This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0191
Commission Regulation (EU) No 191/2011 of 25 February 2011 on selling prices for cereals in response to the seventh individual invitations to tender within the tendering procedures opened by Regulation (EU) No 1017/2010
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 191/2011 tal- 25 ta’ Frar 2011 dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għas-seba' stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 191/2011 tal- 25 ta’ Frar 2011 dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għas-seba' stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010
ĠU L 53, 26.2.2011, p. 63–64
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 53/63 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 191/2011
tal-25 ta’ Frar 2011
dwar il-prezzijiet tal-bejgħ taċ-ċereali bi tweġiba għas-seba' stedina individwali għal sejħa għall-offerti fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(f) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1017/2010 (2) fetaħ il-bejgħ taċ-ċereali permezz ta’ proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1272/2009 tal-11 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (3). |
(2) |
Skont l-Artikolu 46(1) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fid-dawl tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu bi tweġiba għal stediniet individwali għal sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni għandha tiffissa għal kull ċereali u għal kull Stat Membru prezz minimu tal-bejgħ jew tiddeċiedi li ma tiffissahx. |
(3) |
Fuq il-bażi tas-sejħiet għall-offerti li jkunu waslu għas-seba' stedina individwali għal sejħa għall-offerti, ġie deċiż li għandu jkun iffissat prezz minimu tal-bejgħ għaċ-ċereali u għall-Istati Membri. |
(4) |
Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-seba' stedina individwali għal sejħa għall-offerti għall-bejgħ taċ-ċereali fil-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti miftuħa skont ir-Regolament (UE) Nru 1017/2010, fir-rigward ta’ liema, il-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni ta’ sejħiet għall-offerti skada fit-23 ta’ Frar 2011, id-deċiżjonijiet dwar il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull ċereali u għal kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 293, 11.11.2010, p. 41.
(3) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
ANNESS
Deċiżjonijiet dwar bejgħ
(EUR/tunnellata) |
|||||||||||
Stat Membru |
Il-prezz minimu tal-bejgħ |
||||||||||
Qamħ komuni |
Xgħir |
Qamħirrun |
|||||||||
Kodiċi tan-NM 1001 90 |
Kodiċi tan-NM 1003 00 |
Kodiċi tan-NM 1005 90 00 |
|||||||||
Il-Belġju |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Bulgarija |
X |
X |
X |
||||||||
Ir-Repubblika Ċeka |
X |
X |
X |
||||||||
Id-Danimarka |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Ġermanja |
X |
182,93 |
X |
||||||||
L-Estonja |
X |
X |
X |
||||||||
L-Irlanda |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Ġreċja |
X |
X |
X |
||||||||
Spanja |
X |
X |
X |
||||||||
Franza |
X |
o |
X |
||||||||
L-Italja |
X |
X |
X |
||||||||
Ċipru |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Latvja |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Litwanja |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Lussemburgu |
X |
X |
X |
||||||||
L-Ungerija |
X |
X |
X |
||||||||
Malta |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
X |
X |
X |
||||||||
L-Awstrija |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Polonja |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Portugall |
X |
X |
X |
||||||||
Ir-Rumanija |
X |
X |
X |
||||||||
Is-Slovenja |
X |
X |
X |
||||||||
Is-Slovakkja |
X |
X |
X |
||||||||
Il-Finlandja |
X |
181,50 |
X |
||||||||
L-Isvezja |
X |
190,16 |
X |
||||||||
Ir-Renju Unit |
X |
o |
X |
||||||||
|