This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0749
2010/749/EU: Commission Decision of 2 December 2010 amending Decision 2007/453/EC as regards the BSE status of India, Peru, Panama and South Korea (notified under document C(2010) 8352) Text with EEA relevance
2010/749/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Indja, tal-Perù, tal-Panama u tal-Korea t’Isfel fir-rigward tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8352) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2010/749/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Indja, tal-Perù, tal-Panama u tal-Korea t’Isfel fir-rigward tal-BSE (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8352) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 318, 4.12.2010, p. 47–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007D0453 | Sostituzzjoni | anness |
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Diċembru 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE dwar l-istatus tal-Indja, tal-Perù, tal-Panama u tal-Korea t’Isfel fir-rigward tal-BSE
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8352)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/749/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula r-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċifalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSEs) fl-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (“pajjiżi jew reġjuni”) għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ klassifikazzjoni f’waħda minn tliet kategoriji skont ir-riskju tal-BSE involut, jiġifieri riskju ta’ BSE negliġibbli, riskju ta’ BSE kkontrollat u riskju ta’ BSE mhux determinat. |
(2) |
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew ta’ reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE tagħhom telenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istatus ta’ riskju ta’ BSE tagħhom (2): |
(3) |
L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tikkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru XXII — Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri — adottata mill-OIE f’Mejju 2009 fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. |
(4) |
F’Mejju 2010, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 18 — Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta’ Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri. Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet l-Indja u l-Perù bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta’ BSE u l-Panama u l-Korea t’Isfel bħala pajjiżi li għandhom riskju kkontrollat ta’ BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex issir konformi ma’ dik ir-Riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi terzi. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.
ANNESS
‘LISTA TA PAJJIŻI JEW REĠJUNI
A. Pajjiżi jew reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE
Stati Membri
— |
Il-Finlandja |
— |
L-Isvezja |
Pajjiżi tal-EFTA
— |
L-Islanda |
— |
In-Norveġja |
Pajjiżi terzi
— |
L-Arġentina |
— |
l-Awstralja |
— |
iċ-Ċilì |
— |
L-Indja |
— |
in-New Zealand |
— |
il-Paragwaj |
— |
Il-Perù |
— |
Singapor |
— |
l-Urugwaj |
B. Pajjiżi jew reġjuni b’riskju kkontrollat ta’ BSE
Stati Membri
— |
Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit |
Pajjiżi tal-EFTA
— |
Il-Liechtenstein |
— |
L-Isvizzera |
Pajjiżi terzi
— |
Il-Brażil |
— |
il-Kanada |
— |
il-Kolombja |
— |
Il-Ġappun |
— |
il-Messiku |
— |
il-Panama |
— |
il-Korea t’Isfel |
— |
it-Tajwan |
— |
l-Istati Uniti |
C. Pajjiżi jew reġjuni b’riskju mhux determinat ta’ BSE
— |
Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta’ dan l-Anness.’ |