Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0655

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 655/2008 ta’ l- 10 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    ĠU L 183, 11.7.2008, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/655/oj

    11.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 183/13


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 655/2008

    ta’ l-10 ta’ Lulju 2008

    li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

    Billi:

    Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Lulju 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

    (2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


    ANNESS

    il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

    (EUR/100 kg)

    Kodiċi NM

    Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

    Valur fiss ta' l-importazzjoni

    0702 00 00

    MA

    33,6

    MK

    19,3

    TR

    54,9

    ZZ

    35,9

    0707 00 05

    TR

    106,9

    ZZ

    106,9

    0709 90 70

    TR

    96,0

    ZZ

    96,0

    0805 50 10

    AR

    97,9

    US

    76,1

    UY

    75,0

    ZA

    94,5

    ZZ

    85,9

    0808 10 80

    AR

    126,0

    BR

    93,1

    CL

    104,2

    CN

    87,0

    NZ

    119,5

    US

    88,2

    UY

    93,6

    ZA

    99,1

    ZZ

    101,3

    0808 20 50

    AR

    108,2

    CL

    104,9

    CN

    113,9

    NZ

    130,6

    ZA

    116,5

    ZZ

    114,8

    0809 10 00

    TR

    183,0

    XS

    130,8

    ZZ

    156,9

    0809 20 95

    TR

    375,3

    US

    179,9

    ZZ

    277,6

    0809 30

    TR

    175,4

    ZZ

    175,4

    0809 40 05

    IL

    217,7

    ZZ

    217,7


    (1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


    Top