuta li jagħti aċċess għall-kontijiet tiegħu u għalhekk, it-tagħrif rilevanti ma setax jiġi vverifikat. Madankollu, deher ċar li, għalkemm l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping tkun tfisser spejjeż ogħla għal din il-kumpanija, dan ma jikkawżax problemi serji ħafna għall-attività tagħha, anke bl-istess klijenti jew, jekk meħtieġ, bil-bidla fiż-żona tan-negozju tagħha.

(116)

Skont l-informazzjoni disponibbli, ġie konkluż li għalkemm l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji ta’ antidumping ikollhom impatt negattiv fuq l-importatur imsemmi hawn fuq, dan għandu jkun f’pożizzjoni li jgħaddi għall-inqas parti miż-żieda fl-ispiża lil konsumaturi tiegħu u/jew jibdel is-sorsi ta’ provvista tiegħu. Għaldaqstant, l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji ma għandux ikollha impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi.

6.4.   L-Utenti

(117)

L-utenti tal-prodott investigat urew interess qawwi f’dan il-każ. Minn 97 utent li ġew ikkuntattjati, 21 ikkooperaw fl-investigazzjoni. Dawn l-utenti li kkooperaw irrappreżentaw madwar 25 % tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat, matul il-PI. Dawn il-kumpaniji jinsabu mal-Unjoni kollha u huma preżenti fis-setturi li jirrigwardaw il-kura personali u l-prodotti tad-deterġenti għad-dar u l-industrija.

(118)

Mill-21 kumpanija, saret żjara f’5 minnhom, li jirrappreżentaw 18 % tal-importazzjonijiet totali tal-UE tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Abbażi tat-tagħrif ivverifikat, jidher li s-sehem tal-prodott investigat fl-istrutturi tal-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ dawn il-kumpaniji huwa sinifikanti, u jvarja bejn 10 % u 20 %, skont il-prodott finali.

(119)

Fil-każ ta’ tlieta mill-ħames kumpaniji li saritilhom iż-żjara, madwar 15 % tat-total tal-impjegati jaħdmu f’setturi li jużaw il-prodott ikkonċernat, f’waħda mill-kumpaniji l-perċentwali hija ta’ madwar 70 %, filwaqt li fil-każ tal-kumpanija l-oħra ma kienx possibbli li jinkiseb dan it-tagħrif, minħabba l-istruttura kumplessa tal-kumpanija u l-varjetà tal-prodotti.

(120)

Għall-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sehem medju ta’ negozju li juża l-prodott investigat min-negozju totali, għall-kumpaniji li saritilhom iż-żjara, kien ta’ 22 %, filwaqt li l-marġini medju tal-profitt f’dan in-negozju kien madwar 6 %. Abbażi ta’ dan u minħabba l-livell relattivament baxx tal-miżuri proposti, ġie stmat li l-impatt tad-dazji antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati huwa ġeneralment kemxejn limitat. Xi utenti argumentaw li l-impożizzjoni tal-miżuri antidumping toħloq problemi ta’ disponibbiltà tal-prodott investigat fl-Unjoni, meta jiġi kkunsidrat li hemm biss żewġ produtturi kbar fl-Unjoni u li d-domanda għall-prodott investigat qed tiżdied dejjem aktar. Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-livell relattivament baxx tal-miżuri proposti ma għandux jipprekludi l-possibbiltà li ssir importazzjoni tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx bil-kapaċità sħiħa tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet huma wkoll dejjem possibbli minn pajjiżi terzi oħra, li mhumiex soġġetti għall-miżuri. Għalhekk, din it-talba ġiet miċħuda.

(121)

Filwaqt li jitqies dak li ntqal hawn fuq, anki jekk il-biċċa l-kbira tal-utenti aktarx li jkollhom impatt negattiv bil-miżuri fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-impatt ġenerali jidher li hu limitat. Għaldaqstant, ġie konkluż b’mod provviżorju li, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, l-effett tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati mhux ser ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq l-utenti tal-prodott ikkonċernat.

6.5.   Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(122)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ġie konkluż b’mod provviżorju li globalment, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-interess tal-Unjoni, ma hemmx raġunijiet serji kontra l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodott investigat mill-pajjiżi kkonċernati.

7.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

(123)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-rigward tad-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping sabiex ma tiġix ikkawżata aktar ħsara lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

7.1.   Il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ ħsara

(124)

Bl-iskop li jiġi ddeterminat il-livell ta’ dawn il-miżuri, ġew ikkunsidrati l-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex tiġi eliminata l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(125)

Meta kien qed jiġi kkalkulat l-ammont ta’ dazju meħtieġ biex jitneħħew l-effetti tad-dumping li jagħmel il-ħsara, tqies li kwalunkwe miżura li tittieħed għandha tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tikseb qligħ qabel it-taxxa li jista’ jinkiseb b’mod raġonevoli minn industrija ta’ dan it-tip fis-settur f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni.

(126)

Għalhekk, il-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara ġie kkalkulat abbażi ta’ paragun tal-prezz medju tal-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping u l-prezz ta’ mira tal-industrija tal-Unjoni. Il-prezz ta’ mira ġie stabbilit bil-kalkolu tal-prezz tal-bejgħ li ma jħallix qligħ jew telf tal-industrija tal-Unjoni, (billi huma għamlu telf matul il-PI) u ma’ dan il-prezz tal-bejgħ jiżdied marġini tal-profitt ta’ mira. L-industrija tal-Unjoni stqarret li 15 % jkun marġini ta’ profitt ta’ mira xieraq, iżda dan ma kinitx kapaċi tissostanzjah. Għalhekk, il-marġini ta’ profitt ta’ mira ġie provviżorjament stabbilit fil-livell ta’ 7,7 %, li jikkorrispondi għall-aħħar marġini ta’ profitt realizzat minn wieħed mill-kwerelanti matul l-aħħar sena ta’ profitt qabel il-perjodu kkunsidrat.

(127)

Il-marġini medju tal-bejgħ bi prezzijiet imnaqqsa ġie stabbilit fil-livell ta’ 24,2 % għall-Indja, 9,1 % għall-Indoneżja, u 25,7 % għall-Malasja.

7.2.   Miżuri provviżorji

(128)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma aktar ‘il fuq u skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, jitqies li gћandu jiġi impost dazju provviżorju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fl-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja fl-iktar livell baxx tal-livell ta’ eliminazzjoni ta’ dumping u ta’ ħsara li nstab, u dan skont ir-regola tal-inqas dazju. Fil-każi kollha minbarra wieħed ir-rati tad-dazju provviżorju antidumping huma bbażati fuq il-marġini ta’ dumping.

(129)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati proposti ta’ dazju antidumping, espressi abbażi tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazji doganali mhux imħallsa, huma provviżorjament kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju provvizorju AD %

L-Indja

VVF Limited

4,8

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,3

L-Indoneżja

P.T. Ecogreen Oleochemicals

6,3

P.T. Musim Mas

4,3

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,6

Il-Malasja

KL-Kepong Oleomas (KLK)

5,0

Emery

5,3

Il-kumpaniji l-oħra kollha

13,8

(130)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. B’hekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (f’kuntrast mad-dazju applikabbli għall-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) b’hekk huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi ikkonċernati u prodotti mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti impurtati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux igawdu minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(131)

Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji individwali (pereżempju wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda ta’ produzzjoni jew bejgħ) għandha tintbagħat lill-Kummissjoni minnufih (4) bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u bejgħ ta’ esportazzjoni marbuta ma’, pereżempju, dan it-tibdil tal-isem jew dan it-tibdil fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament se jiġi emendat skont il-każ billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpaniji li jgawdu mir-rati tad-dazju individwali.

(132)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta’ dazju li jibqa’ ma għandux jiġi applikat għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx biss iżda wkoll għal dawk il-produtturi li ma kellhom l-ebda esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-PI.

(133)

Fl-interess tal-amministrazzjoni tajba, għandu jiġi ffissat perjodu li matulu l-partijiet interessati li ppreżentaw lilhom infushom fiż-żmien speċifikat fl-avviż tat-tnedija jistgħu jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta ta’ smigħ. Barra minn hekk, irid jiġi ddikjarat li s-sejbiet fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ dazji gћall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma provviżorji u jista’ jkun hemm bżonn li jitqiesu mill-ġdid għall-finijiet ta’ kwalunkwe miżura definittiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju antidumping huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ alkoħols xaħmija saturati b’katina ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tul ta’ C8, C10, C12, C14, C16 jew C18 (l-iżomeri bil-friegħi mhux inklużi) li jinkludu alkoħols xaħmija saturati uniċi (li ssir referenza għalihom ukoll bħala “qatgħat uniċi”) u taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C6-C8, C6-C10, C8-C10, C10-C12 (ġeneralment kategorizzati bħala C8-C10), taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C12-C14, C12-C16, C12-C18, C14-C16 (ġeneralment kategorizzati bħala C12-C14), u taħlitiet li b’mod predominanti jinkludu kombinazzjoni ta’ ktajjen ta’ atomi ta’ karbonju ta’ tulijiet ta’ C16-C18, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2905 16 85, 2905 17 00, ex 2905 19 00 u ex 3823 70 00 (kodiċijiet TARIC 2905168510, 2905190060, 3823700011 u 3823700091), u li joriġinaw fl-Indja, l-Indoneżja, u l-Malasja.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett u ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u fabbrikati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Dazju provvizorju AD %

Kodiċi Addizzjonali TARIC

L-Indja

VVF Limited, Sion (East), Mumbai

4,8

B110

Il-kumpaniji l-oħra kollha

9,3

B999

L-Indoneżja

PT. Ecogreen Oleochemicals, Kabil, Batam

6,3

B111

P.T. Musim Mas, Tanjung Mulia, Medan, Sumatera Utara

4,3

B112

Il-kumpaniji l-oħra kollha

7,6

B999

Il-Malasja

KL-Kepong Oleomas Sdn Bhd, Petaling Jaya, Selangor Darul Ehsan

5,0

B113

Emery Oleochemicals (M) Sdn. Bhd., Kuala Langat, Selangor

5,3

B114

Il-kumpaniji l-oħra kollha

13,8

B999

3.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont ta’ dazju provviżorju.

4.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-iżvelar tal-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament, jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u japplikaw sabiex jinstemgħu verbalment mill-Kummissjoni sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, il-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkummentaw dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  ĠU C 219, 13.8.2010, p. 12.

(3)  L-informazzjoni hija bbażata fuq id-dejta vverifikata mressqa mill-industrija tal-Unjoni fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tagħha u tingħata f’numri tal-indiċi (2007 = 100) jew f’medda kull fejn ikun meħtieġ li tinżamm il-kunfidenzjalità.

(4)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat-Ġenerali gћall-Kummerċ, id-Direttorat H, Uffiċċju Nerv-105, B-1049 Brussell.


Top