Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R1000

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1000/2010 tat- 3 ta’ Novembru 2010 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tat-talbiet [tal-applikazzjonijiet] u l-ħruġ ta’ ċertifikati [liċenzji] tal-importazzjoni fl-2011 skont il-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-karboidrat [lamtu] tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004 u (KE) Nru 951/2006 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq [għall-ħruġ] taċ-ċertifikati [tal-liċenzji] tal-esportazzjoni fl-2011 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga [u vitella], tal-laħam tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota

    ĠU L 290, 6.11.2010, p. 26–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1000/oj

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 290/26


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1000/2010

    tat-3 ta’ Novembru 2010

    li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 27/2008, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tat-talbiet [tal-applikazzjonijiet] u l-ħruġ ta’ ċertifikati [liċenzji] tal-importazzjoni fl-2011 skont il-kwoti tariffarji li jikkonċernaw il-patata ħelwa, il-karboidrat [lamtu] tal-manjoka, il-manjoka, iċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor u ż-żejt taż-żebbuġa, u li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 382/2008, (KE) Nru 1518/2003, (KE) Nru 596/2004, (KE) Nru 633/2004 u (KE) Nru 951/2006 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq [għall-ħruġ] taċ-ċertifikati [tal-liċenzji] tal-esportazzjoni fl-2011 fl-oqsma tal-laħam taċ-ċanga [u vitella], tal-laħam tal-majjal, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, u taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/317/KE tat-13 ta’ Mejju 1996 dwar il-konklużjoni tar-riżultati tal-konsultazzjonijiet mat-Tajlandja skont l-Artikolu XXIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠTK (GATT) XXIV.6 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (3), u b’mod partikolari l-Artikoli 61, 144(1), 148, 156 u 161(3), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal- 31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u Nru 964/2007 (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2402/96 tas-17 ta’ Diċembru tal-1996 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli amministrattivi għal ċerti kwoti annwali ta’ tariffi għal patata ħelwa u karboidrat manjoku (6) jipprovdi għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa skont il-kwoti 09.4013 u 09.4014, min-naħa l-waħda, u tal-lamtu tal-manjoka skont il-kwoti 09.4064 u 09.4065, min-naħa l-oħra.

    (2)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2008 tal-15 ta’ Jannar 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ ċerti kwoti ta’ tariffi annwali għall-prodotti regolati b’kodiċi NM 0714 10 91, 0714 10 99 u 0714 90 11 u 0714 90 19 li joriġinaw f’ċerti pajjiżi terzi minbarra t-Tajlandja (7) jipprovdi għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, għall-prodotti li jikkonċerna, skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (8), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta’ Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffali [tariffarja] għall-importazzjoni ta’ xgħir minn pajjiżi terzi (9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (10) jipprovdu għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125, tax-xgħir skont il-kwota 09.4126 u tal-qamħirrum skont il-kwota 09.4131.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2058/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta’ kwota ta’ tariffa għal ross miksur (broken rice) ta’ kodiċi NK 1006 40 00 għal produzzjoni ta’ tħejjijiet tal-ikel ta’ kodiċi NM 1901 10 (11) u r- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta’ kwota għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mill-Bangladexx, b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (12) jipprovdu għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079 u tar-ross li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517.

    (5)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2009 tal-10 ta’ Settembru 2009 li jistpula r-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2009/2010 sal-2014/2015 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor li jinsabu taħt l-intestatura tariffarja 1701 taħt ftehimiet preferenzjali (13), jipprovdi għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247.

    (6)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (14) jipprovdi għal dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa skont il-kwota 09.4032.

    (7)

    Minħabba l-btajjel għas-sena 2011, għandhom isiru derogi, f’ċerti perjodi, mir-Regolamenti (KE) Nru 2402/96, (KE) Nru 2058/96, (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 1964/2006, (KE) Nru 1067/2008 u (KE) Nru 828/2009 f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni, sabiex tkun tista’ tiġi żgurata l-konformità mal-volumi tal-kwoti kkonċernati.

    (8)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (15), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 1518/2003 tat-28 ta’ Awwissu 2003 iniżżel ir-regoli dettaljati biex jimplimenta s-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal (16), l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 596/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi ta’ esportazzjoni fis-settur tal-bajd (17) u l-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tas-sistema tal-liċenzi tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tat-tjur (18), jipprovdu li l-liċenzji tal-esportazzjoni jinħarġu l-Erbgħa li jiġi wara l-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda miżura partikolari f’dan it-terminu.

    (9)

    L-Artikolu 7d(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (19), jipprovdi li l-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota għandhom jibdew jinħarġu mill-Ġimgħa li jiġi wara l-ġimgħa li fiha jkunu tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji, sakemm il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda miżura partikolari f’dan it-terminu.

    (10)

    Minħabba l-btajjel għas-sena 2011 u l-effetti fuq il-pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li l-perjodu minn meta jitressqu l-applikazzjonijiet u l-jum meta jinħarġu l-liċenzji jkun qasir wisq biex jiżgura ġestjoni tajba tas-suq. Għalhekk jeħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż.

    (11)

    Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1157/2009 (20), li jidderoga minn ċerti Regolamenti f’dak li jirrigwarda d-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fl-2010 għandu jiġi rrevokat.

    (12)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Patata ħelwa

    1.   B’deroga mill-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa skont il-kwoti 09.4013 u 09.4014 ma jistgħux jitressqu, għas-sena 2011, qabel it-Tlieta 4 ta’ Jannar 2011 jew wara t-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011.

    2.   B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, il-liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa li għalihom tressqu applikazzjonijiet fid-data indikata fl-Anness I għal dan ir-Regolament, skont il-kwoti 09.4013 u 09.4014, għandhom jinħarġu fid-data indikata fl-imsemmi Anness I, bla ħsara għall-miżuri adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (21).

    Artikolu 2

    Lamtu tal-manjoka

    1.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoka skont il-kwoti 09.4064 u 09.4065 ma jistgħux jitressqu, għas-sena 2011, qabel it-Tlieta 4 ta’ Jannar 2011 jew wara t-Tlieta 13 ta’ Diċembru 2011.

    2.   B’deroga mill-Artikolu 13(1), tar-Regolament (KE) Nru 2402/96, il-liċenzji tal-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoka li għalihom tressqu applikazzjonijiet fid-data indikata fl-Anness II għal dan ir-Regolament, skont il-kwoti 09.4064 u 09.4065, għandhom jinħarġu fid-data indikata fl-imsemmi Anness II, bla ħsara għall-miżuri adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    Artikolu 3

    Manjoka

    1.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 27/2008, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-manjoka skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021 ma jistgħux jitressqu, għas-sena 2011, qabel it-Tnejn 3 ta’ Jannar 2011 jew wara l-Erbgħa 14 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

    2.   B’deroga mill-Artikolu 8(4), tar-Regolament (KE) Nru 27/2008, il-liċenzji tal-importazzjoni tal-manjoka li għalihom tressqu applikazzjonijiet fid-dati indikati fl-Anness III, skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021, għandhom jinħarġu fid-dati indikati fl-imsemmi Anness III, bla ħsara għall-miżuri adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    Artikolu 4

    Ċereali

    1.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħ komuni ta’ kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124 u 09.4125 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

    2.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4126 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

    3.   B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrun skont il-kwota 09.4131 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

    Artikolu 5

    Ross

    1.   B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 2058/96, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2011 fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

    2.   B’deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2011, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladexx skont il-kwota 09.4517 ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 9 ta’ Diċembru 2011 fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

    Artikolu 6

    Zokkor

    B’deroga mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 828/2009, l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni tal-prodotti tas-settur taz-zokkor skont il-kwoti 09.4221, 09.4231, 09.4241 sa 09.4247, ma jistgħux jibqgħu jitressqu wara l-Ġimgħa 16 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell, u sal-Ġimgħa 30 ta’ Diċembru 2011, fis-13:00 (fis-siegħa ta’ wara nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

    Artikolu 7

    Żejt taż-żebbuġa

    B’deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li l-applikazzjonijiet għalihom ikunu tressqu matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti inklużi f’dak l-Anness, bla ħsara għall-miżuri adottati b’applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

    Artikolu 8

    Liċenzji tal-esportazzjoni b’rifużjonijiet għas-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella u tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

    B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 596/2004 u mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 633/2004, il-liċenzji tal-esportazzjoni li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness IV għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti inklużi f’dak l-Anness.

    Id-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika biss meta l-ebda miżura partikolari pprovduta fl-Artikolu 12(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 382/2008, fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 1518/2003, fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 596/2004 u fl-Artikolu 3(4) u (4a) tar-Regolament (KE) Nru 633/2004, ma tkun ittieħdet qabel dawk id-dati tal-ħruġ.

    Artikolu 9

    Zokkor u isoglukożju barra mill-kwota

    B’deroga mill-Artikolu 7d(1) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, il-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota li għalihom tressqu applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness VI għal dan ir-Regolament għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jinsabu f’dak l-Anness.

    Id-deroga pprovduta fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika biss meta l-ebda miżura partikolari pprovduta fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, ma tkun ittieħdet qabel dawk id-dati tal-ħruġ.

    Artikolu 10

    Ir-Regolament (KE) Nru 1157/2009 għandu jiġi rrevokat b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2010.

    Artikolu 11

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2010.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 122, 22.5.1996, p. 15.

    (2)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

    (3)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (4)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

    (5)  ĠU L 211, 6.8.2008, p. 1.

    (6)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 14.

    (7)  ĠU L 13, 16.1.2008, p. 3.

    (8)  ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3.

    (9)  ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7.

    (10)  ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.

    (11)  ĠU L 276, 29.10.1996, p. 7.

    (12)  ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19.

    (13)  ĠU L 240, 11.9.2009, p. 14.

    (14)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.

    (15)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

    (16)  ĠU L 217, 29.8.2003, p. 35.

    (17)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 33.

    (18)  ĠU L 100, 6.4.2004, p. 8.

    (19)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

    (20)  ĠU L 313, 28.11.2009, p. 60.

    (21)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


    ANNESS I

    Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-patata ħelwa skont il-kwoti 09.4013 u 09.4014 għal ċerti perjodi tas-sena 2011

    Dati tat-tressiq tal-applikazzjonijiet

    Dati tal-ħruġ tal-liċenzji

    It-Tlieta 19 ta’ April 2011

    Il-Ġimgħa 29 ta’ April 2011

    It-Tlieta 3 ta’ Mejju 2011

    L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011

    It-Tlieta 31 ta’ Mejju 2011

    Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011

    It-Tlieta 19 ta’ Lulju 2011

    L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2011

    It-Tlieta 9 ta’ Awwissu 2011

    L-Erbgħa 17 ta’ Awwissu 2011

    It-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2011

    Il-Ħamis 3 ta’ Novembru 2011


    ANNESS II

    Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-lamtu tal-manjoka skont il-kwoti 09.4064 u 09.4065 għal ċerti perjodi tas-sena 2011

    Dati tat-tressiq tal-applikazzjonijiet

    Dati tal-ħruġ tal-liċenzji

    It-Tlieta 19 ta’ April 2011

    Il-Ġimgħa 29 ta’ April 2011

    It-Tlieta 3 ta’ Mejju 2011

    L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011

    It-Tlieta 31 ta’ Mejju 2011

    Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011

    It-Tlieta 19 ta’ Lulju 2011

    L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2011

    It-Tlieta 9 ta’ Awwissu 2011

    L-Erbgħa 17 ta’ Awwissu 2011

    It-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2011

    Il-Ħamis 3 ta’ Novembru 2011


    ANNESS III

    Ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-manjoka skont il-kwoti 09.4009, 09.4010, 09.4011, 09.4012 u 09.4021 għal ċerti perjodi tas-sena 2011

    Dati tat-tressiq tal-applikazzjonijiet

    Dati tal-ħruġ tal-liċenzji

    It-Tnejn 18, It-Tlieta 19 u L-Erbgħa 20 ta’ April 2011

    Il-Ġimgħa 29 ta’ April 2011

    It-Tnejn 2, It-Tlieta 3 u L-Erbgħa 4 ta’ Mejju 2011

    L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011

    It-Tnejn 30, It-Tlieta 31 ta’ Mejju u L-Erbgħa 1 ta’ Ġunju 2011

    Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011

    It-Tnejn 18, It-Tlieta 19 u L-Erbgħa 20 ta’ Lulju 2011

    L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2011

    It-Tnejn 8, It-Tlieta 9 u L-Erbgħa 10 ta’ Awwissu 2011

    L-Erbgħa 17 ta’ Awwissu 2011

    It-Tnejn 24, It-Tlieta 25 u L-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2011

    Il-Ħamis 3 ta’ Novembru 2011


    ANNESS IV

    Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

    Dati tal-ħruġ

    It-Tnejn 18 jew it-Tlieta 19 ta’ April 2011

    Il-Ġimgħa 29 ta’ April 2011

    It-Tnejn 2 jew it-Tlieta 3 ta’ Mejju 2011

    L-Erbgħa 11 ta’ Mejju 2011

    It-Tnejn 30 jew it-Tlieta 31 ta’ Mejju 2011

    Il-Ħamis 9 ta’ Ġunju 2011

    It-Tnejn 18 jew it-Tlieta 19 ta’ Lulju 2011

    L-Erbgħa 27 ta’ Lulju 2011

    It-Tnejn 8 jew it-Tlieta 9 ta’ Awwissu 2011

    L-Erbgħa 17 ta’ Awwissu 2011

    It-Tnejn 24 jew it-Tlieta 25 ta’ Ottubru 2011

    Il-Ħamis 3 ta’ Novembru 2011


    ANNESS V

    Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni fis-setturi tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-bajd u tal-laħam tat-tjur

    Dati tal-ħruġ

    Mit-18 ta’ April sat-22 ta’ April 2011

    It-28 ta’ April 2011

    Mit-2 sas-6 ta’ Mejju 2011

    It-12 ta’ Mejju 2011

    Mis-6 sal-10 ta’ Ġunju 2011

    Is-16 ta’ Ġunju 2011

    Mit-8 sat-12 ta’ Awwissu 2011

    It-18 ta’ Awwissu 2011

    Mill-24 sat-28 ta’ Ottubru 2011

    L-4 ta’ Novembru 2011

    Mid-19 sat-30 ta’ Diċembru 2011

    Il-5 ta’ Jannar 2012


    ANNESS VI

    Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota

    Dati tal-ħruġ

    Mill-24 sat-28 ta’ Ottubru 2011

    It-8 ta’ Novembru 2011

    Mid-19 sat-23 ta’ Diċembru 2011

    Is-6 ta’ Jannar 2012


    Top