Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010H0635

    2010/635/Euratom: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Ottubru 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

    ĠU L 279, 23.10.2010, p. 36–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2010/635/oj

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 279/36

    RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-11 ta’ Ottubru 2010

    dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom

    (2010/635/Euratom)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu flimkien mal-Artikolu 106a li jirreferi għall-Artikolu 292 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkonsultat lill-grupp ta’ persuni maħtur skont l-Artikolu 31 tat-Trattat Euratom mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 37 jesiġi li kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’tali dejta ġenerali dwar kull pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe forma li tippermetti lill-Kummissjoni tistabilixxi jekk l-implimentazzjoni ta’ dak il-pjan tistax tirriżulta fil-kontaminazzjoni radjuattiva tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-grupp ta’ esperti msemmija fl-Artikolu 31, għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien sitt xhur.

    (2)

    Inkisbet esperjenza fl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Novembru 1960 (1), 82/181/Euratom (2), 91/4/Euratom (3) u 1999/829/Euratom (4) dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-Trattat.

    (3)

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sentenza tagħha tat-22 ta’ Settembru 1988 fil-Kawża 187/87 (5), iddeċidiet li l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi pprovduta b’dejta ġenerali qabel ma l-Istat Membru kkonċernat jagħti l-awtorizzazzjoni għar-rilaxx tal-effluwenti radjuattivi, sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ toħroġ l-opinjoni tagħha qabel ma jkunu awtorizzati rilaxxi ta’ din ix-xorta ħalli l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun tista’ tiġi kkunsidrata.

    (4)

    L-Artikolu 37 għandu l-għan li jipprevjeni kwalunkwe possibbiltà ta’ kontaminazzjoni radjuattiva ta’ Stat Membru ieħor. Il-Kummissjoni, wara li kkonsultat lill-grupp ta’ esperti msemmi iktar ’il fuq, ikkunsidrat li r-rimi tal-iskart radjuattiv assoċjat ma’ ċerti operazzjonijiet mhuwiex probabbli li jirriżulta fil-kontaminazzjoni radjuattiva ta’ Stat Membru ieħor.

    (5)

    F’każijiet eċċezzjonali minħabba informazzjoni riċevuta, il-Kummissjoni tista’ titlob li tiġi sottomessa dejta ġenerali għal pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv, li b’xi mod ieħor ġie kkunsidrat li mhuwiex probabbli li jirriżulta fil-kontaminazzjoni radjuattiva ta’ Stat Membru ieħor fuq il-bażi ta’ din ir-Rakkomandazzjoni; l-opinjoni tal-Kummissjoni għaldaqstant tista’ tikkonċerna awtorizzazzjoni li ngħatat fi stadju preċedenti.

    (6)

    Sabiex il-pjanijiet għar-rimi jkunu evalwati b’mod konsistenti, jeħtieġ li jiġi speċifikat liema tipi ta’ operazzjonijiet jistgħu jirriżultaw fir-rimi ta’ skart radjuattiv, skont it-tifsira tal-Artikolu 37 tat-Trattat, u li għat-tipi differenti ta’ operazzjonijiet tiġi speċifikata liema informazzjoni għandha tiġi pprovduta bħala dejta ġenerali.

    (7)

    L-impjanti ta’ manifattura tal-karburanti b’ossidi mħallta jipproċessaw ammonti kbar ta’ ossidu tal-plutonju. Għandha tkun mitluba sottomissjoni ta’ dejta ġenerali għaż-żarmar ta’ impjanti ta’ din ix-xorta kif diġà huwa l-każ għaż-żarmar tar-reatturi nukleari u tal-impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid.

    (8)

    Operazzjonijiet żgħar li ma jkollhom l-ebda impatt radjoloġiku jew li jkollhom impatt radjoloġiku negliġibbli fi Stati Membri oħra ma għandhomx jitressqu quddiem il-Kummissjoni.

    (9)

    L-Istati Membri jistgħu jikkomunikaw sottomissjoni integrata għal sit kumpless fejn huwa skedat li jitwettqu bidliet kbar matul perjodu twil ta’ żmien, li jinvolvu diversi stadji u li jinkludu t-tħaddim ta’ faċilitajiet ġodda u l-kompletezza tal-informazzjoni inkluża fid-dejta ġenerali inizjali għandha tippermetti lill-Kummissjoni twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom u tagħti opinjoni xierqa.

    (10)

    Minħabba li l-għadd ta’ impjanti nukleari eżistenti li dwarhom għadha ma nħarġet l-ebda opinjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 37 tat-Trattat u li jistgħu jkunu suġġetti għal modifikazzjonijiet jew għal operazzjonijiet ta’ żarmar, jeħtieġ li jiġi speċifikat liema informazzjoni għandha tiġi pprovduta bħala dejta ġenerali sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq l-obbligu tagħha mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ ekwità bejn l-installazzjonijiet suġġetti għal modifikazzjonijiet u dawk li mhumiex.

    (11)

    F’każijiet fejn l-esponiment tal-popolazzjoni qrib is-sit ta’ interess hija ferm baxxa, din l-informazzjoni tista’ tkun biżżejjed għall-valutazzjoni tal-impatt fuq l-Istati Membri l-oħra.

    (12)

    Sabiex issir evalwazzjoni b’mod konsistenti tal-impatt radjoloġiku ta’ sitwazzjonijiet aċċidentali fuq Stati Membri oħra, l-informazzjoni mitluba fid-dejta ġenerali dwar rilaxxi mhux ippjanati minn reatturi nukleari u minn impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid għandha tkun estiża lil hinn mill-aċċidenti ta’ referenza għall-aċċidenti li ġew ikkunsidrati biex ikun stabbilit il-pjan ta’ emerġenza nazzjonali relatat mas-sit.

    (13)

    Sabiex tiġi ċċarata u limitata l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni relatata mal-ġestjoni ta’ qabel ir-rimi tal-iskart radjuattiv u mal-modifikazzjonijiet ta’ pjan li dwaru l-Kummissjoni għadha ma ħarġet l-ebda opinjoni, ġew inklużi żewġ annessi ġodda.

    (14)

    L-Istati Membri kollha issa ddikjaraw li se jieqfu milli jarmu fl-ibħra u l-ebda Stat Membru mhuwa biħsiebu jordom l-iskart radjuattiv taħt qiegħ il-baħar,

    ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    1.

    Ir-“rimi ta’ skart radjoattiv”, skont it-tifsira tal-Artikolu 37 tat-Trattat, għandu jkopri kwalunkwe rilaxx ippjanat jew aċċidentali ta’ sustanzi radjuattivi assoċjati mal-operazzjonijiet elenkati iktar “l isfel, f”forma gassuża, likwida jew solida fl-ambjent:

    (1)

    it-tħaddim tar-reatturi nukleari (ħlief ir-reatturi tar-riċerka li l-enerġija massima tagħhom ma taqbiżx 1 MW ta’ piż kontinwu termali);

    (2)

    l-ipproċessar mill-ġdid tal-karburant nukleari rradjat;

    (3)

    it-tħaffir għal, it-tħin u l-konverżjoni tal-uranju u tat-torju;

    (4)

    l-arrikkiment tal-uranju bl-U-235;

    (5)

    il-manifattura tal-karburant nukleari;

    (6)

    il-ħżin tal-karburant nukleari (6) rradjat f’faċilitajiet apposta (ħlief il-ħżin ta’ karburant nukleari rradjat f’kontenituri liċenzjati għat-trasport jew għall-ħżin, f’siti nukleari eżistenti);

    (7)

    l-immaniġġjar u l-ipproċessar ta’ sustanzi radjuattivi artifiċjali fuq skala industrijali;

    (8)

    il-ġestjoni ta’ qabel ir-rimi tal-iskart radjuattiv (7) li jirriżulta mill-operazzjonijiet (1) sa (7) u (9);

    (9)

    iż-żarmar (8) tar-reatturi nukleari, tal-impjanti ta’ manifattura tal-karburant b’ossidi mħallta (9) u tal-impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid (ħlief ir-reatturi tar-riċerka li l-enerġija massima tagħhom ma taqbiżx il-50 MW ta’ piż kontinwu termali);

    (10)

    it-tqegħid tal-iskart radjuattiv fuq jew taħt l-art bl-ebda intenzjoni li jiġi rkuprat;

    (11)

    l-ipproċessar industrijali ta’ materjali radjuattivi li jokkorru b’mod naturali suġġetti għal awtorizzazzjoni għal rilaxx;

    (12)

    l-operazzjonijiet rilevanti l-oħra kollha.

    2.

    “Dejta ġenerali”, skont it-tifsira tal-Artikolu 37 tat-Trattat, għandha tinftiehem bħala li tfisser:

    għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (1) sa (7), l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I,

    għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (8), l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II,

    għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (9), l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III,

    għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (10), l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV,

    għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1 (11), il-partijiet rilevanti tal-informazzjoni stabbilita fl-Anness I (fil-parti l-kbira tal-każijiet it-Taqsimiet 6 u 7 tal-Anness I mhumiex applikabbli).

    3.

    Għandu jitqies li l-operazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-punt 1(12) probabbilment ma jirriżultawx f’kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti mil-lat tas-saħħa ta’ Stat Membru ieħor, sakemm, fi kwalunkwe każ speċifiku, il-Kummissjoni ma titlobx li tiġi pprovduta dejta.

    4.

    Għall-operazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-punt 1(9), is-sottomissjoni tad-dejta ġenerali għandha tkun irregolata mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    is-sottomissjoni ta’ dejta ġenerali tkun meħtieġa jekk:

    l-Istat Membru qed jipprevedi liċenzja jew awtorizzazzjoni ġdida għal pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li jkun fi kwalunkwe forma għaż-żarmar, jew

    se jingħata bidu għal żarmar ta’ partijiet ikkontaminati jew attivati tal-impjant;

    (b)

    jekk Stat Membru qed jipprevedi li installazzjoni msemmija fil-punt 1 (9), li dwarha għadha ma ngħatat l-ebda opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37 se tiġi żarmata, id-dejta ġenerali għandha tiġi sottomessa fil-forma tal-Anness III;

    (c)

    jekk Stat Membru qed jipprevedi li impjant imsemmi fil-punt 1 (9) li dwaru diġà ngħatat opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37 se jiġi żarmat, id-dejta ġenerali għandha titressaq fil-forma tal-Anness III. Madankollu, fir-rigward tad-deskrizzjoni tas-sit u tal-madwar tagħha, tal-pjanijiet ta’ emerġenza u tal-monitoraġġ ambjentali, referenza għad-dejta ġenerali mressqa għall-proċedura preċedenti hija biżżejjed jekk tkun tista’ tiġi pprovduta l-informazzjoni addizzjonali kollha xierqa rigward bidliet possibbli.

    5.

    Jekk Stat Membru qed jipprevedi li se jimmodifika (10) pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv, is-sottomissjoni tad-dejta ġenerali għandha tkun irregolata mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    jekk Stat Membru qed jipprevedi li se jimmodifika pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv, li dwaru diġà ngħatat opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37, hija meħtieġa sottomissjoni ta’ dejta ġenerali li tinkludi għall-inqas l-informazzjoni stabbilita f’formola standard fl-Anness V jekk il-limiti awtorizzati jew ir-rekwiżiti assoċjati għar-rimi ta’ skart radjuattiv ikunu inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti jew jekk jiżdiedu l-konsegwenzi potenzjali tar-rilaxxi mhux ippjanati li jistgħu jsegwu l-aċċident(i) evalwat(i) fil-proċedura tal-għoti tal-liċenzja;

    (b)

    sakemm il-Kummissjoni ma titlobx li tiġi kkomunikata d-dejta ġenerali, mhija meħtieġa l-ebda sottomissjoni ta’ dejta ġenerali jekk ma tkun meħtieġa l-ebda awtorizzazzjoni jew liċenzja ġdida;

    (c)

    sakemm il-Kummissjoni ma titlobx li tiġi kkomunikata d-dejta ġenerali, mhija meħtieġa l-ebda sottomissjoni ta’ dejta ġenerali jekk:

    il-modifika fil-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv tipprevedi limiti awtorizzati u rekwiżiti assoċjati mhux mibdula jew iktar restrittivi milli fil-pjan eżistenti, u

    il-konsegwenzi potenzjali tar-rilaxxi mhux ippjanati li jistgħu jsegwu l-aċċident(i) ta’ referenza evalwat(i) fil-proċedura tal-għoti tal-liċenzja baqgħu l-istess jew naqsu;

    (d)

    fil-każ ta’ pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv li dwaru għadha ma ngħatat l-ebda opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37, hija meħtieġa sottomissjoni ta’ dejta ġenerali sakemm l-Istat Membru ma jipprovdix lill-Kummissjoni b’dikjarazzjoni li turi li l-kundizzjonijiet deskritti fil-qosor fil-punti (b) u (c) ġew issodisfati. Jekk xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tiġix issodisfata, id-dejta ġenerali għandha tinkludi l-informazzjoni rilevanti stabbilita fl-Anness VI.

    6.

    Id-dejta ġenerali għandha titressaq quddiem il-Kummissjoni:

    (a)

    wara li l-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv ikun ġie stabbilit sew, u kull meta jkun possibbli, sena imma mhux inqas minn sitt xhur:

    qabel mal-awtoritajiet kompetenti jagħtu kwalunkwe awtorizzazzjoni għar-rilaxx ta’ skart radjuattiv, u

    qabel il-bidu ta’ dawk l-operazzjonijiet li għalihom mhija prevista l-ebda awtorizzazzjoni għar-rilaxx ta’ skart radjuattiv;

    (b)

    f’każijiet fejn il-Kummissjoni talbet dejta ġenerali skont il-punt 3, mhux iktar tard minn sitt xhur wara t-talba, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe awtorizzazzjoni debitament mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti sakemm ġiet riċevuta t-talba tal-Kummissjoni. Kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija qabel mal-Kummissjoni talbet id-dejta ġenerali għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-opinjoni sussegwenti tal-Kummissjoni.

    7.

    Fejn l-Istati Membri jikkomunikaw sottomissjoni integrata ta’ dejta ġenerali għal sit kumpless fejn huwa skedat li jitwettqu bidliet kbar matul perjodi twal ta’ żmien, li jinvolvu diversi fażijiet u li jinkludu, fost l-oħrajn, it-tħaddim ta’ faċilitajiet ġodda, is-sottomissjoni inizjali għandha tinkludi deskrizzjoni ġenerali kompluta u dettaljata tal-operazzjonijiet ippjanati, li għandha tiġi aġġornata b’sottomissjonijiet sussegwenti f’każ ta’ kwalunkwe modifika fil-pjan eżistenti. Fir-rigward tax-xenarji tal-aċċidenti fis-sottomissjoni inizjali, id-dejta ġenerali għandha tinkludi għall-inqas informazzjoni dwar l-ammonti stmati kif ukoll il-forom fiżiċi u kimiċi tar-radjunuklidi preżenti f’kull waħda mill-faċilitajiet fis-sit kif ukoll il-kwantitajiet li preżumibbilment jiġu rilaxxati fil-każ tal-aċċident ikkunsidrat għal kull waħda minn dawk il-faċilitajiet. Id-dejta ġenerali tista’ tipprovdi sfond dwar operazzjonijiet tal-imgħoddi u attwali fis-sit, filwaqt li jitqies li l-opinjonijiet tal-Kummissjoni se jkunu relatati biss ma’ operazzjonijiet futuri.

    8.

    Peress li s-sottomissjoni ta’ pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru rilevanti, dak l-Istat għandu jaċċetta responsabbiltà għall-informazzjoni kollha mressqa quddiem il-Kummissjoni fir-rigward ta’ pjan ta’ din ix-xorta.

    9.

    Wara li jkun irċieva opinjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-azzjonijiet li qed jipprevedi li jieħu b’reazzjoni għal kwalunkwe rakkomandazzjoni mogħtija fl-opinjoni tal-Kummissjoni dwar pjan għar-rimi.

    10.

    Wara li jkun irċieva opinjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-awtorizzazzjoni għar-rilaxx kif ukoll kwalunkwe emenda sussegwenti għal paragun mal-informazzjoni fid-dejta ġenerali li fuqha kienet ibbażata l-opinjoni tal-Kummissjoni.

    Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Hija tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni 99/829/Euratom.

    Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ottubru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Günther OETTINGER

    Membru tal-Kummissjoni

    (1)  ĠU 81, 21.12.1960, p. 1893/60.

    (2)  ĠU L 83, 29.3.1982, p. 15.

    (3)  ĠU L 6, 9.1.1991, p. 16.

    (4)  ĠU L 324, 16.12.1999, p. 23.

    (5)  Ġabra tal-Ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Ġabra) [1988] p. 5013.

    (6)  Sakemm l-operazzjoni ma tkunx inkorporata fi pjan imressaq taħt intestatura oħra.

    (7)  It-terminu “ġestjoni ta’ qabel ir-rimi” jinkludi l-ħżin tal-iskart radjuattiv.

    (8)  Id-dekummissjonar jinkludi l-proċeduri, l-attivitajiet u l-miżuri tekniċi u amministrattivi kollha li jittieħdu wara l-għeluq finali ta’ faċilità u sar-rilaxx tas-sit għal użu mhux ristrett jew għal użu liċenzjat ieħor. Fost dawn l-attivitajiet iż-“żarmar” jinkludi l-iżmuntar, il-qtugħ u d-demolizzjoni ta’ komponenti, sistemi u strutturi kkontaminati jew attivati, inkluż l-ippakkjar tagħhom, u t-trasferiment tagħhom ’il bogħod mis-sit.

    (9)  Ossidi tal-uranju u l-plutonju.

    (10)  Il-modifikazzjonijiet ta’ pjan jistgħu jinkludu wkoll il-ħidma preparatorja għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(9).

    ANNESS I

    Dejta ġenerali applikabbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(1) sa (7)

    Daħla

    preżentazzjoni ġenerali tal-pjan,

    l-istadju preżenti tal-proċedura tal-għoti tal-liċenzja, il-fażijiet ta’ kummissjonar previsti.

    1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

    1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

    b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

    bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

    bil-post fejn tinsab l-installazzjoni b’rabta ma’ installazzjonijiet oħra ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

    bil-post fejn jinsab is-sit b’rabta mal-Istati Membri l-oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-konurbazzjonijiet rilevanti, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom.

    1.2.   Is-sismoloġija

    il-grad ta’ attività sismika fir-reġjun; l-attività sismika massima probabbli u r-reżistenza sismika ppjanata tal-installazzjoni.

    1.3.   L-idroloġija

    Għal installazzjoni li tinsab qrib medda ta’ ilma li tipprovdi mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor, deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi xierqa, li jestendu għall-Istat(i) Membru/i l-ieħor/oħra, pereżempju:

    deskrizzjoni fil-qosor tal-mogħdija/mogħdijiet, tributarji, estwarju, astrazzjoni tal-ilma, tal-artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.,

    il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom,

    is-saff taħt l-art li taħtu l-art hija saturata bl-ilma, il-livelli u l-flussi,

    deskrizzjoni fil-qosor taż-żoni littorali,

    id-direzzjoni u l-forza tal-kurrenti, il-marej, ix-xejriet taċ-ċirkolazzjoni, kemm lokali kif ukoll reġjonali,

    ir-riskju tal-għargħar u l-protezzjoni tal-installazzjoni.

    1.4.   Il-meteoroloġija

    Il-klimatoloġija lokali b’distribuzzjonijiet tal-frekwenzi:

    tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

    tal-intensità u d-dewmien tal-preċipitazzjoni,

    għal kull settur tal-irjieħ, il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika, kemm idumu l-inverżjonijiet tat-temperaturi,

    tal-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa).

    1.5.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

    ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

    is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti.

    1.6.   Attivitajiet oħra qrib is-sit

    fejn ikun xieraq, il-faċilitajiet nukleari l-oħra u kwalunkwe attività industrijali jew militari perikoluża, it-traffiku fis-superfiċje u fl-ajru, il-katusi, l-imħażen u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jkollu influwenza fuq is-sikurezza tal-installazzjoni,

    il-miżuri ta’ protezzjoni.

    2.   L-INSTALLAZZJONI

    2.1.   Il-karatteristiċi prinċipali tal-installazzjoni

    deskrizzjoni fil-qosor tal-installazzjoni,

    it-tip, l-iskop u l-karatteristiċi prinċipali tal-proċessi,

    il-pjan ta’ kif inhu mqassam is-sit,

    id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza.

    2.2.   Is-sistemi ta’ ventilazzjoni u t-trattament tal-iskart gassuż u l-iskart li jinġarr mal-arja

    Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, ta’ diżintegrazzjoni ta’ sustanza f’oħra minħabba radjuattività, ta’ filtrazzjoni u ta’ rilaxx, f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

    2.3.   It-trattament tal-iskart likwidu

    Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament, tal-kapaċitajiet għall-ħżin u tas-sistemi ta’ rilaxx tal-iskart likwidu, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

    2.4.   It-trattament tal-iskart solidu

    Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament u tal-kapaċitajiet għall-ħżin tal-iskart solidu

    2.5.   It-trażżin

    Deskrizzjoni tas-sistemi u tad-dispożizzjonjiet sabiex is-sustanzi radjuattivi jitrażżnu

    2.6.   Id-dekummissjonar u ż-żarmar

    il-perjodu previst ta’ tħaddim tal-installazzjoni,

    il-kunsiderazzjoni mogħtija lid-dekummissjonar u liż-żarmar,

    deskrizzjoni ġenerali tad-dispożizzjonijiet regolatorji u amministrattivi għad-dekummissjonar u għaż-żarmar.

    3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    3.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

    deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura fis-seħħ,

    il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

    3.2.   L-aspetti tekniċi

    ir-rilaxxi annwali previsti,

    l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

    il-ġestjoni ta’ dawn l-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

    3.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), ir-radjunuklidi prinċipali u l-limiti ta’ individwazzjoni assoċjati għandhom għall-inqas jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/2/Euratom (1),

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    3.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

    Ħlief għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), jekk il-livelli massimi ta’ esponiment vvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati  (2) jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

    3.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

    it-tixrid atmosferiku tal-effluwenti,

    id-depożitu fl-art u s-sospensjoni mill-ġdid,

    il-katini alimentari, l-inalazzjoni, l-esponiment estern,...

    id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

    valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

    3.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti tar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 3.1 iktar ’il fuq:

    il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje, għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

    għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    3.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-atmosfera minn installazzjonijiet oħra

    Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi radjuattivi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

    4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    4.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

    deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura ġenerali involuta,

    il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

    4.2.   L-aspetti tekniċi

    ir-rilaxxi annwali previsti,

    l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

    il-ġestjoni tal-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

    4.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), ir-radjunuklidi prinċipali u l-limiti ta’ individwazzjoni assoċjati għandhom għall-inqas jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni 2004/2/Euratom,

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    4.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

    Ħlief għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

    4.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

    id-dispersjoni akkwatika tal-effluwenti,

    it-trasferiment tagħhom bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni,

    ktajjen alimentari, inalazzjoni tar-raxx tal-baħar, esponiment estern,...

    id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

    valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

    4.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 4.1 iktar ’il fuq:

    il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-ilmijiet tas-superfiċje, fil-punti fejn tali konċentrazzjonijiet ikunu fl-ogħla livell tagħhom, qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

    għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    4.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-istess ilmijiet riċeventi minn installazzjonijiet oħra

    Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

    5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

    5.1.   L-iskart solidu radjuattiv

    il-kategoriji tal-iskart solidu radjuattiv u l-ammonti stmati,

    l-ipproċessar u l-ippakkjar,

    l-arranġamenti għal ħżin fis-sit.

    5.2.   Ir-riskji radjoloġiċi għall-ambjent

    il-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent,

    il-prekawzjonijiet meħuda.

    5.3.   L-arranġamenti lil hinn mis-sit għat-trasferiment tal-iskart

    5.4.   Ir-rilaxx ta’ materjali mir-rekwiżiti tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza

    l-istrateġija, il-kriterji u l-proċeduri nazzjonali għar-rilaxx ta’ materjali kkontaminati u attivati,

    il-livelli awtorizzati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għar-rimi, għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid,

    it-tipi u l-ammonti previsti ta’ materjali rilaxxati.

    6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

    6.1.   Analiżi tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi

    Lista tal-aċċidenti studjati fir-rapport dwar is-sikurezza

    6.2.   L-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi possibbli fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati

    Barra minn hekk, għall-operazzjonijiet (1) u (2), l-aċċidenti li tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti biex ikun stabbilit il-pjan ta’ emerġenza nazzjonali relatat mas-sit.

    Deskrizzjoni ġenerali tal-aċċident(i) ikkunsidrat(i) u r-raġunijiet għaliex intgħażel/intgħażlu

    6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tal-aċċident(i) ta’ referenza u għall-operazzjonijiet (1) u (2), l-aċċident(i) li tqies(u) mill-awtoritajiet kompetenti biex ikun stabbilit il-pjan ta’ emerġenza nazzjonali relatat mas-sit

    6.3.1.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi fl-atmosfera

    Ħlief għall-operazzjonijiet elenkati taħt (1) u (2), jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

    is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

    il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

    l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

    il-mudelli u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

    il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    6.3.2.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi f’ambjent akkwatiku

    is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

    il-mudelli u l-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

    7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA, IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

    B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

    l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

    l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħra, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

    l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

    8.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

    il-monitoraġġ tar-radjazzjoni esterna,

    il-monitoraġġ tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti.

    B’referenza għat-Taqsimiet 3.1 u 4.1 msemmija hawn fuq, il-programmi ta’ monitoraġġ kif ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-organizzazzjoni, il-forom u l-frekwenza tal-kampjuni, it-tip ta’ strumenti tal-monitoraġġ li jintużaw f’ċirkostanzi normali u ta’ aċċidenti.

    (1)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2003 dwar informazzjoni standardizzata rigward rilaxxi radjuattivi li jinġarru mal-arja u likwidi fl-ambjent minn reatturi tal-enerġija nukleari u impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid waqt tħaddim normali [traduzzjoni mhux uffiċjali], (ĠU L 2, 6.1.2004, p. 36).

    (2)  L-Istati Membri affettwati għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati d-distanza mill-installazzjoni, id-direzzjoni tar-riħ għar-rilaxxi tal-effluwenti gassużi u r-rotta tal-mogħdijiet tal-ilma għar-rilaxxi tal-effluwenti likwidi.

    ANNESS II

    Dejta ġenerali applikabbli għall-operazzjoni msemmija fil-punt 1(8)

    Il-ġestjoni ta’ qabel ir-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(1) sa (7) u (9)

    Daħla

    preżentazzjoni ġenerali tal-pjan,

    l-istadju attwali tal-proċedura tal-għoti tal-liċenzji, u

    il-fażijiet ta’ kummissjonar previsti.

    1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

    1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

    b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

    bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

    bil-post fejn tinsab l-installazzjoni b’rabta ma’ installazzjonijiet oħra ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

    bil-post fejn jinsab is-sit b’rabta mal-Istati Membri l-oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-konurbazzjonijiet rilevanti, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom.

    1.2.   Is-sismoloġija

    il-grad ta’ attività sismika fir-reġjun; l-attività sismika massima probabbli u r-reżistenza sismika ppjanata tal-installazzjoni.

    1.3.   L-idroloġija

    Għal installazzjoni li tinsab qrib medda ta’ ilma li tipprovdi mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor, deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi xierqa, li jestendu għall-Istat(i) Membru/i l-ieħor/oħra, pereżempju:

    deskrizzjoni fil-qosor tal-mogħdija/mogħdijiet, tributarji, estwarju, astrazzjoni tal-ilma, tal-artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.,

    il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom,

    is-saff taħt l-art li taħtu l-art hija saturata bl-ilma, il-livelli u l-flussi,

    deskrizzjoni fil-qosor taż-żoni littorali,

    id-direzzjoni u l-forza tal-kurrenti, il-marej, ix-xejriet taċ-ċirkolazzjoni, kemm lokali kif ukoll reġjonali,

    ir-riskju tal-għargħar u l-protezzjoni tal-installazzjoni.

    1.4.   Il-meteoroloġija

    Il-klimatoloġija lokali b’distribuzzjonijiet tal-frekwenzi:

    tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

    tal-intensità u d-dewmien tal-preċipitazzjoni,

    għal kull settur tal-irjieħ, il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika, kemm idumu l-inverżjonijiet tat-temperaturi,

    tal-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa).

    1.5.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

    ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

    is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti.

    1.6.   Attivitajiet oħra qrib is-sit

    fejn ikun xieraq, il-faċilitajiet nukleari l-oħra u kwalunkwe attività industrijali jew militari perikoluża, it-traffiku fis-superfiċje u fl-ajru, il-katusi, l-imħażen u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jkollu influwenza fuq is-sikurezza tal-installazzjoni,

    il-miżuri ta’ protezzjoni.

    2.   L-INSTALLAZZJONI

    2.1.   Il-karatteristiċi prinċipali tal-installazzjoni

    deskrizzjoni fil-qosor tal-installazzjoni,

    it-tip, l-iskop u l-karatteristiċi prinċipali tal-proċessi,

    deskrizzjoni tal-iskart radjuattiv li għandu jiġi riċevut għall-ħżin u għall-ipproċessar, il-faċilitajiet u l-kapaċitajiet għall-ħżin, il-kategoriji u t-tipi ta’ skart radjuattiv (pereżempju, skart ta’ livell baxx jew intermedju, metalliku, kombustibbli) li għandhom jinħażnu u jiġu pproċessati, inklużi l-volumi u l-kontenut ta’ radjonuklidi,

    il-pjan ta’ kif inhu mqassam is-sit,

    id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza.

    2.2.   Is-sistemi ta’ ventilazzjoni u t-trattament tal-iskart gassuż u l-iskart li jinġarr mal-arja

    Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, ta’ diżintegrazzjoni ta’ sustanza f’oħra minħabba radjuattività, ta’ filtrazzjoni u ta’ rilaxx, f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

    2.3.   It-trattament tal-iskart likwidu

    Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament, tal-kapaċitajiet għall-ħżin u tas-sistemi ta’ rilaxx tal-iskart likwidu sekondarju, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

    2.4.   It-trattament tal-iskart solidu

    Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament u tal-kapaċitajiet għall-ħżin tal-iskart solidu sekondarju

    2.5.   It-trażżin

    Deskrizzjoni tas-sistemi u tad-dispożizzjonjiet sabiex is-sustanzi radjuattivi jitrażżnu

    2.6.   Id-dekummissjonar u ż-żarmar

    il-perjodu previst ta’ tħaddim tal-installazzjoni,

    il-kunsiderazzjoni mogħtija lid-dekummissjonar u liż-żarmar,

    deskrizzjoni ġenerali tad-dispożizzjonijiet regolatorji u amministrattivi għad-dekummissjonar u għaż-żarmar.

    3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    3.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

    deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura fis-seħħ,

    il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

    3.2.   L-aspetti tekniċi

    ir-rilaxxi annwali mistennija,

    l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

    il-ġestjoni ta’ dawn l-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

    3.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    3.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati  (1) jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

    3.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

    it-tixrid atmosferiku tal-effluwenti,

    id-depożitu fl-art u s-sospensjoni mill-ġdid,

    il-ktajjen alimentari, l-inalazzjoni, l-esponiment estern, …

    id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

    valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

    3.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 3.1 iktar ’il fuq:

    il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje, għall-iktar żoni esposti qrib l-installazzjoni u fi Stati Membri oħra affettwati,

    għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    3.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-atmosfera minn installazzjonijiet oħra

    Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi radjuattivi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

    4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    4.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

    deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura ġenerali involuta,

    il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

    4.2.   L-aspetti tekniċi

    ir-rilaxxi annwali mistennija,

    l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

    il-ġestjoni tal-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

    4.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    4.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza qrib l-impjant.

    4.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

    id-dispersjoni akkwatika tal-effluwenti,

    it-trasferiment tagħhom bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni,

    ktajjen alimentari, inalazzjoni tar-raxx tal-baħar, esponiment estern, …

    id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

    valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

    4.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 4.1 iktar ’il fuq:

    il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-ilmijiet tas-superfiċje, fil-punti fejn tali konċentrazzjonijiet ikunu fl-ogħla livell tagħhom, qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

    għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    4.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-istess ilmijiet riċeventi minn installazzjonijiet oħra

    Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

    5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

    5.1.   L-iskart solidu radjuattiv

    il-kategoriji tal-iskart solidu radjuattiv u l-ammonti stmati,

    l-ipproċessar u l-ippakkjar,

    l-arranġamenti għal ħżin fis-sit.

    5.2.   Ir-riskji radjoloġiċi għall-ambjent

    il-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent,

    il-prekawzjonijiet meħuda.

    5.3.   L-arranġamenti lil hinn mis-sit għat-trasferiment tal-iskart

    5.4.   Ir-rilaxx ta’ materjali mir-rekwiżiti tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza

    l-istrateġija, il-kriterji u l-proċeduri nazzjonali għar-rilaxx ta’ materjali kkontaminati u attivati,

    il-livelli awtorizzati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għar-rimi, għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid,

    it-tipi u l-ammonti previsti ta’ materjali rilaxxati.

    6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

    6.1.   Analiżi tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi

    Lista tal-aċċidenti studjati fir-rapport dwar is-sikurezza

    6.2.   L-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi possibbli fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati

    Deskrizzjoni ġenerali tal-aċċident(i) ikkunsidrat(i) u r-raġunijiet għaliex intgħażel/intgħażlu

    6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tal-aċċident(i) ta’ referenza

    6.3.1.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi fl-atmosfera

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponmenti ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

    is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

    il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

    l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

    il-mudelli u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

    il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    6.3.2.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi f’ambjent akkwatiku

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

    is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

    il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

    l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

    il-mudelli u l-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

    il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA, IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

    B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

    l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

    l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħra, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

    l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

    8.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

    il-monitoraġġ tar-radjazzjoni esterna,

    il-monitoraġġ tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti.

    B’referenza għat-Taqsimiet 3.1 u 4.1 imsemmija hawn fuq, il-programmi ta’ monitoraġġ kif ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-organizzazzjoni, il-forom u l-frekwenza tal-kampjuni, it-tip ta’ strumenti tal-monitoraġġ li jintużaw f’ċirkostanzi normali u ta’ aċċidenti.

    (1)  L-Istati Membri affettwati għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati d-distanza mill-installazzjoni, id-direzzjoni tar-riħ għar-rilaxxi tal-effluwenti gassużi u r-rotta tal-mogħdijiet tal-ilma għar-rilaxxi tal-effluwenti likwidi.

    ANNESS III

    Dejta ġenerali applikabbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(9)

    Iż-żarmar tar-reatturi nukleari, tal-impjanti ta’ manifattura tal-karburant b’ossidi mħallta u tal-impjanti ta’ pproċessar mill-ġdid (ħlief ir-reatturi tar-riċerka li l-enerġija massima tagħhom ma taqbiżx il-50 MW ta’ piż kontinwu termali)

    Daħla

    preżentazzjoni ġenerali tal-pjan,

    deskrizzjoni tal-fażijiet differenti ta’ dekummissjonar u ta’ żarmar previsti,

    il-proċeduri tal-għoti tal-liċenzji għad-dekummissjonar u għaż-żarmar.

    1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

    1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

    b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

    bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

    bil-post fejn tinsab l-installazzjoni b’rabta mal-installazzjonijiet ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

    bil-post fejn jinsab is-sit b’rabta mal-Istati Membri l-oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-konurbazzjonijiet rilevanti, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom.

    1.2.   L-idroloġija

    Għal installazzjoni li tinsab qrib medda ta’ ilma li tipprovdi mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor, deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi xierqa, li jestendu għall-Istat(i) Membru/i l-ieħor/oħra, pereżempju:

    deskrizzjoni fil-qosor tal-mogħdija/mogħdijiet, tributarji, estwarju, astrazzjoni tal-ilma, tal-artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.,

    il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom,

    is-saff taħt l-art li taħtu l-art hija saturata bl-ilma, il-livelli u l-flussi,

    deskrizzjoni fil-qosor taż-żoni littorali,

    id-direzzjoni u l-forza tal-kurrenti, il-marej, ix-xejriet taċ-ċirkolazzjoni, kemm lokali kif ukoll reġjonali,

    ir-riskju tal-għargħar u l-protezzjoni tal-installazzjoni.

    1.3.   Il-meteoroloġija

    Il-klimatoloġija lokali b’distribuzzjonijiet tal-frekwenzi:

    tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

    tal-intensità u d-dewmien tal-preċipitazzjoni,

    għal kull settur tal-irjieħ, il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika, kemm idumu l-inverżjonijiet tat-temperaturi,

    tal-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa).

    1.4.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

    ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

    is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti.

    2.   L-INSTALLAZZJONI

    2.1.   Deskrizzjoni fil-qosor u l-istorja tal-installazzjoni li għandha tiġi żarmata

    2.2.   Is-sistemi ta’ ventilazzjoni u t-trattament tal-iskart gassuż u l-iskart li jinġarr mal-arja

    Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, ta’ diżintegrazzjoni ta’ sustanza f’oħra minħabba radjuattività, ta’ filtrazzjoni u ta’ rilaxx waqt iż-żarmar f’kundizzjonijiet normali u f’każ ta’ aċċident, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

    2.3.   It-trattament tal-iskart likwidu

    Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament tal-iskart likwidu waqt iż-żarmar kif ukoll tal-kapaċitajiet għall-ħżin u tas-sistemi ta’ rilaxx tal-iskart likwidu, inklużi d-dijagrammi tal-flussi

    2.4.   It-trattament tal-iskart solidu

    Deskrizzjoni tal-faċilitajiet ta’ trattament u tal-kapaċitajiet għall-ħżin tal-iskart solidu fis-sit waqt iż-żarmar

    2.5.   It-trażżin

    Deskrizzjoni tas-sistemi u tad-dispożizzjonjiet sabiex is-sustanzi radjuattivi jitrażżnu

    3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    3.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

    deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura fis-seħħ,

    il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet għall-operazzjonijiet ta’ żarmar, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi,

    għall-paragun: il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati fis-seħħ għaż-żmien ta’ qabel l-operazzjonijiet previsti ta’ żarmar, inkluża l-kompożizzjoni tar-radjonuklidi.

    3.2.   L-aspetti tekniċi

    ir-rilaxxi annwali mistennija waqt iż-żarmar,

    l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

    il-ġestjoni ta’ dawn l-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

    3.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    3.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati  (1) jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

    3.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

    it-tixrid atmosferiku tal-effluwenti,

    id-depożitu fl-art u s-sospensjoni mill-ġdid,

    il-ktajjen alimentari, l-inalazzjoni, l-esponiment estern, …

    id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

    valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

    3.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti għar-rilaxxi għall-operazzjonijiet ta’ żarmar iċċitati fit-Taqsima 3.1 iktar ’il fuq:

    il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje, għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

    għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    4.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

    deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura ġenerali involuta,

    il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet għall-operazzjonijiet ta’ żarmar, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi,

    għall-paragun: il-limiti u r-rekwiżiti assoċjati għar-rilaxxi fis-seħħ qabel l-operazzjonijiet previsti ta’ żarmar, inkluża l-kompożizzjoni tar-radjonuklidi.

    4.2.   L-aspetti tekniċi

    ir-rilaxxi annwali mistennija waqt iż-żarmar,

    l-oriġini tal-effluwenti radjuattivi, il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżikokimiċi tagħhom,

    il-ġestjoni tal-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

    4.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    4.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant

    4.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

    id-dispersjoni akkwatika tal-effluwenti,

    it-trasferiment tagħhom bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni,

    ktajjen alimentari, inalazzjoni tar-raxx tal-baħar, esponiment estern, …

    id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

    valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

    4.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti għar-rilaxxi għall-operazzjonijiet ta’ żarmar iċċitati fit-Taqsima 4.1 iktar ’il fuq:

    il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-ilmijiet tas-superfiċje, fil-punti fejn tali konċentrazzjonijiet ikunu fl-ogħla livell tagħhom, qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

    għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

    5.1.   L-iskart solidu radjuattiv

    il-kategoriji tal-iskart solidu radjuattiv u l-ammonti stmati,

    l-ipproċessar u l-ippakkjar,

    l-arranġamenti għal ħżin fis-sit.

    5.2.   Ir-riskji radjoloġiċi għall-ambjent

    il-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent,

    il-prekawzjonijiet meħuda.

    5.3.   L-arranġamenti lil hinn mis-sit għat-trasferiment tal-iskart

    5.4.   Ir-rilaxx ta’ materjali mir-rekwiżiti tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza

    l-istrateġija, il-kriterji u l-proċeduri nazzjonali għar-rilaxx ta’ materjali kkontaminati u attivati,

    il-livelli awtorizzati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għar-rimi, għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid,

    it-tipi u l-ammonti previsti ta’ materjali rilaxxati.

    6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

    6.1.   Analiżi tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi

    Lista tal-aċċidenti studjati fir-rapport dwar is-sikurezza

    6.2.   L-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi possibbli fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati

    Deskrizzjoni ġenerali tal-aċċident(i) ikkunsidrat(i) u r-raġunijiet għaliex intgħażel/intgħażlu

    6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tal-aċċident(i) ta’ referenza

    6.3.1.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi fl-atmosfera

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

    is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

    il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

    l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

    il-mudelli u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

    il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    6.3.2.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi f’ambjent akkwatiku

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

    is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

    il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

    l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

    il-mudelli u l-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

    il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA, IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

    B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

    l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

    l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

    l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

    Fil-każ tar-reatturi, ma għandha tintalab l-ebda dejta jekk il-karburant nukleari kollu ikun ġie ttrasferit ’il bogħod mis-sit f’faċilità liċenzjata jew f’faċilità ta’ ħżin fis-sit, li dwarha diġà ngħatat opinjoni skont it-termini tal-Artikolu 37.

    8.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

    il-monitoraġġ tar-radjazzjoni esterna,

    il-monitoraġġ tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti.

    B’referenza għat-Taqsimiet 3.1 u 4.1 imsemmija hawn fuq, il-programmi ta’ monitoraġġ kif ġew approvati mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-organizzazzjoni, il-forom u l-frekwenza tal-kampjuni, it-tip ta’ strumenti tal-monitoraġġ li jintużaw f’ċirkostanzi normali u ta’ aċċidenti.

    (1)  L-Istati Membri affettwati għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati d-distanza mill-installazzjoni, id-direzzjoni tar-riħ għar-rilaxxi tal-effluwenti gassużi u r-rotta tal-mogħdijiet tal-ilma għar-rilaxxi tal-effluwenti likwidi.

    ANNESS IV

    Dejta ġenerali applikabbli għall-operazzjonijiet imsemmija fil-punt 1(10)

    It-tqegħid tal-iskart radjuattiv fuq jew taħt l-art bl-ebda intenzjoni li jiġi rkuprat

    Daħla

    preżentazzjoni ġenerali tal-pjan għat-tqegħid tal-iskart,

    preżentazzjoni ġenerali tal-maħżen, tat-tip u tal-klassi tal-iskart,

    l-istadju attwali tal-proġett u tal-proċedura tal-għoti tal-liċenzji, l-istadji previsti għall-kummissjonar u għall-għoti tal-liċenzji,

    l-iskala ta’ żmien, id-data prevista għall-bidu tal-proġett, il-perjodu operattiv u d-data tal-għeluq.

    1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

    1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

    b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

    bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

    il-post fejn jinsab il-maħżen b’rabta ma’ installazzjonijiet oħra ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

    il-post fejn jinsab is-sit b’rabta ma’ Stati Membri oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-eqreb konurbazzjonijiet, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom,

    il-bidliet antiċipati fil-ġeografija u fit-topografija matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ wara l-għeluq.

    1.2.   Il-ġeoloġija u s-sismoloġija

    l-ambitu ġeoloġiku,

    il-proċessi tettoniċi attivi, it-terremoti storiċi, il-grad ta’ attività sismika fir-reġjun; l-attività sismika massima probabbli,

    il-karatteristiċi strutturali u ġeotekniċi tal-ħamrija, il-likwefazzjoni tal-ħamrija (kif ikun xieraq),

    il-proċessi tas-superfiċje (uqigħ ta’ massa ta’ materjal imżerżaq għal isfel minn ġenb muntanja u erożjoni) (1),

    il-bidliet antiċipati fil-ġeoloġija matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ wara l-għeluq.

    1.3.   L-idroloġija u l-idroġeoloġija

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi li jipprovdu mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor:

    is-saffi reġjonali u lokali li taħthom l-art hija saturata bl-ilma u l-varjazzjonijiet staġjonali tagħhom,

    id-direzzjoni u l-veloċità tal-fluss tal-ilma ta’ taħt l-art, il-punti ta’ rilaxx u ta’ estrazzjoni tal-ilma,

    l-utenti prinċipali u mbassra tal-ilma eżistenti, il-post fejn jinsab il-maħżen fir-rigward ta’ akwifers potenzjali tal-ilma tajjeb għax-xorb,

    deskrizzjoni fil-qosor tal-korpi tal-ilma tas-superfiċje (xmajjar, lagi, estwarju, estrazzjoni tal-ilma, artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.) u taż-żoni littorali (kif ikun xieraq),

    il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tagħhom (kif ikun xieraq),

    il-kompożizzjoni kimika tal-ilma ta’ taħt l-art,

    ir-riskju tal-għargħar u l-protezzjoni tal-installazzjoni (kif ikun xieraq),

    il-bidliet antiċipati fl-idroloġija, fl-idroġeoloġija matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ wara l-għeluq.

    1.4.   Il-meteoroloġija u l-klima

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi klimatiċi u meteoroloġiċi:

    tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

    tal-intensità tal-preċipitazzjoni tax-xita u tas-silġ u kemm idumu neżlin,

    it-temperatura (medja, minima u massima),

    il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika,

    il-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa) (1),

    il-bidliet antiċipati fil-klima (pereżempju, l-effetti glaċjali, l-impatt potenzjali tat-tisħin globali) u, għas-siti kostali, il-bidliet fil-livelli tal-ibħra u l-erożjoni kostali matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ wara l-għeluq.

    1.5.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

    ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

    is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

    is-suppożizzjonijiet li saru dwar ix-xejriet fil-popolazzjoni, id-drawwiet u s-sorsi tal-ikel futuri.

    1.6.   Attivitajiet oħrajn qrib is-sit

    fejn ikun xieraq, il-faċilitajiet nukleari l-oħra u kwalunkwe attività industrijali jew militari perikoluża, it-traffiku fis-superfiċje u fl-ajru, il-katusi, l-imħażen u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jkollu influwenza fuq is-sikurezza tal-installazzjoni,

    il-miżuri ta’ protezzjoni (kif ikun xieraq),

    l-evoluzzjoni antiċipata tal-attivitajiet matul il-perjodu ta’ żmien ikkunsidrat għall-valutazzjoni tal-impatt fit-tul.

    2.   IL-MAĦŻEN

    2.1.   L-approċċ u d-disinn kunċettwali

    il-kunċett tar-rimi,

    il-fond u l-post b’rabta mal-istrati ġeoloġiċi (kif ikun xieraq) (2)

    il-kriterji tad-disinn għall-fenomeni naturali,

    il-metodi ta’ tqegħid tal-iskart, l-istrateġija u l-metodi biex jitgħatta fejn sar it-tħaffir (backfill) u ta’ siġillar,

    l-approċċ għas-sikurezza: ir-rwol tal-barrieri ġeografiċi u dawk mibnija permezz tal-inġinerija,

    l-għeluq tal-maħżen,

    l-approċċ għall-possibbiltà ta’ rkurpu tal-iskart (jekk ikun applikabbli),

    it-trattament awżiljarju tal-iskart, il-faċilitajiet ta’ kundizzjonar u ta’ ħżin temporanju (buffer storage) li għandhom jinbnew fis-sit tal-maħżen.

    2.2.   L-iskart li għandu jintrema fil-maħżen

    it-tipi ta’ skart,

    il-forma tal-iskart, il-metodi ta’ kundizzjonar applikati u l-karatteristiċi tal-pakketti tal-iskart (kif ikun xieraq),

    l-inventarju tal-iskart, l-ammonti u l-attivitajiet tar-radjonuklidi,

    il-ġenerazzjoni potenzjali tas-sħana, il-ġenerazzjoni potenzjali tal-gass, il-kritikalità potenzjali (kif ikun xieraq),

    ir-rekwiżiti/il-kriterji għall-aċċettazzjoni tal-iskart, il-proċedura għall-verifika tal-pakketti tal-iskart u t-tekniki sabiex tkun żgurata konformità mal-kriterji stabbiliti għall-aċċettazzjoni tal-iskart.

    2.3.   Is-sistemi ta’ ventilazzjoni u t-trattament tal-iskart gassuż u l-iskart li jinġarr mal-arja

    Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, ta’ filtrazzjoni u ta’ rilaxx, f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident (kif ikun xieraq)

    2.4.   Is-sistema ta’ drenaġġ u t-trattament tal-effluwenti likwidi

    Deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ġbir, ta’ drenaġġ u ta’ rilaxx tal-ilma potenzjalment ikkontaminat, f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident (kif ikun xieraq)

    2.5.   Il-ġestjoni ta’ skart solidu u likwidu sekondarju f’kundizzjonijiet normali u fil-każ ta’ aċċident

    il-kategoriji ta’ skart likwidu u solidu radjuattiv sekondarju u l-ammonti stmati,

    il-ħżin u t-trasport tal-iskart,

    it-trattament tal-iskart.

    3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    Waqt it-tħaddim normali tal-faċilitajiet tar-rimi tal-iskart huma mistennija biss rilaxxi ferm żgħar ta’ sustanzi radjuattivi, jekk ikun hemm, u mhuwiex antiċipat li jkun hemm esponiment sinifikanti tal-membri tal-pubbliku. Għalhekk, din it-taqsima mhijiex applikabbli jekk ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni għal rilaxxi radjuattivi. Madankollu, jekk il-limiti għar-rilaxx tar-radjonuklidi huma preskritti u l-monitoraġġ tar-rilaxxi huwa stabbilit, id-dejta ġenerali għandha titressaq skont ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 3 tal-Anness II.

    4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    Waqt it-tħaddim normali tal-faċilitajiet tar-rimi tal-iskart huma mistennija biss rilaxxi ferm żgħar ta’ sustanzi radjuattivi, jekk ikun hemm, u mhuwiex antiċipat li jkun hemm esponiment sinifikanti tal-membri tal-pubbliku. Għalhekk, din it-taqsima mhijiex applikabbli jekk ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni għal rilaxxi radjuattivi. Madankollu, jekk il-limiti għar-rilaxx tar-radjonuklidi huma preskritti u l-monitoraġġ tar-rilaxxi huwa stabbilit, id-dejta ġenerali għandha titressaq skont ir-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima 4 tal-Anness II.

    5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

    Normalment din it-taqsima ma tkunx applikabbli.

    6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

    6.1.   Eżami tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi. L-aċċidenti studjati fir-rapport dwar il-valutazzjoni tas-sikurezza u l-konsegwenzi radjoloġiċi evalwati fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati.

    6.2.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tar-rilaxxi fl-atmosfera

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati  (1) jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

    is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

    il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

    l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

    il-mudelli u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

    il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tar-rilaxxi f’ambjent akkwatiku

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

    is-suppożizzjonijiet li jintużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

    il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

    l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

    il-mudelli u l-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

    il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA; IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

    B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

    l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

    l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

    l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

    8.   IL-PERJODU TA’ WARA L-GĦELUQ

    Il-fażijiet differenti ta’ wara l-għeluq (eż. il-fażijiet ta’ kontroll istituzzjonali attiv u passiv) għandhom jitqiesu fejn ikun xieraq.

    8.1.   Id-dispożizzjonijiet regolatorji u amministrattivi:

    il-pjanijiet għall-għeluq tal-maħżen,

    il-perjodi ta’ żmien ikkunsidrati (il-perjodi ta’ kontroll istituzzjonali attiv u passiv),

    deskrizzjoni tal-miżuri previsti għall-perjodu ta’ kontroll istituzzjonali attiv,

    deskrizzjoni tal-miżuri previsti għall-perjodu ta’ kontroll istituzzjonali passiv,

    iż-żamma tar-reġistri,

    il-programm ta’ żarmar għall-installazzjonijiet awżiljarji,

    l-eżamijiet perjodiċi tas-sikurezza qabel l-għeluq.

    8.2.   L-impatt radjoloġiku matul il-perjodu ta’ wara l-għeluq

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi li jirriżultaw minn evoluzzjoni normali u minn degradazzjoni bikrija tal-barrieri għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-installazzjoni huma inqas minn 1 mSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

    il-barrieri żejda u l-prestazzjoni tal-barrieri (jekk ikun rilevanti),

    il-perjodi ta’ żmien ikkunsidrati,

    il-karatteristiċi, l-avvenimenti u l-proċessi analizzati, deskrizzjoni tax-xenarji preżunti (deskrizzjonijiet fil-qosor tax-xenarju b’evoluzzjoni normali, tax-xenarji b’evoluzzjoni degradata, u tax-xenarji b’indħil mill-bniedem l-iktar rilevanti),

    il-metodi u t-tekniki li jintużaw għall-valutazzjoni tal-impatt radjoloġiku,

    il-parametri u s-suppożizzjonijiet,

    il-mogħdijiet prinċipali ta’ esponiment qrib il-maħżen u Stati Membri oħra affettwati li jirriżultaw minn evoluzzjoni normali u għad-degradazzjoni bikrija tal-barrieri,

    l-attività u ż-żmien magħżul għar-rilaxx tar-radjonuklidi,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-dożi effettivi lil u/jew ir-riskji stmati għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha,

    evalwazzjoni tal-inċertezzi.

    9.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

    il-monitoraġġ operattiv tar-radjazzjoni esterna u tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti (il-forom u l-frekwenza tal-kampjuni, it-tip ta’ strumenti tal-monitoraġġ li jintużaw f’ċirkostanzi normali u ta’ aċċidenti),

    il-linji gwida għall-monitoraġġ ta’ wara l-għeluq tas-sustanzi radjuattivi fl-arja, fl-ilma, fil-ħamrija u fil-ktajjen alimentari, irrispettivament minn jekk jitwettaqx mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti (1),

    kwalunwke arranġament ta’ kollaborazzjoni mal-Istati Membri ġirien rigward il-monitoraġġ ambjentali.

    Noti:

    (1)  Rilevanti għall-imħażen il-ġodda tas-superfiċje biss.

    (2)  Rilevanti għall-imħażen ġeoloġiċi biss.

    (1)  L-Istati Membri affettwati għandhom jintgħażlu billi jiġu kkunsidrati d-distanza mill-installazzjoni, id-direzzjoni tar-riħ għar-rilaxxi tal-effluwenti gassużi u r-rotta tal-mogħdijiet tal-ilma għar-rilaxxi tal-effluwenti likwidi.

    ANNESS V

    Dejta ġenerali applikabbli għall-modifikazzjonijiet ta’ pjan li dwaru għadha ma ngħatat l-ebda opinjoni

    FORMOLA STANDARD

    1.

    L-isem u l-post fejn tinsab il-faċilità kkonċernata:

    2.

    Id-data tal-Opinjoni tal-Kummissjoni:

    3.

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-modifikazzjonijiet ippjanati:

    4.

    Il-limiti għar-rilaxxi awtorizzati fil-pjan eżistenti, u kundizzjonijiet rilevanti oħra:

    4.1.

    Effluwenti gassużi:

    4.2.

    Effluwenti likwidi:

    4.3.

    Skart solidu:

    5.

    Il-limiti għar-rilaxxi l-ġodda previsti mill-awtoritajiet, inklużi l-modifikazzjonijiet fil-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi, u kundizzjonijiet rilevanti oħra:

    5.1.

    Effluwenti gassużi:

    5.2.

    Effluwenti likwidi:

    5.3.

    Skart solidu:

    6.

    Il-konsegwenzi tal-limiti tar-rilaxxi l-ġodda u r-rekwiżiti assoċjati (effluwenti gassużi u/jew likwidi) b’rabta mal-evalwazzjoni tal-esponiment tal-popolazzjoni fi Stati Membri oħra:

    7.

    Il-konsegwenzi tal-modifikazzjonijiet b’rabta mar-rimi tal-iskart solidu:

    8.

    Il-konsegwenzi tal-modifikazzjonijiet b’rabta mal-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu fl-opinjoni preċedenti:

    9.

    Fil-każ ta’ aċċident(i) ta’ referenza ġdid/ġodda: deskrizzjoni u evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi:

    10.

    L-implikazzjonijiet tal-modifikazzjonijiet b’rabta mal-pjanijiet ta’ emerġenza attwali u għall-monitoraġġ ambjentali attwali:

    ANNESS VI

    Dejta ġenerali applikabbli għall-modifikazzjonijiet ta’ pjan li dwaru għadha ma ngħatat l-ebda opinjoni

    Daħla

    preżentazzjoni ġenerali tal-pjan,

    l-istadju preżenti tal-proċedura tal-għoti tal-liċenzji.

    1.   IS-SIT U Ż-ŻONI TA’ MADWARU

    1.1.   Il-karatteristiċi ġeografiċi, topografiċi u ġeoloġiċi tas-sit u tar-reġjun

    b’mappa tar-reġjun li turi l-post u l-koordinati ġeografiċi (gradi, minuti) tas-sit,

    bil-karatteristiċi rilevanti tar-reġjun, inklużi l-karatteristiċi ġeoloġiċi,

    bil-post fejn tinsab l-installazzjoni b’rabta ma’ installazzjonijiet oħra ta’ din ix-xorta, li r-rilaxxi minnhom jeħtieġ li jiġu kkunsidrati flimkien ma’ dawk mill-installazzjoni inkwistjoni,

    bil-post fejn jinsab is-sit b’rabta ma’ Stati Membri oħra, fejn jingħataw id-distanzi mill-fruntieri u l-eqreb konurbazzjonijiet, flimkien mal-popolazzjonijiet tagħhom,

    1.2.   L-idroloġija

    Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 1.2 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rilaxxi mill-impjant tal-effluwenti radjuattivi likwidi f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti jew jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza li jinvolvi/u rilaxxi f’ambjent akkwatiku jiżdiedu.

    Għal installazzjoni li tinsab qrib korp tal-ilma li jipprovdi mogħdija potenzjali ta’ kontaminazzjoni għal Stat Membru ieħor, deskrizzjoni fil-qosor tal-karatteristiċi idroloġiċi xierqa, li jestendu għall-Istat(i) Membru/i l-ieħor/oħra, pereżempju:

    deskrizzjoni fil-qosor tal-mogħdija/mogħdijiet, tributarji, estwarju, astrazzjoni tal-ilma, tal-artijiet li jinsabu fil-baxx li ħafna drabi jiġu mgħarrqa, eċċ.,

    il-flussi tal-ilma medji, massimi u minimi u l-frekwenza tal-okkorrenza tagħhom,

    deskrizzjoni fil-qosor taż-żoni littorali,

    id-direzzjoni u l-forza tal-kurrenti, il-marej, ix-xejriet taċ-ċirkulazzjoni, kemm lokali kif ukoll reġjonali.

    1.3.   Il-meteoroloġija

    Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 1.3 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rilaxxi mill-impjant tal-effluwenti radjuattivi gassużi f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti jew jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza li jinvolvi/u rilaxxi fl-atmosfera jiżdiedu.

    Il-klimatoloġija lokali b’distribuzzjonijiet tal-frekwenzi:

    tad-direzzjonijiet u l-veloċitajiet tal-irjieħ,

    tal-intensità u d-dewmien tal-preċipitazzjoni,

    għal kull settur tal-irjieħ, il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni atmosferika, kemm idumu l-inverżjonijiet tat-temperaturi,

    tal-fenomeni estremi tat-temp (pereżempju, trombi tal-arja, maltempati qawwija, ħafna xita, perjodi ta’ nixfa).

    1.4.   Ir-riżorsi naturali u l-oġġetti tal-ikel

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    l-użu tal-ilma fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fl-Istati Membri ġirien,

    ir-riżorsi prinċipali tal-ikel fir-reġjun u, kif ikun xieraq, fi Stati Membri oħra: l-uċuħ tar-raba’, it-trobbija tal-bhejjem, is-sajd, il-kaċċa u, għar-rilaxxi fil-baħar, id-dejta dwar is-sajd fl-ilmijiet territorjali u ekstraterritorjali,

    is-sistema ta’ distribuzzjoni tal-oġġetti tal-ikel u, b’mod partikolari, l-esportazzjoni lejn Stati Membri oħra mir-reġjuni kkonċernati, sa fejn dawn ikunu relatati mar-riskju ta’ esponiment mir-rilaxxi permezz ta’ mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti.

    2.   L-INSTALLAZZJONI

    deskrizzjoni fil-qosor tal-installazzjoni,

    it-tip, l-iskop u l-karatteristiċi prinċipali tal-proċessi,

    il-pjan ta’ kif inhu mqassam is-sit,

    id-dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza,

    it-trattament tal-iskart,

    id-dettalji rilevanti tal-modifikazzjoni.

    3.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LI JINĠARRU MAL-ARJA F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 3 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rilaxxi mill-impjant tal-effluwenti radjuattivi gassużi f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti.

    3.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

    deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura fis-seħħ,

    il-limiti għall-awtorizzazzjoni attwali,

    il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

    3.2.   L-aspetti tekniċi

    ir-rilaxxi annwali mistennija,

    il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżiċi u kimiċi tal-effluwenti radjuattivi,

    il-ġestjoni ta’ dawn l-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

    3.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    3.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment, eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza ta’ qrib l-impjant.

    3.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-installazzjoni u għal Stati Membri oħra affettwati (1):

    it-tixrid atmosferiku tal-effluwenti,

    id-depożitu fl-art u s-sospensjoni mill-ġdid,

    il-ktajjen alimentari, l-inalazzjoni, l-esponiment estern,...

    id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

    valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

    3.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti previsti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 3.1 iktar ’il fuq:

    il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje, għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

    għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri affettwati oħra, il-livelli annwali ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    3.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-atmosfera minn installazzjonijiet oħra

    Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi radjuattivi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

    4.   IR-RILAXX MILL-INSTALLAZZJONI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI LIKWIDI F’KUNDIZZJONIJIET NORMALI

    Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 4 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rilaxxi mill-impjant tal-effluwenti radjuattivi likwidi f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti.

    4.1.   Il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni fis-seħħ

    deskrizzjoni ġenerali tal-proċedura ġenerali involuta,

    il-limiti għall-awtorizzazzjoni attwali,

    il-limiti tar-rilaxxi u r-rekwiżiti assoċjati previsti mill-awtoritajiet, inkluża l-kompożizzjoni preżunta tar-radjonuklidi.

    4.2.   L-aspetti tekniċi

    ir-rilaxxi annwali mistennija,

    il-kompożizzjoni kif ukoll il-forom fiżiċi u kimiċi tal-effluwenti radjuattivi,

    il-ġestjoni tal-effluwenti, il-metodi u l-mogħdijiet ta’ rilaxx.

    4.3.   Il-monitoraġġ tar-rilaxxi

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    4.4.   Evalwazzjoni tat-trasferiment lill-bniedem

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mir-rilaxxi f’kundizzjonijiet normali għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 10 μSv fis-sena u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar id-dożi effettivi fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti d-dożi lill-gruppi ta’ referenza qrib l-impjant.

    4.4.1.   Il-mudelli, inkluż fejn ikun xieraq il-mudelli ġeneriċi, u l-valuri tal-parametri li jintużaw sabiex jiġu kkalkulati l-konsegwenzi tar-rilaxxi qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati:

    id-dispersjoni akkwatika tal-effluwenti,

    it-trasferiment tagħhom bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni,

    ktajjen alimentari, inalazzjoni tar-raxx tal-baħar, esponiment estern,...

    id-drawwiet tal-għajxien (id-dieta, iż-żmien ta’ esponiment, eċċ.),

    valuri ta’ parametri oħra li jintużaw fil-kalkoli.

    4.4.2.   Evalwazzjoni tal-livelli ta’ konċentrazzjoni u ta’ esponiment assoċjati mal-limiti għar-rilaxxi ċċitati fit-Taqsima 4.1 iktar ’il fuq:

    il-konċentrazzjonijiet medji annwali ta’ attività fl-ilmijiet tas-superfiċje, fil-punti fejn tali konċentrazzjonijiet ikunu fl-ogħla livell tagħhom, qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati,

    għall-grupp(i) ta’ referenza qrib l-impjant u fi Stati Membri oħra affettwati: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    4.5.   Ir-rilaxxi radjuattivi fl-istess ilmijiet riċeventi minn installazzjonijiet oħra

    Il-proċeduri għall-koordinazzjoni mar-rilaxxi minn installazzjonijiet oħra msemmija fit-tielet inċiż tat-Taqsima 1.1

    5.   IR-RIMI TA’ SKART SOLIDU RADJUATTIV MILL-INSTALLAZZJONI

    Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 5 għandha tintalab biss jekk il-modifikazzjoni tar-rimi mill-impjant tal-iskart solidu radjuattiv f’kundizzjonijiet normali tipprevedi limiti awtorizzati jew rekwiżiti assoċjati inqas restrittivi milli fil-pjan eżistenti.

    5.1.   L-iskart solidu radjuattiv

    il-kategoriji tal-iskart solidu radjuattiv u l-ammonti stmati,

    l-ipproċessar u l-ippakkjar,

    l-arranġamenti għal ħżin fis-sit.

    5.2.   Ir-riskji radjoloġiċi għall-ambjent

    il-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent,

    il-prekawzjonijiet meħuda.

    5.3.   L-arranġamenti lil hinn mis-sit għat-trasferiment tal-iskart

    5.4.   Ir-rilaxx ta’ materjali mir-rekwiżiti tal-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza

    l-istrateġija, il-kriterji u l-proċeduri nazzjonali għar-rilaxx ta’ materjali kkontaminati jew attivati,

    il-livelli awtorizzati stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għar-rimi, għar-riċiklaġġ u għall-użu mill-ġdid,

    it-tipi u l-ammonti previsti ta’ materjali rilaxxati.

    6.   IR-RILAXXI MHUX IPPJANATI TA’ EFFLUWENTI RADJUATTIVI

    Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 6 għandha tintalab biss jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza jiżdiedu.

    6.1.   Analiżi tal-aċċidenti ta’ oriġini interna u esterna li jistgħu jirriżultaw f’rilaxxi mhux ippjanati ta’ sustanzi radjuattivi

    Lista tal-aċċidenti studjati fir-rapport dwar is-sikurezza

    6.2.   L-aċċident(i) ta’ referenza li tqies/tqiesu mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi possibbli fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati

    Deskrizzjoni ġenerali tal-aċċident(i) ikkunsidrat(i) u r-raġunijiet għaliex intgħażel/intgħażlu

    L-impatt tal-modifikazzjoni fuq l-aċċident(i) ta’ referenza

    6.3.   Evalwazzjoni tal-konsegwenzi radjoloġiċi tal-aċċident(i) ta’ referenza

    6.3.1.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi fl-atmosfera

    Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 6.3.1 għandha tintalab biss jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza li jipprevedi/u rilaxxi fl-atmosfera jiżdiedu.

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

    is-suppożizzjonijiet li ntużaw sabiex jiġu kkalkulati r-rilaxxi fl-atmosfera,

    il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

    l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

    il-mudelli u l-valuri tal-parametri li ntużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid atmosferiku, id-depożitu fl-art, is-sospensjoni mill-ġdid u t-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti qrib l-impjant u għal Stati Membri oħra affettwati,

    il-konċentrazzjonijiet massimi integrati fiż-żmien tar-radjuattività fl-atmosfera qrib l-art u l-livelli massimi ta’ kontaminazzjoni fis-superfiċje (f’temp niexef u bix-xita) għall-iktar żoni esposti qrib l-impjant u għaż-żoni rilevanti fi Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    Jekk ma ġewx sottomessi diġà taħt l-intestatura 3.3:

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    6.3.2.   L-aċċidenti li jinvolvu rilaxxi f’ambjent akkwatiku

    Id-dejta msemmija f’din it-Taqsima 6.3.2 għandha tintalab biss jekk il-konsegwenzi potenzjali tal-aċċident(i) ta’ referenza li jipprevedi/u rilaxxi f’ambjent akkwatiku jiżdiedu.

    Jekk il-livelli massimi ta’ esponiment ivvalutati mill-aċċident ta’ referenza għall-adulti, għat-tfal u għat-trabi qrib l-impjant huma inqas minn 1 mSv u m’hemm l-ebda mogħdija eċċezzjonali ta’ esponiment eż. li tinvolvi l-esportazzjoni ta’ oġġetti tal-ikel, ma għandha tintalab l-ebda dejta dwar il-livelli ta’ esponiment fi Stati Membri oħra affettwati jekk jiġu pprovduti l-livelli ta’ esponiment ta’ qrib l-impjant.

    is-suppożizzjonijiet li ntużaw sabiex jiġi kkalkulat ir-rilaxx likwidu,

    il-mogħdijiet tar-rilaxxi, ix-xejriet taż-żmien tar-rilaxxi,

    l-ammonti kif ukoll il-forom fiżikokimiċi ta’ dawk ir-radjonuklidi rilaxxati li huma sinifikanti mil-lat tas-saħħa,

    il-mudelli u l-parametri li ntużaw sabiex jiġu kkalkulati t-tixrid akkwatiku, it-trasferiment bis-sedimentazzjoni u bl-iskambju tal-joni, it-trasferiment permezz tal-ktajjen alimentari tar-rilaxxi u sabiex jiġu evalwati l-livelli massimi ta’ esponiment permezz tal-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti,

    il-livelli mistennija tal-kontaminazzjoni radjuattiva tal-oġġetti tal-ikel li jistgħu jiġu esportati lejn Stati Membri oħra affettwati,

    il-livelli massimi ta’ esponiment korrispondenti: id-doża effettiva lill-adulti, lit-tfal u lit-trabi li jgħixu qrib l-impjant u fiż-żoni rilevanti ta’ Stati Membri oħra affettwati, fejn jitqiesu l-mogħdijiet ta’ esponiment sinifikanti kollha.

    Jekk ma ġewx sottomessi diġà taħt l-intestatura 4.3:

    it-teħid ta’ kampjuni, il-kejl u l-analiżi tar-rilaxxi, irrispettivament minn jekk jitwettqux mill-operatur jew mill-awtoritajiet kompetenti,

    il-karatteristiċi prinċipali tat-tagħmir ta’ monitoraġġ,

    il-livelli ta’ allarm, l-azzjonijiet ta’ intervent (manwali u awtomatiċi).

    7.   IL-PJANIJIET TA’ EMERĠENZA; IL-FTEHIMIET MA’ STATI MEMBRI OĦRA

    B’rabta mal-emerġenzi radjoloġiċi possibbli li jistgħu jaffettwaw lil Stati Membri oħra sabiex tkun iffaċilitata l-organizzazzjoni tal-protezzjoni radjoloġika f’dawn l-Istati:

    Deskrizzjoni fil-qosor ta’:

    il-livelli ta’ intervent stabbiliti għat-tipi differenti ta’ kontromiżuri,

    l-arranġamenti għall-ippjanar ta’ emerġenza, inklużi ż-żoni ta’ ppjanar ta’ emerġenza adottati għall-installazzjoni,

    l-arranġamenti stabbiliti għall-iskambju bikri ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħra, il-ftehimiet bilaterali jew multilaterali dwar l-informazzjoni transkonfinali, il-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta’ emerġenza u l-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll l-assistenza reċiproka,

    l-arranġamenti għall-ittestjar tal-pjanijiet ta’ emerġenza b’referenza partikolari għall-involviment ta’ Stati Membri oħra.

    8.   IL-MONITORAĠĠ AMBJENTALI

    Informazzjoni rilevanti b’rabta mal-modifikazzjoni

    Top