Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0019

2011/19/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Jannar 2011 dwar il-proċedura għall-attestament tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini (notifikata bid-dokument numru C(2011) 62) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 11, 15.1.2011, p. 49–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/19(1)/oj

15.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 11/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-14 ta’ Jannar 2011

dwar il-proċedura għall-attestament tal-konformità ta’ prodotti tal-bini skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward ta’ prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 62)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/19/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(4) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti għall-Bini,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni hija mitluba li tagħżel, skont l-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE, proċedura minn tnejn biex tafferma l-konformità ta’ prodott. Dak l-Artikolu jippreskrivi li l-Kummissjoni għandha tagħżel l-inqas proċedura kkumplikata possibbli li hija konsistenti mas-sigurtà. Għaldaqstant irid jiġi deċiż jekk, għal prodott jew familja ta’ prodotti partikolari, l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur hix kondizzjoni meħtieġa, u jekk hix biżżejjed, sabiex tiġi affermata l-konformità, jew jekk, għal raġunijiet ta’ konformità mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 13(4) ta’ dik id-Direttiva, ikunx meħtieġ l-intervent ta’ korp approvat.

(2)

L-Artikolu 13(4) jitlob li l-proċedura hekk stabbilita għandha tiġi indikata fil-mandati u fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Tkun għalhekk ħaġa tajba li jiġu identifikati l-prodotti jew il-familja tal-prodotti msemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

(3)

Iż-żewġ proċeduri previsti fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 89/106/KEE huma deskritti fid-dettall fl-Anness III ma’ dik id-Direttiva. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu speċifikati b’mod ċar il-metodi li bihom iż-żewġ proċeduri għandhom jiġu implimentati, b’referenza għall-Anness III, għal kull prodott jew familja ta’ prodotti, minħabba li l-Anness III jagħti preferenza lil ċerti sistemi.

(4)

Il-proċedura msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fl-ewwel possibbiltà, mingħajr sorveljanza kontinwa, u t-tieni u tielet possibbiltajiet tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III. Il-proċedura msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 13(3) tikkorrispondi mas-sistemi stabbiliti fil-punt (i) tat-Taqsima 2 tal-Anness III, u fl-ewwel possibbiltà, b’sorveljanza kontinwa, tal-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti u l-familji tal-prodotti stabbiliti fl-Anness I għandu jkollhom il-konformità tagħhom affermata bi proċedura li fiha, flimkien mas-sistema ta’ kontroll tal-produzzjoni tal-fabbrika operata mill-manifattur, korp approvat ikun involut fil-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-kontroll tal-produzzjoni jew tal-prodott innifsu.

Artikolu 2

Il-proċedura għall-attestament tal-konformità kif stabbilita fl-Anness II għandha tkun indikata fil-mandati għal standards Ewropej armonizzati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.


ANNESS I

Prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini, kif jidher hawn taħt:

1.

Prodotti ta’ siġill għal ħitan u tagħmir ta’ diviżjoni esterni u/jew interni;

2.

Prodotti ta’ siġill għall-ħġieġ (bl-esklużjoni tal-prodotti ta’ siġill għall-akkwarji, għall-ħġieġ strutturali, l-ewwel u l-iktar siġill fuq barra għall-manifattura ta’ oġġetti insulati bil-ħġieġ, ħġieġ orizzontali (inqas minn 7) u ħġieġ organiku);

3.

Prodotti ta’ siġill għall-ġonot sanitarji (apparti l-ilma industrijali, dak tajjeb għax-xorb, l-ilma ta’ taħt l-art (swimming pools, sistemi tad-drenaġġ, eċċ.) u applikazzjonijiet li jinvolvu kuntatt mal-ikel);

4.

Prodotti ta’ siġill għall-bankini (bl-esklużjoni ta’ żoni ta’ prevenzjoni tat-tixrid tas-sustanzi kimiċi, toroq mgħarrqin u żoni oħra minn fejn jgħaddu l-karozzi, ajruporti u impjanti tat-trattament tad-drenaġġ).


ANNESS II

Nota: għal prodotti li għandhom aktar minn wieħed mill-użi maħsubin kif speċifikat fil-familji li ġejjin, il-kompiti għall-korp approvat, li joriġinaw mis-sistemi rilevanti tal-attestament tal-konformità, huma kumulattivi.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ SIĠILL GĦAL UŻU MHUX STRUTTURALI GĦALL-ĠONOT FIL-BINI U L-BANKINI (1/2)

Sistemi ta’attestament tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(in) elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huwa mitlub li jispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta’ attestament tal-konformità fl-istandards armonizzati rilevanti Ewropej:

Il-prodott

Użu maħsub

Livell(i) jew klassi(jiet)

Sistema tal-AoC

Prodotti ta’ siġill għall-ħitan esterni

Applikazzjonijiet ta’ barra

3

Prodotti ta’ siġill għall-ħitan, tagħmir ta’ diviżjoni interni

Applikazzjonijiet ta’ ġewwa

4

Prodotti ta’ siġill għall-ħġieġ

Għall-użu f’xogħlijiet ta’ bini

3

Prodotti ta’ siġill għall-bankini

3

Prodotti ta’ siġill għal ġonot f’sistemi sanitarji

3

Sistema 3: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà

Sistema 4: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun waħda li tkun tista’ tiġi implimentata anki meta ma jkunx neċessarju li l-prestazzjoni tiġi determinata għal karatteristika partikolari, jekk mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal karatteristika bħal din [ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi]. F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ dik il-karatteristika ma għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk dan ma jkunx jixtieq jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.

FAMILJA TA’ PRODOTTI

PRODOTTI TA’ SIĠILL GĦAL UŻU MHUX STRUTTURALI GĦALL-ĠONOT FIL-BINI U L-BANKINI (2/2)

Sistemi ta’attestament tal-konformità

Għall-prodott(i) u l-użu(i) maħsub(in) elenkati hawn taħt, is-CEN/CENELEC huwa mitlub li jispeċifika s-sistema(i) li ġejja(in) ta’ attestament tal-konformità fl-istandards armonizzati rilevanti Ewropej:

Prodott(i)

Użu(i) maħsub(a)

Livell(i) jew klassi(jiet)

(reazzjoni għan-nar)

Attestament tas-sistema(i) ta’ konformità

Prodotti ta’ siġill għal użu mhux strutturali għall-ġonot fil-bini u l-bankini

Għall-użi suġġetti għar-regolazzjonijiet dwar ir-reazzjoni għan-nar

A1 (*), A2 (*), B (*), C (*)

1

A1 (**), A2 (**), B (**), C (**), D, E

3

(A1 sa E) (***), F

4

Sistema 1: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, mingħajr test ta’ verifika tal-kampjuni

Sistema 3: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tieni possibbiltà

Sistema 4: Ara l-punt (ii) tat-Taqsima 2 tal-Anness III mad-Direttiva 89/106/KEE, it-tielet possibbiltà

L-ispeċifikazzjoni għas-sistema għandha tkun waħda li tkun tista’ tiġi implimentata anki meta ma jkunx neċessarju li l-prestazzjoni tiġi determinata għal karatteristika partikolari, għaliex mill-inqas Stat Membru wieħed ma jkollu l-ebda rekwiżit legali għal karatteristika bħal din [ara l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 89/106/KEE u, fejn applikabbli, il-klawsola 1.2.3 tad-Dokumenti Interpretattivi]. F’dawk il-każijiet il-verifika ta’ karatteristika bħal din ma għandhiex tkun imposta fuq il-manifattur jekk hu ma jkunx jixtieq li jiddikjara l-prestazzjoni tal-prodott f’dak ir-rigward.


(*)  Prodotti/materjali li għalihom stadju li huwa identifikabbli biċ-ċar fil-proċess tal-produzzjoni jirriżulta f’titjib tal-klassifika tar-reazzjoni għan-nar (eż. żieda ta’ prodotti ta’ trażżin tan-nar jew limitu tal-materjal organiku).

(**)  Prodotti/materjali mhux koperti min-nota f’qiegħ il-paġna (*).

(***)  Prodotti/materjali li mhux neċessarju li jsirilhom test għar-reazzjoni għan-nar (eż. Prodotti/materjali tal-klassijiet A1 skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/603/KE).


Top