This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0313
Commission Regulation (EU) No 313/2011 of 30 March 2011 concerning the classification of certain goods in the Combined Nomenclature
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 313/2011 tat- 30 ta’ Marzu 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 313/2011 tat- 30 ta’ Marzu 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
ĠU L 86, 1.4.2011, pp. 55–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
|
1.4.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/55 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 313/2011
tat-30 ta’ Marzu 2011
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, hu neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hi bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna nru (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna nru (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna nru (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament tfasslu b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna nru (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna nru (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tiġi invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi tan-NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Biċċa għamara (l-hekk imsejħa “mejda ta' taħt it-televiżjoni”) b'kejl ta' madwar 80 × 40 × 45 ċm. Il-prodott jikkonsisti minn wiċċ u żewġ xkafef magħmula mill-ħġieġ ittemprat trasparenti, u erba’ saqajn ċilindriċi ta' madwar 45 × 5 ċm magħmula mill-metall. Il-prodott jista’ jerfa’ sa massimu ta' 80 kg. Il-komponenti tal-metall u dawk tal-ħġieġ jikkostitwixxu madwar 47 % u 44 %, rispettivament, tal-valur totali tal-prodott. (*1) Ara l-istampa. |
9403 20 80 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 9403 , 9403 20 u 9403 20 80 . Imwejjed u għamara simili li nħadmu minn materjal differenti huma kklassifikati skont il-materjal li ntuża sabiex jinħadem l-appoġġ (is-saqajn u l-qafas), sakemm, skont l-applikazzjoni tar-Regola Interpretattiva Ġenerali 3(b), il-materjal li ntuża għall-wiċċ jagħti lill-mejda l-karattru essenzjali tagħha, pereżempju, billi jkun ta' valur ogħla (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tan-NM taħt l-intestatura 9403 ). Il-Klassifikazzjoni taħt il-kodiċi tan-NM 9403 89 00 bħala għamara ta' materjal ieħor (ħġieġ) hija għalhekk eskluża, peress li l-wiċċ tal-ħġieġ, li huwa ta' valur inqas mill-appoġġ tal-metall, ma jagħtix lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu. Konsegwentament, il-prodott għandu jiġi kklassifikat skont il-materjal tal-appoġġ. Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9403 20 80 bħala għamara oħra tal-metall. |
(*1) L-istampa hi purament ta' natura informattiva.