Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0243

    2009/243/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta’ Marzu 2009 dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li tirrigwarda d-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt tal-ECAA (Spazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni) stabbilit skont il-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Montenegro, in-Norveġja, ir-Rumanija, is-Serbja, u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni, li jemenda l-Anness I għall-Ftehim

    ĠU L 72, 18.3.2009, p. 6–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/243/oj

    18.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 72/6


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-3 ta’ Marzu 2009

    dwar il-pożizzjoni tal-Komunità li tirrigwarda d-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt tal-ECAA (Spazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni) stabbilit skont il-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Montenegro, in-Norveġja, ir-Rumanija, is-Serbja, u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni, li jemenda l-Anness I għall-Ftehim

    (2009/243/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 2006/682/KE tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2006 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja u Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta' Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (1) dwar l-Istabbiliment ta' Żona ta' Avjazzjoni Komuni Ewropea (ECAA) (2),

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (3), (“il-Ftehim”) u b’mod partikulari l-Artikolu 3 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim ġie iffimat fid-9 ta’ Ġunju 2006.

    (2)

    L-Artikolu 18 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li huwa responsabbli għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni korretta tal-Ftehim.

    (3)

    Mill-iffirmar tal-Ftehim 'il hawn, ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida tal-Komunità rilevanti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    (4)

    L-Artikolu 17(3)(a) tal-Ftehim jobbliga lill-Kumitat Konġunt li jadotta d-deċiżjonijiet ta’ reviżjoni tal-Anness I għall-Ftehim.

    (5)

    L-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tirrigwarda l-Ftehim tipprovdi li l-pożizzjoni tal-Komunità li tikkonċerna l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-Kumitat Konġunt li sempliċiment jestendu atti tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità għall-Imsieħba fl-ECAA għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Waħdieni

    Il-pożizzjoni tal-Kominità Ewropea fil-Kumitat Konġunt tal-ECAA stabbilit mill-Artikolu 18 tal-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Montenegro, in-Norveġja, ir-Rumanija, is-Serbja, u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni, li jirrigwarda l-emenda tal-Anness I għall-Ftehim, għandu jiġi bbażat fuq l-Anness għal din id-deċiżjoni.

    Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Marzu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Antonio TAJANI

    Viċi-President


    (1)  Skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

    (2)  ĠU L 285, 16.10.2006, p. 1.

    (3)  ĠU L 285, 16.10.2006, p. 3.


    ANNESS

    DEĊIŻJONI NRU.1/2008 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-ECAA

    tal-10 ta’ Diċembru 2008

    li jieħu post l-Anness I tal-Ftehim tal-ECAA

    IL-KUMITAT KONĠUNT

    Wara li kkunsidra l-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Albanija, il-Bożnja u Ħerzegovina, il-Bulgarija, il-Kroazja, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Iżlanda, il-Montenegro, in-Norveġja, ir-Rumanija, is-Serbja, u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo (1) dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni (‘il-Ftehim tal-ECAA’), u b’mod partikulari l-Artikolu 17(3)(a) tiegħu,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Waħdieni

    L-Anness għal din id-Deċiżjoni jieħu post l-Anness għall-Ftehim tal-ECAA.

    Magħmula f’Oslo, l-10 ta’ Diċembru 2008.

    Għall-Kumitat Konġunt …, il-President

    Awtentikat minn …, is-Segretarju

    ANNESS

    ‘ANNESS I

    IR-REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI

    Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti tal-Komunità Ewropea li ġejjin għandhom ikunu applikabbli f’konformità mal-Ftehim Ewlieni u l-Anness II dwar adattamenti orizzontali sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fil-Protokolli I sa IX ‘l quddiem. Fejn meħtieġ, minn hawn ‘il quddiem qed ikunu stabbiliti adattamenti speċifiċi għal kull att individwali.

    A.   AĊĊESS GĦAS-SUQ U KWISTJONIJIET ANĊILLARI

    Nru 1008/2008

    Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi bl-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 24, l-Artikolu 26 u l-Anness I

    Nru 95/93

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità

    kif emendata bi:

    Ir-Regolament (KE) Nru 894/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2002 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

    Ir-Regolament (KE) Nru 1554/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

    Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, u 14a(2)

    Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) it-terminu “Il-Kummissjoni” għandu jinqara “il-Kumitat Konġunt”.

    Nru 96/67

    Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 25 u l-Anness

    Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 it-terminu “Stati Membri” għandu jinqara “Stati Membri tal-KE”.

    Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2) it-terminu “Il-Kummissjoni” għandu jinqara “il-Kumitat Konġunt”.

    Nru 785/2004

    Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8, u 10(2)

    B.   IL-ĠESTJONI TAT-TRAFFIKU TAL-AJRU

    Nru 549/2004

    Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, 6, u 9 sa 14.

    Nru 550/2004

    Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta’ servizz)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 19, l-Annessi I u II

    Nru 551/2004

    Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: Artikolu 1 sa 11

    Nru 552/2004

    Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta’ interoperabilità)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, l-Annessi I sa V

    Nru 2096/2005

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistipula r-rekwiżiti komuni għall-provvista ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru.[traduzzjoni mhux uffiċjali]

    kif emendata bi:

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008tal-15 ta’ Lulju 2008 li jemenda mit-II sal-V Annessi tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru, fir-rigward ta’ metodi ta’ ħidma u proċeduri tal-operat

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, l-Annessi I sa V

    Nru 2150/2005

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.[traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9 u l-Anness

    Nru 1032/2006

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula r-rekwiżiti għas-sistemi awtomatiċi ta’ skambju ta’ dejta tat-titjira għall-iskopijiet tan-notifika, koordinament u trasferiment ta’ titjiriet bejn unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru.[traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, l-Annessi I sa V

    Nru 1033/2006

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabilixxi ir-rekwiżiti dwar proċeduri għal pjanijiet ta’ titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għas-sema uniku Ewropew.[traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5, l-Anness

    Nru 2006/23

    Id-Direttiva 2006/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16, l-Artikoli 18 sa 19, l-Annessi I sa IV

    Nru 1794/2006

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1794/2006 tas-6 ta’ Diċembru 2006 li jistipula skema komuni ta’ tariffi għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 17, l-Annessi I sa VI

    Nru 219/2007

    Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikolu 1(1)-(2) u (5)-(7), l-Artikoli 2 sa 3, l-Artikolu 4(1), l-Anness

    Nru 633/2007

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta’ protokoll ta’ trasferiment ta’ messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta’ titjiriet bejn ċentri ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru.

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 7, it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 8, l-Annessi I sa IV

    Nru 1265/2007

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi rekwiżiti għal spazjar tal-kanali vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew.

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, l-Annessi I sa IV

    Nru 1315/2007

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005

    Dispożizzjonijiet applikabbli: Artikolu 1 sa 15

    Nru 482/2008

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5, l-Annessi I sa II

    C.   IS-SIKUREZZA FL-AVJAZZJONI

    Nru 3922/91

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

    kif emendat bi:

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2176/96 tat-13 ta’ Novembru 1996 li jemenda għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1069/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 li jadatta għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2871/2000 tat-28 ta’ Diċembru 2000 li jadatta għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea

    Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

    Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li japplikaw għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li japplikaw għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, 12 sa 13 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8(2), (it-tieni sentenza), l-Annessi I sa III

    Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12 “Stati Membri” għandha tinqara “Stati Membri tal-KE”.

    Nru 216/2008

    Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni tal-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 68, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 65, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 69(1), l-Artikolu 69(4), l-Annessi I sa VI

    Nru 1702/2003

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

    kif emendat bi:

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistipula regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-diżinn u l-produzzjoni tagħhom [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006 tat-8 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 bir-rigward għall-perijodu matul liema l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal dewmien limitat

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 rigward regoli ta’ implimentazzjoni għal ċertifikazzjoni ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u apparat relatati [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007 tat-30 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistipula regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-diżinn u l-produzzjoni tagħhom [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008 tat-28 ta’ Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perijodu ta’ validità msemmi fl-Artikolu 2c(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Appendiċi II għall-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 dwar iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni (EASA Formola 15a)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, l-Anness Il-perijodi ta’ tranżizzjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat Konġunt.

    Nru 2042/2003

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol

    kif emendat bi:

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006 tat-8 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar approvazzjonijiet għal perijodu limitat [traduzzjoni mhux uffiċjali] u Annessi I u III

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007 tat-30 ta’ Marzu 2007 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi I sa IV

    Nru 94/56

    Id-Direttiva tal-Kunsill 94/56/KE tal-21 ta’ Novembru 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji fondamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti ta’ avjazzjoni ċivili

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12

    Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 9 u 12 it-terminu “Il-Kummissjoni” għandu jinqara “il-Partijiet Kontraenti l-oħrajn kollha tal-ECAA”

    Nru 2003/42

    Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta’ okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11, l-Annessi I u II

    Nru 1321/2007

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta’ tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’depożitu ċentrali ta’ tagħrif

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4

    Nru 1330/2007

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 tal-24 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta’ tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, l-Annessi I sa II

    Nru 104/2004

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-komposizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurta’ tal-Avjazzjoni Ewropea

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 7 u l-Anness

    Nru 736/2006

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar metodi ta’ ħidma tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni biex twettaq spezzjonijiet standardizzati [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Dispożizzjonijiet applikabbli: L-Artikoli 1 sa 18

    Nru 768/2006

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar is-sikurezza ta’ ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema tal-informazzjoni

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5

    Nru 593/2007

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12,l-Artikolu 14(2), l-Anness

    Nru 2111/2005

    Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 13, l-Anness

    Nru 473/2006

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi A sa C

    Nru 474/2006

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja tat-trasportaturi bl-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità imsemmi fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    kif emendat regolarment bir-Regolament tal-Kummissjoni (2)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 3, l-Annessi A sa B

    D.   SIGURTÀ TAL-AVJAZZJONI

    Nru 300/2008

    Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 18, l-Artikolu 21, l-Artikolu 24(2)-(3), l-Anness

    Nru 820/2008

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 820/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistipula miżuri għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Anness, l-Allegat 1

    Nru 1217/2003

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1217/2003 tal-4 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għal programmi ta’ kontroll ta’ kwalità għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali;

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11, l-Annessi I u II

    Nru 1486/2003

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2003 tat-22 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi proċeduri sabiex jitmexxew spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurta’ tal-avjazzjoni ċivili;

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16

    Nru 1138/2004

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1138/2004 tal-21 ta’ Ġunju 2004 li jistabilixxi tifsira komuni għall-partijiet kritiċi taż-żoni ristretti ta’ sigurtà fl-ajruporti

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8

    E.   AMBJENT

    Nru 2002/30

    Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità

    Kif emendata jew adattata bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u l-Att tal-Adeżjoni tal-2005

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15, l-Annessi I u II

    Nru 2002/49

    Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16, l-Annessi I sa VI

    Nru 2006/93

    Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5

    F.   ASPETTI SOĊJALI

    Nru 1989/391

    Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE, tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    kif emendata bi:

    Id-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li temenda d-Direttiva 89/391/KEE tal-Kunsill, id-Direttivi partikulari tagħha kif ukoll id-Direttivi tal-Kunsill 83/447/KEE, 91/383/KEE, 92/29/KEE u 94/33/KE, bil-ħsieb li jiġu simplifikati u razzjonalizzati r-rapporti dwar l-implimentazzjoni prattika,

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16, u 18 sa 19

    Nru 2003/88

    Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 19, 21 sa 24 u 26 sa 29

    Nru 2000/79

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta’ Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 2 sa 3, l-Anness

    G.   PROTEZZJONI TAL-KONSUMATURI

    Nru 90/314

    Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10

    Nru 93/13

    Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10 u l-Anness

    Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 10, it-terminu “Il-Kummissjoni” għandu jinqara “il-Partijiet Kontraenti l-oħrajn kollha tal-ECAA”

    Nru 95/46

    Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 34

    Nru 2027/97

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-reponsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti

    kif emendat bi:

    Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2002 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8

    Nru 2001/95

    Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 13,16 u 18, l-Annessi I sa II

    Nru 261/2004

    Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 17

    Nru 1107/2006

    Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16, l-Annessi I sa II

    H.   LEĠIŻLAZZJONI OĦRA

    Nru 2299/1989

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/1989 tal-24 ta’ Lulju 1989 dwar kodiċi ta’ kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata

    kif emendat bi:

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3089/93 tad-29 ta’ Ottubru 1993 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2299/89

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/1999 tat-8 ta’ Frar 1999 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2299/89

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 22 u l-Anness

    Nru 91/670

    Id-Direttiva Tal-Kunsill Nru 91/670/KEE tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta’ liċenzji tal-persunal għall-eżerċizzju ta’ funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8 u l-Anness

    Nru 437/2003

    Ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru

    kif emendat bi:

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2005 tat-8 ta’ April 2005 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kodiċi tal-pajjiż li jirrapporta u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 fir-rigward tal-aġġornament tal-lista tal-ajruporti tal-Komunità

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11, l-Annessi I u II

    Nru 1358/2003

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu

    kif emendat bi:

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2007 tas-16 ta’ Frar 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003 fir-rigward tal-lista tal-ajruporti tal-Komunità [traduzzjoni mhux uffiċjali]

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, l-Annessi I sa III

    Nru 2003/96

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

    Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikolu 14(1)b u (2)’


    (1)  Skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Ġunju 1999.

    (2)  Għall-aħħar emenda qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt tal-ECAA f’Diċembru 2008 ara r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1131/2008 tal-14 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità


    Top