Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0018

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK tal- 14 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

    ĠU L 11, 15.1.2011, p. 36–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/06/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0917

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/18(1)/oj

    15.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 11/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/18/PESK

    tal-14 ta’ Jannar 2011

    li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1).

    (2)

    Fit-13 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill enfasizza l-importanza tal-elezzjoni presidenzjali tal-31 ta' Ottubru u t-28 ta' Novembru 2010 sabiex jerġa' jkun hemm il-paċi u l-istabbiltà fil-Côte d'Ivoire u ddikjara li r-rieda li ntweriet b'mod sovran mill-poplu Ivorjan għandha tiġi rispettata b'mod obbligatorju.

    (3)

    Fis-17 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill Ewropew appella lill-mexxejja Ivorjani kollha, kemm ċivili kif ukoll dawk militari li għadhom ma għamlux dan, biex jissottomettu ruħhom għall-awtorità tal-President elett demokratikament, is-Sur Alassan Outtara.

    (4)

    Fit-22 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/801/PESK (2) li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK biex jiġu imposti restrizzjonijiet ta' vvjaġġar fuq dawk li jostakolaw il-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali u b'mod partikolari dawk li qiegħdin jheddu l-eżitu adatt tal-proċess elettorali.

    (5)

    Fil-14 ta’ Jannar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/17/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/656/PESK biex jiġu inklużi aktar persuni mal-lista ta' persuni soġġetti għal restrizzjonijiet ta' vvjaġġar.

    (6)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Côte d'Ivoire, għandhom jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali fuq dawk il-persuni.

    (7)

    Barra minn hekk, il-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi li tidher fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata u l-informazzjoni relatata ma’ ċerti persuni fuq il-lista għandha tiġi aġġornata.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 2010/656/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 5

    1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

    (a)

    persuni msemmija fl-Anness I innominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u msemmija fl-Artikolu 4(1)(a), jew li huma miżmuma minn entitajiet li huma fil-pussess ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna li qiegħda taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

    (b)

    persuni jew entitajiet imsemmija fl-Anness II, li mhumiex inklużi fil-lista li tinsab fl-Anness I u li jostakolaw il-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali, u b'mod partikolari dawk li jheddu l-eżitu adatt tal-proċess elettorali, jew li huma miżmuma minn entitajiet li huma fil-pussess ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna li qiegħda taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom,

    għandhom jiġu ffriżati.

    2.   L-ebda fond, ass finanzjarju jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni jew l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

    3.   L-Isati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta' fondi u riżorsi ekonomiċi li huma:

    (a)

    meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

    (b)

    maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

    (c)

    maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati, jew riżorsi ekonomiċi;

    (d)

    meħtieġa għal spejjeż straordinajri;

    (e)

    is-soġġett ta’ sentenza jew garanzija ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f’tali każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew sentenza sakemm il-garanzija jew is-sentenza kienet iskritta qabel ma l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew il-Kunsill indika lill-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità msemmija f’dan l-Artikolu.

    Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness I:

    l-eżenzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il- paragrafu jistgħu isiru mill-Istat Membru kkonċernat wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn adatt u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien jumejn ta’ ħidma minn tali notifika, aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi.

    l-eżenzjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' ssir mill-Istat Membru kkonċernat wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u approvazzjoni minn dan tal-aħħar;

    l-eżenzjoni msemmija fil-punt (e) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu tista' ssir mill-Istat Membru kkonċernat wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

    4.   Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

    (a)

    imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

    (b)

    ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi skont il-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK jew din id-Deċiżjoni,

    dment li tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħra jkomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.”;

    2.

    L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Artikolu 10

    1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    2.   Għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra, kif ikun xieraq, f’konformità mad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    3.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u 5(1)(b) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar. Huma m'għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jistabbilixxi, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2) li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.”.

    Artikolu 2

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK hu sostitwit bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2011.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. MARTONYI


    (1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

    (2)  ĠU L 341, 23.12.2010, p.45

    (3)  Ara paġna 31 ta’ dan il-ĠU.


    ANNESS

    “ANNESS II

    Lista tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u 5(1)(b)

    A.   Persuni

     

    Isem (u psewdonomu possibbli)

    Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    Is-Sur Pascal Affi N’Guessan

    Imwieled fl-1 ta' Jannar 1953, f'Bouadikro;

    numru tal-passaport: PD-AE 09DD00013.

    President tal-Front Popolari Ivorjan (FPI): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

    2.

    Logutenent-Kurunell Nathanaël Ahouman Brouha

    Imwieled fis-6 ta' Ġunju 1960.

    Kmandant tar-Raggruppament għas-Sigurtà tal-Presidenza tar-Repubblika (GSPR).

    Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    3.

    Is-Sur Aké N'Gbo Gilbert Marie

    Imwieled fit-8 ta' Ottubru 1955 f'Abidjan

    Numru tal-passaport:

    08 AA 61107 (skadenza t-2 ta' April 2014)

    Allegatament Prim Ministru u Ministru tal-Ippjanar u l-Iżvilupp: Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    4.

    Is-Sur Pierre Israël Amessan Brou

     

    Direttur Ġenerali tar-Radju u t-Televiżjoni Ivorjani (RTI):

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

    5.

    Is-Sur Frank Anderson Kouassi

     

    President tal-Kunsill Nazzjonali tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva (CNCA):

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    6.

    Is-Sinjura Nadiana Bamba

    Imwielda fit-13 ta' Ġunju 1974 f'Abidjan

    Numru tal-passaport: PD - AE 061 FP 04

    Direttriċi tal-Grupp Ċiklun, editriċi tal-Ġurnal ‘Le Temps’:Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

    7.

    Is-Sur Kadet Bertin

    Imwieled qrib l-1957 f'Mama.

    Kunsillier għas-Sigurtà tas-Sur Gbagbo:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament. Provokatur ta' movimenti ta' ripressjoni u intimidazzjoni.

    8.

    Ġeneral Dogbo Blé

    Imwieled fit-2 ta' Frar 1959 f'Daloa.

    Kap tal-korp tal-Gwardja repubblikana:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    9.

    Is-Sur Bohoun Bouabré Paul Antoine

    Imwieled fid-9 ta' Frar 1957, f'Issia

    Numru tal-passaport: PD AE 015 FO 02

    Ex Ministru tal-Istat, responsabbi għall-FPI:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali.

    10.

    Uffiċjal distrettwali Oulaï Delefosse

    Imwieled fit-28 ta' Ottubru 1968

    Responsabbli għall-Unjoni Patrijotika ta' Reżistenza tal-Grand Ouest (UPRGO): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    11.

    Ammiral Vagba Faussignau

    Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 - f'Bobia.

    Kmandant tal-Marina Ivorjana - Sotto kap tal-Persunal tal-Istat Maġġuri: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    12.

    Pasteur Gammi

     

    Kap tal-Moviment Ivorjan għal-Liberazzjoni tal-Punent (MILOCI): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    13.

    Is-Sur Laurent Gbagbo

    Imwieled fil-31 ta' Mejju 1945 f'Gagnoa

    Allegatament President tar-Repubblika: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali.

    14.

    Is-Sinjura Simone Gbagbo

    Imwielda fl-20 ta' Ġunju 1949 f'Moossou

    President tal-grupp tal-Front Popolari Ivorjan (FPI) fl-Assemblea Ġenerali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza.

    15.

    Ġeneral Guiai Bi Poin

    Imwieled fil-31 ta' Diċembru 1954 f'Gounela.

    Kap tas-CECOS (Ċentru tal-Kmand tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà):

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    16.

    Is-Sur Denis Maho Glofiei

    Imwieled f'Val de Marne

    Responsabbli mill-Front ta' Liberazzjoni tal-Grand Ouest (FLGO):

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    17.

    Kaptan Anselme Séka Yapo

    Imwieled fit-2 ta' Mejju 1973 f'Adzopé

    Gwardja tal-korp tas-Sinjura Gbagbo:

    Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    18.

    Is-Sur Désiré Tagro

    Imwieled fis-27 ta' Jannar 1959 f'Issia

    Numru tal-passaport:

    PD - AE 065FH08.

    Segretarju Ġenerali tal-allegata ‘Presidenza’ tas-Sur Gbagbo: Parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali.

    Implikat fir-repressjonijiet vjolenti tal-movimenti popolari ta' Frar, Novembru u Diċembru 2010.

    19.

    Is-Sur Yao N'Dré

    Imwieled fid-29 ta' Diċembru 1956.

    President tal-Kunsill Kostituzzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali. personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    20.

    Is-Sur Yanon Yapo

     

    Allegatament Għassies tas-Siġilli, Ministru tal-Ġustizzja u d-Drittijiet tal-Bniedem: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    21.

    Is-Sur Dogou Alain

    Imwieled fis-16 ta' Lulju 1964 f'Aboisso

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/053FR05 (data ta' skadenza s-27 ta' Mejju 2011)

    Allegatament Ministru tad-Difiża u s-Servizz Pubbliku:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    22.

    Is-Sur Emile Guiriéoulou

    Imwieled fl-1 ta' Jannar 1949 f'Guiglo

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/008GO03 (data ta' skadenza l-14 ta' Marzu 2013)

    Allegatament Ministru tal-Intern: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    23.

    Is-Sur Charles Désiré Noël Laurent Dallo

    Imwieled fit-23 ta' Diċembru 1955 f'Gagnoa

    Numru tal-passaport:

    08AA19843 (data ta' skadenza t-13 ta' Ottubru 2013)

    Allegatament Ministru tal-Ekonomija u l-Finanzi:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    24.

    Is-Sur Augustin Kouadio Komoé

    Imwieled fid-19 ta' Settembru 1961 f'Kokomain

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/010GO03 (data ta' skadenza l-14 ta' Marzu 2013)

    Allegatament Ministru tal-Minjieri u l-Enerġija: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    25.

    Is-Sinjura Christine Adjobi Nebout (magħrufa bħala Aya Christine Rosalie Adjobi mwielda Nebout)

    Imwielda fl-24 ta' Lulju 1949 f'Grand Bassam

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/017FY12 (data ta' skadenza l-14 ta' Diċembru 2011)

    Allegatament Ministru tas-Saħħa u tal-ġlieda kontra l-AIDS: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    26.

    Is-Sur Yapo Atsé Benjamin

    Imwieled fl-1 ta' Jannar 1951 f'Akoupé

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/089GO04 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2013);

    PS-AE/057AN06

    Allegatament Ministru tal-Kostruzzjoni u l-Ippjanar Urban: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    27.

    Is-Sur Coulibaly Issa Malick

    Imwieled fid-19 ta' Awwissu 1953 f'Korhogo

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/058GB05 (data ta' skadenza l-10 ta' Mejju 2012)

    Allegatament Ministru tal-Agrikoltura: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    28.

    Is-Sur Ahoua Don Mello

    Imwieled fit-23 ta' Ġunju 1958 f'Bongouanou

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/044GN02 (data ta' skadenza t-23 ta' Frar 2013)

    Allegatament Ministru tat-Tagħmir u l-Istabbilizzazzjoni, Kelliem tal-Gvern: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    29.

    Is-Sur N'Goua Abi Blaise

     

    Allegatament Ministru tat-Trasport: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    30.

    Is-Sinjura Anne Jacqueline Lohouès Oble

    Imwielda fis-7 ta' Novembru 1950 f'Dabou

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/050GU08 (data ta' skadenza l-4 ta' Awwissu 2013)

    Allegatament Ministru tal-Edukazzjoni Nazzjonali: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    31.

    Is-Sinjura Angèle Gnonsoa (magħrufa bħala Zon Sahon)

    Imwielda fl-1 ta' Jannar 1940 f'Tai

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/040ER05 (data ta' skadenza t-28 ta' Mejju 2012)

    Allegatament Ministru tat-Tagħlim Tekniku:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    32.

    Is-Sur Koffi Koffi Lazare

     

    Allegatament Ministru tal-Ambjent, l-Ilma u l-Foresti: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    33.

    Is-Sinjura Elisabeth Badjo Djékouri

    konjugi Dagbo

    Jeannie

    Imwielda fl-24 ta' Diċembru 1971 f'Lakota

    Numru tal-passaporti: 08AA15517 (data ta' skadenza l-25 ta' Novembru 2013);

    PS-AE/040HD12 (data ta' skadenza l-1 ta' Diċembru 2011)

    Allegatament Ministru tal-Funzjonijiet Pubbliċi: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    34.

    Is-Sur Charles Blé Goudé

    Imwieled fl-1 ta' Jannar 1972 f'Kpoh

    Passaport antik:

    DD-AE/088OH12

    Allegatament Ministru taż-Żgħażagħ, it-Taħriġ Professjonali u l-Impjiegi, President tal-Kungress panAfrikan taż-Żgħażagħ u l-Patrijotti (COJEP):

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    Ta' min ifakkar: diġà soġġett għal sanzjonijiet mill-2005 'l hawn mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU

    35.

    Is-Sur Philippe Attey

    Imwieled fl-10 ta' Ottubru 1951 f'Agboville

    Passaport antik AE/32AH06

    Allegatament Ministru tal-Industrija u l-Iżvilupp tas-Settur Privat:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    36.

    Is-Sinjura Danièle Boni Claverie (ċittadina Franċiża u Ivorjana)

     

    Allegatament Ministru tan-Nisa, il-Familja u t-Tfal:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal- parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo

    37.

    Is-Sur Ettien Amoikon

     

    Allegatament Ministru tat-Teknika tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    38.

    Is-Sur Ouattara Gnonzié

     

    Allegatament Ministru tal-Komunikazzjoni:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    39.

    Is-Sur Alphonse Voho Sahi

    Imwieled fil-15 ta' Ġunju 1958 f'Gueyede

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/066FP04 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2011)

    Allegatament Ministru tal-Kultura:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    40.

    Is-Sur Kata Kéké (magħruf bħala Keke Joseph Kata)

    Imwieled fl-1 ta' Jannar 1951 f'Daloa

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/086FO02 (data ta' skadenza s-27 ta' Frar 2011)

    Allegatament Ministru tar-Riċerka Xjentifika:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal- parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    41.

    Is-Sur Franck Guéi

    Imwieled fl-20 ta' Frar 1967

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/082GL12 (data ta' skadenza t-22 ta' Diċembru 2012)

    Allegatament Ministru tal-Isport:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    42.

    Is-Sur Touré Amara

     

    Allegatament Ministru tal-Kummerċ:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    43.

    Is-Sur Kouamé Sécré Richard

     

    Allegatament Ministru tat-Turiżmu u l-Artiġjanat:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    44.

    Is-Sinjura Anne Gnahouret Tatret

     

    Allegatament Ministru tas-Solidarjetà, ir-Rikostruzzjoni u l-Koeżjoni Soċjali:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    45.

    Is-Sur Nyamien Messou

    Imwieled fl-20 ta' Ġunju 1954 f'Bongouanou

    Passaport antik PD-AE/056FE05 (data ta' skadenza d-29 ta' Mejju 2010)

    Allegatament Ministru tax-Xogħol:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    46.

    Is-Sur Koné Katina Justin

     

    Allegatament Ministru delegat għall-Baġit:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    47.

    Is-Sur N'guessan Yao Thomas

     

    Allegatament Ministru delegat fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Nazzjonali responsabbli għall-Edukazzjoni Għolja:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    48.

    Is-Sinjura Lago Daléba Loan Odette

    Imwielda fl-1 ta' Jannar 1955 f'Floleu

    Numru tal-passaport:

    08AA68945 (data ta' skadenza d-29 ta' April 2014)

    Allegatament Segretarja tal-Istat responsabbli għall-ħajja skolastika u dik tal-istudenti:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    49.

    Is-Sur Georges Armand Alexis Ouégnin

    Imwieled fis-27 ta' Awwissu 1953 f'Bouaké

    Numru tal-passaport:

    08AA59267 (data ta' skadenza l-24 ta' Marzu 2014)

    Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa Universali:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    50.

    Is-Sur Dogo Djéréké Raphaël

     

    Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-persuni b'diżabbiltà:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    51.

    Is-Sur Dosso Charles Radel Durando

     

    Allegatament Segretarju tal-Istat responsabbli għall-Vittmi tal-Gwerra:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni u jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali permezz tal-parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Laurent Gbagbo.

    52.

    Is-Sur Timothée Ahoua N'Guetta

    Imwieled fil-25 ta' April 1931 f'Aboisso

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/084FK10 (data ta' skadenza l-20 ta' Ottubru 2013)

    Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    53.

    Is-Sur Jacques André Daligou Monoko

     

    Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    54.

    Is-Sur Bruno Walé Ekpo

     

    Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    55.

    Is-Sur Félix Tano Kouakou

    Imwieled fit-12 ta' Marzu 1959 f'Ouelle

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/091FD05 (data ta' skadenza t-13 ta' Mejju 2010)

    Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, jirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    56.

    Is-Sinjura Hortense Kouassi Angoran

     

    Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    57.

    Is-Sinjura Joséphine Suzanne Touré

    Imwielda fit-28 ta' Frar 1972 f'Abidjan

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/032GL12 (data ta' skadenza s-7 ta' Diċembru 2012);

    08AA62264 (data ta' skadenza s-6 ta' April 2014)

    Membru tal-Kunsill Kostituzzjonali:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni, tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni presidenzjali; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    58.

    Is-Sur Konaté Navigué

    Imwieled fl-4 ta' Marzu 1974 f'Tindara

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/076FE06 (data ta' skadenza l-5 ta' Ġunju 2010)

    President taż-żgħażagħ tal-FPI (Front Popolari Ivorjan):

    Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

    59.

    Is-Sur Patrice Baï

     

    Konsulent tas-Sigurtà tal-ex President Gbagbo: Jikkoordina l-azzjonijiet ta' intimidazzjoni tal-avversarji; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    60.

    Is-Sur Marcel Gossio

    Imwieled fit-18 ta' Frar 1951 f'Adjamé

    Numru tal-passaport: 08AA14345 (data ta' skadenza s-6 ta' Ottubru 2013)

    Direttur Ġenerali tal-Port Awtonomu ta' Abidjan: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    61.

    Is-Sur Alphonse Mangly (magħruf bħala Mangley)

    Imwieled fl-1 ta' Jannar 1958 f'Danané

    Numru tal-passaport: 04LE57580 (data ta' skadenza s-16 ta' Ġunju 2011);

    PD-AE/077HK08 (data ta' skadenza t-3 ta' Awwissu 2012);

    PD-AE/065GK11 (data ta' skadenza l-15 ta' Novembru 2012)

    PD-AE/065GK11 (data ta' skadenza l-15 ta' Novembru 2012)

    Direttur Ġenerali tad-Dwana:

    Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    62.

    Is-Sur Marc Gnatoa

     

    Kap tal-FSCO (Front ta' sigurtà tal-Punent Ċentrali): Ipparteċipa f'azzjonijiet ta' repressjoni. Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    63.

    Is-Sur Moussa Touré Zéguen

    Imwieled fid-9 ta' Settembru 1944

    Passaport antik: AE/46CR05

    Segretarju Ġenerali tal-GPP (Raggruppament ta' Patrijotti għall-Paċi):

    Responsabbli għall-Milizzja. Ipparteċipa fir-repressjonijiet wara t-tieni rawnd tal-elezzjoni presidenzjali. Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz tan-nuqqas ta' diżarm u għax irrifjuta li jpoġġi lilu nnifsu taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    64.

    Is-Sinjura Bro Grébé Geneviève mwieldaYobou

    Imwielda fit-13 ta' Marzu 1953 f'Grand Alepé

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/072ER06 (data ta' skadenza s-6 ta' Ġunju 2012)

    President tan-Nisa Patrijottiċi tal-Côte d'Ivoire:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

    65.

    Is-Sinjura Lorougnon Souhonon Marie Odette mwielda Gnabri

     

    Segretarja Nazzjonali tan-nisa tal-FPI (Front Popolari Ivorjan):

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

    66.

    Is-Sur Felix Nanihio

     

    Segretarju Ġenerali tal-CNCA (Kunsill Nazzjonali tal-Komunikazzjoni Awdjoviżiva): Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010; personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    67.

    Is-Sur Stéphane Kipré

     

    Direttur tal-pubblikazzjoni tal-ġurnal Le Quotidien ta' Abidjan: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

    68.

    Is-Sur Lahoua Souanga Etienne (magħruf bħala César Etou)

     

    Direttur tal-pubblikazzjoni u Editur tal-ġurnal Notre Voie:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

    69.

    Is-Sur Jean Baptiste Akrou

    Imwieled fl-1 ta' Jannar 1956 f'Yamoussoukro

    Numru tal-passaport: 08AA15000

    (data ta' skadenza l-5 ta' Ottubru 2013)

    Direttur Ġenerali tal-ġurnal Fraternité Matin:

    Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza u permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.

    70.

    Ġeneral tal-Korp tal-Armata Philippe Mangou

     

    Kap tal-Istat Maġġur tal-Armati: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    71.

    Ġeneral Affro (gendarmerie)

     

    Viċi Kap Kmandant tal-Gendarmerie: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    72.

    Is-Sur Ottro Laurent Zirignon

    Imwieled fl-1 ta' Jannar 1943 f'Gagnoa

    Numru tal-passaport: 08AB47683 (data ta' skadenza s-26 ta' Jannar 2015);

    PD-AE/062FR06 (data ta' skadenza l-1 ta' Ġunju 2011);

    97LB96734

    President tal-Kunsill ta' Amministrazzjoni tas-Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar (SIR): Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    73.

    Is-Sur Kassoum Fadika

    Imwieled fis-7 ta' Ġunju 1962 f'Man

    Numru tal-passaport: 08AA57836 (data ta' skadenza l-1 ta' April 2014)

    Direttur ta' PETROCI: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    74.

    Is-Sinjura Djédjé Mama Ohoua Simone

    Imwielda fl-1 ta' Jannar 1957 f'Zialegrehoa jew f'Gagnoa

    Numru tal-passaport: 08AA23624 (data ta' skadenza t-22 ta' Ottubru 2013);

    PD-AE/006FR05

    Direttur Ġenerali tat-Teżor: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    75.

    Is-Sur Kessé Feh Lambert

    Imwieled fit-22 ta' Novembru 1948 f'Gbonne

    Numru tal-passaport:

    PD-AE/047FP03 (data ta' skadenza s-26 ta' Marzu 2011)

    Direttur Ġenerali tat-Taxxi: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    76.

    Is-Sur Aubert Zohoré

     

    Konsulent speċjali tas-Sur Gbagbo għal kwistjonijiet ekonomiċi: Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    77.

    Is-Sur Thierry Legré

     

    Membru tal-Moviment taż-żgħażagħ patrijottiċi: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni permezz ta' inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

    78.

    Ġeneral tal-Korp tal-Armata Kassaraté Edouard Tiapé

     

    Kap Kmandant tal-Gendarmerie: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    79.

    Kurunell Maġġur Babri Gohourou Hilaire

     

    Kelliem tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Côte d'Ivoire: Tfixkil tal-proċess ta' paċi u ta' rikonċiljazzjoni; Inċitament għall-mibegħda u l-vjolenza; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    80.

    Kummissarju tad-Diviżjoni Yoro Claude

     

    Direttur tal-Unitajiet ta' Intervenzjoni tal-Pulizija Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    81.

    Kummissarju Prinċipali Loba Gnango Emmanuel Patrick

     

    Kmandant tal-Brigata kontra l-Irvellijiet (BAE): Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    82.

    Kaptan Guei Badia

     

    Bażi marittima -Marina Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    83.

    Logutenent Ourigou Bawa

     

    Bażi marittima -Marina Nazzjonali: Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    84.

    Kummissarju Prinċipali Joachim Robe Gogo

     

    Kap tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru ta' Kmand tal-Operazzjonijiet tas-Sigurtà (CECOS): Responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Côte d'Ivoire; personalità militari li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament.

    85.

    Is-Sur Gilbert Anoh N'Guessan

     

    President tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafé u l-Kawkaw (CGFCC): Personalità li tirrifjuta li tpoġġi lilha nfisha taħt l-awtorità tal-President elett demokratikament; jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.


    B.   Entitajiet

     

    Isem (u psewdonomu possibbli)

    Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

    Raġunijiet

    1.

    PETROCI (Soċjetà Nazzjonali tal-Operazzjonijiet Petroliferi tal-Côte d'Ivoire)

    Abidjan Plateau, Immeuble les Hévéas - 14 boulevard Carde

    Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    2.

    SIR (Soċjetà Ivorjana tar-Raffinar)

    Abidjan Port Bouët, Route de Vridi – Boulevard de Petit Bassam

    Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    3.

    Port Awtonomu ta' Abidjan

    Abidjan Vridi, Zone portuaire

    Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    4.

    Port Awtonomu ta' San Pedro

    San Pedro, Zone portuaire

    Rappreżentanza f'Abidjan: Immeuble Ancien Monoprix, face Gare Sud Plateau - 1er Etage côté Rue du Commerce

    Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    5.

    BNI (Bank Nazzjonali tal-Investiment)

    Abidjan Plateau, Avenue Marchand – Immeuble SCIAM

    Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    6.

    BFA (Bank għall-Finanzjament tal-Agrikoltura)

    Abidjan Plateau, Rue Lecoeur – Immeuble Alliance B, 2ème – 4ème étage

    Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    7.

    Bank Versus

    Abidjan Plateau, Avenue Botreau Roussel – Immeuble CRRAE UMOA, derrière la BCEAO, face à la rue des Banques

    Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    8.

    CGFCC (Kumitat ta' Ġestjoni tal-Qasam tal-Kafé u l-Kawkaw)

    Abidjan Plateau - Immeuble CAISTAB, 23ème étage

    Jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    9.

    APROCANCI (Assoċjazzjoni ta' Produtturi ta' Gomma Naturali tal-Côte d'Ivoire)

    Cocody II Plateau Boulevard Latrille – Sicogi, bloc A Bâtiment D 1er étage

    Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    10.

    SOGEPE (Soċjetà għall-ġestjoni tal-patrimonju tal-enerġija elettrika)

    Abidjan Plateau, Place de la République - Immeuble EECI, 15ème étage

    Tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-amministrazzjoni illeġittima tas-Sur Laurent Gbagbo.

    11.

    RTI (Radjudiffużjoni Televiżjoni Ivorjani)

    Cocody Boulevard des Martyrs, 08 - BP 883 - Abidjan 08 - Côte d'Ivoire

    Inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza permezz tal-parteċipazzjoni f'kampanji ta' informazzjoni żbaljata fir-rigward tal-elezzjoni presidenzjali tal-2010.”


    Top