Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1503

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2007 tat- 18 ta’ Diċembru 2007 dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Diċembru 2007 skond il-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal

    ĠU L 333, 19.12.2007, p. 61–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1503/oj

    19.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 333/61


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1503/2007

    tat-18 ta’ Diċembru 2007

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Diċembru 2007 skond il-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 979/2007 għal-laħam tal-majjal

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2007 tal-21 ta’ Awwissu 2007 għall-ftuħ u sabiex tiġi pprovduta l-amministrazzjoni għall-kwota tat-tariffa fuq l-importazzjoni għal-laħam tal-majjal li joriġina mill-Kanada (2), u partikolarment l-Artikolu 5(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 979/2007 fetaħ il-kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni għall-prodotti tal-laħam tal-majjal.

    (2)

    L-applikazzjonijiet għal liċenzji ta' importazzjoni magħmula matul l-ewwel sebat ijiem ta' Diċembru 2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2008 ma jkoprux il-kwantità totali disponibbli. Il-kwantitajiet ta' l-applikazzjonijiet li ma sarux għandhom għalhekk jiġu determinati u dawn għandhom jingħaddu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu sussegwenti tal-kwota,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwantitajiet li għalihom ma nħarġux liċenzji ta' importazzjoni taħt il-kwota 09.4204 skond ir-Regolament (KE) Nru 979/2007, u li għandhom jingħaddu mas-subperjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2008, huma ta' 3 468 000 kg.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 282, 1.11.1975, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 217, 22.8.2007, p. 12. Ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.


    Top