Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0385

    2008/385/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l- 24 ta’ Jannar 2008 li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet taċ-ċomb u l-kadmju (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 268) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 136, 24.5.2008, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/01/2013; Imħassar b' 32011L0065

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/385/oj

    24.5.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 136/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    ta' l-24 ta’ Jannar 2008

    li temenda, għall-finijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet taċ-ċomb u l-kadmju

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 268)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/385/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjonijiet ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2002/95/KE lill-Kummissjoni tobbligaha li tivvaluta ċerti sustanzi perikolużi li huma pprojbiti skond l-Artikolu 4(1) ta’ dik id-Direttiva.

    (2)

    Ċerti materjali u komponenti li fihom iċ-ċomb u l-kadmju għandhom ikunu eżenti mill-projbizzjoni, minħabba li l-użu ta' dawn is-sustanzi ta' periklu f'dawk il-materjali u komponenti speċifiċi għadha inevitabbli. Is-sostituzzjoni tal-legi tal-kadmju fit-transducers għad mhijiex fattibbli. Lampi tal-pannelli ċatti mingħajr il-merkurju għad mhumiex disponibbli, u lanqas ma huma disponibbli sostituti fattibbli għall-ossidu taċ-ċomb fit-tubi tal-laser ta' l-argon u l-kripton.

    (3)

    Id-Direttiva 2002/95/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (4)

    Skond l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva, il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati rilevanti.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness għad-Deċiżjoni 2002/95/KE huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Jannar 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/692/KE (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 50).

    (2)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness għad-Direttiva 2002/95/KE, għandhom jiżdiedu l-punti 30, 31 u 32 li ġejjin:

    “30.

    Legi tal-kadmju użati bħala stann fis-saldjar ta' kondutturi elettriċi li jinsabu direttament fuq il-kojl tal-vuċi fi transducers użati fi spikers qawwija b'livelli ta' pressjoni ta' ħoss ta' 100 dB (A) jew aktar.

    31.

    Ċomb f'materjali ta' l-istann f'lampi fluworexxenti ċatti mingħajr il-merkurju (li pereżempju jintużaw għalskrins tal-kristalli likwidi, id-disinn jew fid-dawl industrijali).

    32.

    Ossidu taċ-ċomb fit-taħlit imdewweb ta' l-issiġillar (seal frit) użat fil-manufattura ta' mmuntar tat-twieqi għat-tubi tal-laser ta' l-argon u l-kripton.”


    Top