This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0087
Commission Regulation (EU) No 87/2011 of 2 February 2011 designating the EU reference laboratory for bee health, laying down additional responsibilities and tasks for that laboratory and amending Annex VII to Regulation (EC) No 882/2004 of the European Parliament and of the Council
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2011 tat- 2 ta’ Frar 2011 li jaħtar il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal dak il-laboratorju u li jemenda l-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 87/2011 tat- 2 ta’ Frar 2011 li jaħtar il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal dak il-laboratorju u li jemenda l-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
ĠU L 29, 3.2.2011, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 26/05/2013; Imħassar b' 32013R0415
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R0882 | Żieda | anness 7 2 PT 18 | 23/02/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32013R0415 |
3.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 87/2011
tat-2 ta’ Frar 2011
li jaħtar il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal dak il-laboratorju u li jemenda l-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(5) u (6) tiegħu,
Billi:
(1) |
ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi l-ħidmiet, id-dmirijiet u r-rekwiżiti ġenerali għal-laboratorji ta’ referenza tal-UE għall-ikel u l-għalf u għas-saħħa tal-annimali. Il-laboratorji ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tal-annimali u għall-annimali ħajjin huma elenkati fil-Parti II tal-Anness VII ma’ dak ir-Regolament. |
(2) |
Wara li tlestiet il-proċedura tal-għażla, il-laboratorju li ntagħżelkien ta’ suċċess, l-Agence Nationale de Sécurité Sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES), bil-laboratorju tiegħu ta’ riċerka għall-mard tan-naħal, Sophia-Antipolis Laboratory, fi Franza, għandu jinħatar bħala l-laboratorju ta’ referenza tal-UE fil-qasam tas-saħħa tan-naħal, għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ April 2011. |
(3) |
Barra mill-funzjonijiet u l-ħidmiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, ċerti responsabbiltajiet u ħidmiet speċifiċi marbuta mal-karatteristiċi tal-aġenti li jistgħu jaffetwaw is-saħħa tan-naħal għandhom jitwettqu fuq livell tal-Unjoni biex jiżguraw koordinazzjoni aħjar. Għaldaqstant, dawn ir-responsabbiltajiet u l-ħidmiet speċifiċi supplementari tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE fil-qasam tas-saħħa tan-naħal għandhom jiġu stipulati f'dan ir-Regolament. |
(4) |
Il-Parti II tal-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Agence Nationale de Sécurité Sanitaire de l’alimentation, de l’environnement et du travail (ANSES) bil-laboratorju tagħha għall-mard tan-naħal, Sophia-Antipolis Laboratory, fi Franza, hija b'dan maħtura bħala laboratorju ta’ referenza tal-UE fil-qasam tas-saħħa tan-naħal mill-1 ta’ April 2011 sal-31 ta’ Marzu 2016.
Ċerti responsabbiltajiet u ħidmiet għal dak il-laboratorju huma stipulati fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Fil-Parti II tal-Anness VII mar-Regolament (KE) Nru 882/2004, jiżdied il-punt 18 li ġej:
“18. |
Laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal
|
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fit-totalità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
ANNESS
Ċerti responsabbiltajiet u ħidmiet tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal
Barra mill-funzjonijiet u l-ħidmiet ġenerali tal-laboratorji ta’ referenza tal-UE fis-settur tas-saħħa tal-annimali skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għas-saħħa tan-naħal għandu jkollu ir-responsabbiltajiet u l-ħidmiet li ġejjin:
1. |
Jikkoordina, f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, il-metodi użati fl-Istati Membri għad-dijanjosi tal-mard tan-naħal rilevanti, kif meħtieġ, b'mod partikolari billi:
|
2. |
Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għandu:
|
3. |
Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għandu wkoll:
|