Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0187

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 187/2011 tal- 25 ta' Frar 2011 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 53, 26.2.2011, p. 45–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1793

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/187/oj

    26.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 53/45


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 187/2011

    tal-25 ta' Frar 2011

    li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare (1) tal-annimali, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli li jikkonċernaw il-livell miżjud tal-kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali elenkati fl-Anness I, f'punti tad-dħul fit-territorji msemmijin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

    (2)

    L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-lista għandha tkun irriveduta regolarment, u mill-inqas kull tliet xhur, filwaqt li għandhom jitqisu, minn tal-inqas, is-sorsi ta' informazzjoni msemmijin f'dan l-Artikolu.

    (3)

    L-okkorrenza u r-rilevanza ta' inċidenti li jinvolvu l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Għalf u għall-Ikel (RASFF), is-sejbiet tal-missjonijiet f’pajjiżi terzi li jitwettqu mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-konsenji ta' għalf u ikel ta' oriġini mhux tal-annimali sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li jeħtieġ li tiġi rriveduta l-lista.

    (4)

    B’mod partikolari, il-lista għandha tkun emendata bit-tħassir tal-entrati għall-prodotti li għalihom is-sorsi ta' informazzjoni jindikaw grad sodisfaċenti ġenerali ta' konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta' sigurtà previsti fil-liġijiet tal-Unjoni u li għalihom għalhekk livell ogħla ta' kontroll uffiċjali ma għadux ġustifikat.

    (5)

    Barra minn hekk, ċerti prodotti oħrajn li dwarhom għalihom is-sorsi ta' informazzjoni jindikaw grad ta' nuqqas ta' konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta' sigurtà, u b'hekk jiġġustifikaw l-introduzzjoni ta' livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali, għandhom ikunu inklużi fil-lista.

    (6)

    Bl-istess mod, il-lista għandha tiġi emendata bit-tnaqqis tal-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali tal-prodotti li għalihom is-sorsi ta' informazzjoni jindikaw grad ġenerali ta' titjib fil-konformità mal-ħtiġijiet rilevanti ta' sigurtà previsti fil-liġijiet tal-Unjoni u li għalihom għalhekk livell ogħla ta' kontroll uffiċjali preżenti ma għadux ġustifikat.

    (7)

    Għalhekk l-entrati fil-lista ta' ċerti importazzjonijiet miċ-Ċina, ir-Repubblika Domenikana, l-Indja u l-Afrika t'Isfel għandhom jiġu emendati kif inhu xieraq.

    (8)

    Fl-interess taċ-ċarezza fil-liġijiet tal-Unjoni, hemm bżonn li ssir preċiżjoni żgħira fil-lista fir-rigward tal-entrati tal-importazzonijiet ta' bżar mir-Repubblika Domenikana u bżar ħelu mit-Turkija.

    (9)

    L-emenda fil-lista li tikkonċerna t-tħassir tar-referenzi għall-prodotti, u t-tnaqqis fil-frekenza tal-kontrolli, għandha tapplika mill-aktar fis possibbli peress li t-tħassib oriġinali ta' sigurtà kien indirizzat. Bl-istess mod, dawk l-emendi għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (10)

    Wara li jitqis in-numru ta' emendi li hemm bżonn li jsiru fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, huwa xieraq li jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (11)

    Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (12)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta' April 2011.

    Madankollu, dawn l-emendi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (a)

    It-tħassir tal-entrati li ġejjin dwar:

    (i)

    l-oligoelementi miċ-Ċina;

    (ii)

    il-mango mir-Repubblika Domenikana;

    (iii)

    l-għalf u l-ikel li ġejjin mill-Vjetnam:

    Karawett, bil-qoxra,

    Karawett, bla qoxra,

    Butir tal-karawett,

    Karawett, ippreparat jew ippreservat b’xi mod ieħor;

    (b)

    l-emenda dwar il-frekwenza tal-iċċekkjar fiżiku u ta' identità għall-ikel li ġej minn pajjiżi kollha terzi:

    (i)

    Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun;

    (ii)

    Prodotti tal-bżar aħmar (kari);

    (iii)

    Curcuma longa (iż-żagħfran tal-Indja);

    (iv)

    Żejt aħmar tal-palm.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

    (2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11.


    ANNESS

    “ANNESS I

    (A)   Għalf u ikel ta’ oriġini mhux mill-annimali li huma soġġetti għal livell ogħla ta’ kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul magħżul

    Għalf u ikel

    (l-użu maħsub)

    Kodiċi NM (1)

    Pajjiż ta’ oriġini

    Riskju

    Frekwenza ta’ kontrolli fiżiċi u tal-identità

    (%)

    Karawett, bil-qoxra,

    1202 10 90

    L-Arġentina

    Aflatossini

    10

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippreservat b’xi mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u ikel)

    Karawett, bil-qoxra,

    1202 10 90

    Il-Brażil

    Aflatossini

    10

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippriservat b’xi mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u ikel)

    Taljarini mnixxfa

    ex 1902

    Ic-Ċina

    L-aluminju

    10

    (Ikel)

    Fażola twila jarda (Vigna sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00 ;

    Ir-Repubblika Dominikana

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi Singulari (3)

    50

    Bettieħa morra (Momordica charantia)

    ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

    Lawki (Lagenaria siceraria)

    ex 0709 90 90 ; ex 0710 80 95

    Bżar aħmar (Capsicum spp)

    0709 60 10 ; 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; 0710 80 59

    Brunġiel

    0709 30 00 ; ex 0710 80 95

    (Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    Larinġ (frisk jew imnixxef)

    0805 10 20 ; 0805 10 80

    L-Eġittu

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi Singulari (7)

    10

    Ħawħ

    0809 30 90

    Rummien

    ex 0810 90 95

    Frawli

    0810 10 00

    Fażola ħadra

    ex 0708 20 00

    (Ikel – frott u ħxejjex friski)

    Karawett, bil-qoxra,

    1202 10 90

    Il-Gana

    Aflatossini

    50

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    (Għalf u Ikel)

    Weraq tal-kari (Bergera/Murraya koenigii)

    ex 1211 90 85

    l-Indja

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi Singulari (5)

    10

    (Ikel – ħwawar friski)

    Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

    ex 0904 20 10

    l-Indja

    Aflatossini

    50

    Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

    ex 0904 20 90

    Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

    0910 91 05

    Noċemuskata (Myristica fragrans)

    0908 10 00

    Il-qoxra barranija tan-noċemuskata (Myristica fragrans)

    0908 20 00

    Żinżel (Zingiber officinale)

    0910 10 00

    Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

    0910 30 00

    (Ikel – ħwawar imnixxfin)

    Karawett, bil-qoxra,

    1202 10 90

    l-Indja

    Aflatossini

    20

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippreservat b’xi mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u ikel)

    Okra

    ex 0709 90 90

    l-Indja

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi Singulari (2)

    10

    (Ikel)

    Dulliegħ (egusi, Citrullus lanatus) iż-żerriegħa u prodotti dderivati minnu

    ex 1207 99 97 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 ;

    In-Niġerja

    Aflatossini

    50

    (Ikel)

    Ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem

    ex 1006 30

    Il-Pakistan

    Aflatossini

    20

    (Ikel – ross mitħun)

    Bżar aħmar (Capsicum annuum); sħiħ

    ex 0904 20 10

    Il-Peru

    Aflatossini u Okratossin A

    10

    Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

    ex 0904 20 90

    (Ikel – ħwawar imnixxfin)

    Karawett, bil-qoxra,

    1202 10 90

    L-Afrika t’Isfel

    Aflatossini

    10

    Karawett, bla qoxra

    1202 20 00

    Butir tal-karawett

    2008 11 10

    Karawett, ippreparat jew ippriservat b’xi mod ieħor

    2008 11 91 ; 2008 11 96 ; 2008 11 98

    (Għalf u ikel)

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 90 90

    It-Tajlandja

    Salmonella (6)

    10

    Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

    Ex12119085

    Minta

    ex 1211 90 85

    (Ikel – ħwawar friski)

    Weraq tal-kosbor

    ex 0709 90 90

    It-Tajlandja

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi Singulari (4)

    20

    Ħabaq (tulsi - Ocimum tenuiflorum, ħabaq komuni)

    ex 1211 90 85

    (Ikel – ħwawar friski)

    Fażola twila jarda (Vigna sesquipedalis)

    ex 0708 20 00 ; ex 0710 22 00 ;

    It-Tajlandja

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi Singulari (4)

    50

    Brunġiel

    0709 30 00 ; ex 0710 80 95

    Ħxejjex tal-ġenus brassica

    0704 ; ex 0710 80 95

    (Ikel – ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

    Bżar ħelu (Capsicum annuum)

    0709 60 10 ; 0709 60 99 ; 0710 80 51 ; 0710 80 59

    it-Turkija

    Residwi tal-pestiċidi analizzati permezz ta’ metodi Multiresidwi bbażati fuq GC-MS u LC-MS jew b'metodi ta’ residwi Singulari (8)

    10

    Zukkini

    0709 90 70 ; ex 0710 80 95

    Tomatoes

    0702 00 00 ; 0710 80 70

    (Food - fresh, chilled or frozen vegetables)

    Lanġas

    0808 20 10 ; 0808 20 50

    it-Turkija

    Pestiċidi: amitraz

    10

    (Ikel)

    Għeneb imnixxef (frott tad-dielja)

    0806 20

    L-Uzbekistan

    Okratossina A

    50

    (Ikel)

    Bżar aħmar (Capsicum annuum), imfarrak jew mitħun

    ex 0904 20 90

    Il-pajjiżi terzi kollha

    Żebgħat tas-Sudan

    10

    Prodotti tal-bżar aħmar (kari)

    0910 91 05

    Curcuma longa (żagħfran tal-Indja)

    0910 30 00

    (Ikel – ħwawar imnixxfin)

    Żejt aħmar tal-palm

    ex 1511 10 90

    (Ikel)

    (B)   Definizzjonijiet

    Għall-fini ta’ dan l-Anness, ‘Żebgħat tas-Sudan’ tirreferi għas-sustanzi kimiċi li ġejjin:

    (i)

    Is-Sudan I (Numru CAS 842-07-9);

    (ii)

    Is-Sudan II (Numru CAS 3118-97-6);

    (iii)

    Is-Sudan III (Numru CAS 85-86-9);

    (iv)

    L-Aħmar Skarlat; jew Sudan IV (Numru CAS 85-83-6).”


    (1)  Fejn ikun meħtieġ li jkunu eżaminati biss ċerti prodotti li huma elenkati taħt kwalunkwe kodiċi NM u ma teżisti l-ebda sottodiviżjoni taħt dak il-kodiċi fin-nomenklatura tal-prodotti, il-kodiċi NM ikun immarkat ‘ex’ (pereżempju ex 1006 30: ir-ross Basmati għall-konsum dirett mill-bniedem biss huwa inkluż).

    (2)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Metamidofos, it-Trijażofos, l-Endosulfan, il-Monokrotofos

    (3)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Amitraz, l-Aċefat, l-Aldikarb, il-Benomil, il-Karbendazim, il-Klorfenapir, il-Klorpirifos, CS2 (id-Ditjokarbamati), id-Dijafenturon, id-Diażinon, id-Diklorvos, id-Dikofol, id-Dimetoat, l-Endosulfan, il-Fenamidon, l-Imidakloprid, il-Malatjon, il-Metamidofos, il-Metjokarb, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, l-Ossamil, il-Profenofos, il-Propikonażol, it-Tjabendazol, it-Tjakloprid.

    (4)  Partikolarment ir-residwi ta’: l-Aċefat, il-Karbaril, il-Karbendazim, il-Karbofuran, il-Klorpirifos, il-Klorpirifos-metil, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Malatjon, il-Metalaksil, il-Metamidofos, il-Metomil, il-Monokrotofos, l-Ometoat, il-Profenofos, il-Protjofos, il-Kwinalfos, it-Trijadimefon, it-Trijażofos, id-Dikrotofos, l-EPN, u t-Triforin.

    (5)  Partikolarment ir-residwi ta’: it-Trijażofos, l-Oxidemeton metil, il-Klorpirifos, l-Aċetamiprid, it-Tjametoksam, il-Klotjanidin, il-Metamidofos, l-Aċefat, il-Propargit, il-Monokrotofos

    (6)  Il-metodu ta’ referenza EN/ISO 6579 jew metodu ċċertifikat ivvaliditat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

    (7)  Partikolarment ir-residwi ta’: il-Karbendazim, iċ-Ċiflutrin, iċ-Ċiprodinil, id-Djazinon, id-Dimetoat, l-Etjon, il-Fenitrotjon, il-Fenpropatrin, il-Fludjoksonil, il-Heksaflumuron, il-Lambda-kiħalotrin, il-Metjokarb, il-Metomil, l-Ometoat, l-Oksamil, il-Fentoat, it-Tijofanat metil.

    (8)  Partikolarment ir-residwi ta’: il-Metomil, l-Oksamil, il-Karbendazim, il-Klofenteżin, id-Dijafenturon, id-Dimetoat, il-Formetanat, il-Malatjon, il-Proċimidon, it-Tetradifon, it-Tijofanat metil.


    Top