Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0576

    2008/576/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 4 ta’ Lulju 2008 li temenda l-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-lista tar-reġjuni tal-Polonja uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3284) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 183, 11.7.2008, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R0620

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/576/oj

    11.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 183/40


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta’ l-4 ta’ Lulju 2008

    li temenda l-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tal-lista tar-reġjuni tal-Polonja uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3284)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/576/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ annimali bovini u suwini (1), u b’mod partikolari l-Anness D(I)(E) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista’ jiġi ddikjarat bħala Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mil-lewkożi enżootika bovina suġġett għall-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

    (2)

    Il-lista tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fl-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi status uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika ta’ ċerti Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri fir-rigward ta’ merħliet bovini (2).

    (3)

    Din id-Deċiżjoni, kif emendata mid-Deċiżjoni 2008/404/KE, bħalissa telenka 12-il reġjun amministrattiv (powiaty) fi ħdan l-unità amministrattiva superjuri (Voivodship) ta’ Podkarpackie fil-Polonja, bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina.

    (4)

    Il-Polonja issa ppreżentat ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE, fir-rigward ta’ 13-il reġjun amministrattiv ieħor (powiaty) fi ħdan din l-unità amministrattiva superjuri, biex dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina tal-Polonja.

    (5)

    Wara l-valutazzjoni ta’ din id-dokumentazzjoni, dawn ir-reġjuni (powiaty) tal-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina ta’ dan l-Istat Membru.

    (6)

    L-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fil-Kapitolu 2 ta’ l-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, fl-annotazzjonijiet għall-Polonja, l-annotazzjoni li tikkonċerna l-Voivodship Podkarpackie qed tinbidel b’dan li ġej:

    “Voivodship Podkarpackie

    Powiaty:

    bieszczadzki, brzozowski, dębicki, jarosławski, jasielski, kolbuszowski, krośnieński, Krosno, leski, leżajski, lubaczowski, łańcucki, mielecki, niżański, przemyski, Przemyśl, przeworski, ropczycko-sędziszowski, rzeszowski, Rzeszów, sanocki, stalowowolski, strzyżowski, Tarnobrzeg, tarnobrzeski.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

    (2)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/404/KE (ĠU L 141, 31.5.2008, p. 16).


    Top