Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0192

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2008 tad- 29 ta’ Frar 2008 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 989/2007 li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Barèges-Gavarnie (DPO) – Hořické trubičky (IĠP))

    ĠU L 57, 1.3.2008, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/192/oj

    1.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 57/11


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 192/2008

    tad-29 ta’ Frar 2008

    li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 989/2007 li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Barèges-Gavarnie (DPO) – Hořické trubičky (IĠP))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 7(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Instab żball fil-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 989/2007 (2) rigward il-klassi li fiha jaqa' l-prodott kopert bid-denominazzjoni “Barèges-Gavarnie”.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 989/2007 għandu jiġi kkoreġut skond dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 989/2007, il-punt 1, il-kliem “Klassi 1.3. – Ġobon” għandu jinbidel bil-kliem “Klassi 1.1. – Laħam (u l-ġewwieni) frisk(i)”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 989/2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (2)  ĠU L 219, 24.8.2007, p. 7.


    Top