This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0216
2008/216/EC: Council Decision of 25 June 2007 on the signing and provisional application of the Agreement between the European Community and the Hashemite Kingdom of Jordan on certain aspects of air services
2008/216/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
2008/216/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ġunju 2007 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
ĠU L 68, 12.3.2008, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/216/oj
12.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 68/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ġunju 2007
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
(2008/216/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni, permezz ta’ ftehim Komunitarju, ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti. |
(2) |
F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru konformement mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2003 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehim bilaterali eżistenti permezz ta’ ftehim Komunitarju. |
(3) |
Suġġett għall-konklużjoni eventwalment possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim negozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ l-imsemmi Ftehim.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Sa meta jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim.
Magħmula fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SCHAVAN
12.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 68/15 |
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
minn naħa waħda, u
IR-RENJU ĦAXEMIT TAL-ĠORDAN,
min-naħa l-oħra
(minn hawn ‘il quddiem ‘il-Partijiet’),
FILWAQT LI JINNUTAW li ġew iffirmati ftehim dwar servizzi bilaterali ta’ l-ajru bejn diversi Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, li fihom dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JINNUTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehim bilaterali ta’ servizzi ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, it-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta’ l-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi,
WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi li jiksbu dritt ta’ proprjetà fi trasportaturi ta’ l-ajru mogħtija liċenzja skond il-liġi tal-Komunità Ewropea,
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim bilaterali għal servizzi ta’ l-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, li huma kontra l-liġi tal-Komunità Ewropea, għandhom jinġiebu f’konformità sħiħa magħha sabiex tiġi stabbilita bażi ġuridika tajba għas-servizzi ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u sabiex titħares it-tkomplija ta’ servizzi ta’ l-ajru bħal dawn,
FILWAQT LI JINNUTAW li, skond il-leġiżlazzjoni Ewropea, il-linji ta’ l-ajru fil-prinċipju ma jistgħux jikkonkludu ftehim li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u li jkollhom l-għan jew l-effett li jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni.
FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan li i) jirrikjedu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiċi kkonċertati li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn operaturi ta’ l-ajru fuq ir-rotot rilevanti. jew (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika kkonċertata tali; jew iii) jiddelegaw lil operaturi ta’ l-ajru jew operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jgħawġu, jipprevjenu, jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn l-operaturi ta’ l-ajru fuq ir-rotot rilevanti r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi jistgħu jirrenduhom bla effett,
FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dawn in-negozjati, li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku ta’ l-ajru bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, jew li jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità u trasportaturi ta’ l-ajru tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, jew li jiġu nnegozjati emendi lid-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta’ ftehim bilaterali dwar servizzi ta’ l-ajru dwar drittijiet tat-traffiku.
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-espressjoni ‘Stati Membri’ tfisser l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
2. Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għai-ċittadini ta’ l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu li qed jirriferu għaċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea.
3. Ir-referenzi f’kull ftehim elenkat fl-Anness 1 għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru ta’ l-Istat Membru li huwa parti fil-ftehim għandhom jinftiehmu bħala li qed jirriferu għat-trasportaturi ta’ l-ajru jew linji ta’ l-ajru denominati minn dak l-Istat Membru.
4. L-għoti ta’ drittijiet tat-traffiku għandu jkompli jsir permezz ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u l-Istati Membri.
Artikolu 2
Denominazzjoni minn Stat Membru
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu magħhom fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f’dak li għandu x’jaqsam mad-denominazzjoni ta’ trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija mir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet jew permessi tat-trasportatur ta’ l-ajru, rispettivament.
2. Malli tirċievi denominazzjoni mingħand Stat Membru, ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għandu jagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa bl-anqas dewmien proċedurali, bil-kundizzjoni li:
(i) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru denominanti u jkollu Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; |
(ii) |
ikun eżerċitat u miżmum il-kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru tiegħu u l-awtorità aeronawtika rilevanti tkun identifikata biċ-ċar fid-denominazzjoni; kif ukoll |
(iii) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun proprjetà, direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju, u kkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra. |
3. Ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan jista’ jirrifjuta, jirrevoka, jissospendi jew jillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’ operatur ta’ l-ajru denominat minn Stat Membru fejn:
(i) |
it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx stabbilit, taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fit-territorju ta’ l-Istat Membru denominanti jew ma jkollux Liċenzja Operattiva valida skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew |
(ii) |
ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur ta’ l-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fid-denominazzjoni; jew |
(iii) |
it-trasportatur ta’ l-ajru ma jkunx proprjetà u effettivament ikkontrollat direttament jew permezz ta’ l-akbar sehem azzjonarju mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri, jew minn Stati oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati l-oħra; jew |
(iv) |
it-trasportatur ta’ l-ajru jkun diġà awtorizzat li jopera fl-ambitu ta’ ftehim bilaterali bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u xi Stat Membru ieħor u billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku fl-ambitu ta’ dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti mill-ftehim bilaterali bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u dak l-Istat Membru l-ieħor; jew |
(v) |
it-trasportatur ta’ l-ajru denominat ikun fil-pussess ta’ Ċertifikat Operattiv ta’ l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u dak l-Istat Membru, u d-drittijiet tat-traffiku lejn dak l-Istat Membru jkunu ġew miċħuda lit-trasportatur ta’ l-ajru denominat mir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan. |
Waqt li qed jeżerċita d-dritt tiegħu taħt dan il-paragrafu, ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan ma għandux jiddiskrimina bejn it-trasportaturi ta’ l-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità.
Artikolu 3
Drittijiet rigward il-kontroll regolatorju
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2 (c).
2. Fejn Stat Membru jkun iddenomina trasportatur ta’ l-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan taħt id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ddenomina t-trasportatur ta’ l-ajru u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan għandu japplika bl-istess mod fir-rispett ta’ l-adozzjoni, l-eżerċizzju jew il-manteniment ta’ l-istandards tas-sikurezza mill-Istat Membru l-ieħor u b’rispett ta’ l-awtorizzazzjoni għall-operazzjoni ta’ dik it-trasportatur ta’ l-ajru.
Artikolu 4
Tassazzjoni tal-karburant ta’ l-avjazzjoni
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-Artikoli elenkati fl-Anness 2 (d).
2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness 2(d) ma għandu jżomm l-Istati Membri milli jimponu, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, drittijiet jew ħlasijiet fuq karburant li jiġi fornut fit-territorju tagħhom għall-użu f’inġenju ta’ l-ajru ta’ trasportatur ta’ l-ajru denominat tar-Renju Ħaxemit tal-Ġordan li jopera bejn punt fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
Artikolu 5
It-tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea
1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw l-Artikoli elenkati fl-Anness 2 (e).
2. It-tariffi li jintalbu mit-trasportatur(i) ta’ l-ajru denominat/i mir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan permezz ta’ ftehim elenkat fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2(e) għal ġarr li jseħħ kollu kemm hu fi ħdan il-Komunità Ewropea għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea.
Artikolu 6
Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni
1. Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehim elenkati fl-Anness I ma għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu jew jgħawġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattika miftiehma bħal dan; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni.
2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehim elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu applikati.
Artikolu 7
Annessi ta’ dan il-Ftehim
L-Annessi ta’ dan il-Ftehim se jiffurmaw parti integrali minnu.
Artikolu 8
Reviżjonijiet jew emendament
Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jirrivedu jew jemendaw dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku.
Artikolu 9
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni provviżorja
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu ikunu ġew kompluti.
2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri kollha meħtieġa għal dan il-għan ikunu ġew kompluti.
3. Ftehim u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u r-Renju Ħaxemit tal-Ġordan li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom daħlu fis-seħħ u ma jkunux qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness 1(b). Il-Ftehim għandu japplika għal kull ftehim u arranġament tali mad-dħul fis-seħħ jew ma’ l-applikazzjoni provviżorja tagħhom.
Artikolu 10
Terminazzjoni
1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li għandhom x’jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness 1 ikkonċernat għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin.
2. Fil-każ li l-ftehim kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim jiġi tterminat fl-istess ħin.
B’XHIEDA ta’ DAN, il-firmatarji, debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell, duplikatament, fil-ħamsa u għoxrin jum ta’ Frar tas-sena elfejn u tmienja bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estona, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża u Għarbija.
За Европейската общност
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Pentru Comunitatea Europeană
Za Európske spoločenstvo
Za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
För Europeiska gemenskapen
За Хашемитското кралство Йордания
Por el Reino Hachemí de Jordania
Za Jordánské hášimovské království
For Det Hashemitiske Kongerige Jordan
Für das Haschemitische Königreich Jordanien
Jordaania Hašimiidi Kuningriigi nimel
Για το Χασεμιτικό Βασίλειο της Ιορδανίας
For the Hashemite Kingdom of Jordan
Pour le Royaume hachémite de Jordanie
Per il Regno Hashemita di Giordania
Jordānijas Hāšimītu Karalistes vārdā
Jordanijos Hašimitų Karalystės vardu
A Jordán Hasimita Királyság részéről
Għar-Renju Haxemit tal-Ġordan
Voor het Hasjemitisch Koninkrijk Jordanië
W imieniu Jordańskiego Królestwa Haszymidzkiego
Pelo Reino Hachemita da Jordânia
Pentru Regatul Hașemit al Iordaniei
Za Jordánske hašimovské královstvo
Za Hašemitsko kraljevino Jordanijo
Jordanian hašemiittisen kuningaskunnan puolesta
För Hashemitiska konungariket Jordanien
ANNESS 1
Lista ta’ ftehim imsemmijin fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ftehim dwar servizzi ta’ l-ajru bejn ir-Renju Ħaxemit tal-Ġordan u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, fid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament
|
(b) |
Ftehim dwar is-servizzi ta’ l-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn il-Ġordan u Stati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ u mhux qed jiġu applikati provviżorjament. [spazju mħolli vojt apposta] |
ANNESS 2
Lista ta’ Artikoli fil-ftehim elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 5 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Denominazzjoni minn Stat Membru:
|
(b) |
Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni ta’ l-Awtorizzazzjonijiet jew il-Permessi:
|
(ċ) |
Kontroll regolatorju:
|
(d) |
It-Tassazzjoni tal-Karburant ta’ l-Avjazzjoni:
|
(e) |
It-tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea
|
ANNESS 3
Lista ta’ Stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan il-Ftehim
(a) |
Ir-Repubblika ta l-Islanda (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(b) |
Il-Prinċipat ta’ Liechtenstein (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(ċ) |
Ir-Renju tan-Norveġja (skond il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); |
(d) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera (skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru). |