This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0818
Commission Regulation (EC) No 818/2007 of 12 July 2007 fixing the definitive rate of refund and the percentage of system B export licences to be issued in the fruit and vegetables sector (tomatoes, oranges, lemons and apples)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 818/2007 tat- 12 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rata definittiva ta’ rifużjoni u l-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam, larinġ, lumi u tuffieħ)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 818/2007 tat- 12 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rata definittiva ta’ rifużjoni u l-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam, larinġ, lumi u tuffieħ)
ĠU L 183, 13.7.2007, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 183/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 818/2007
tat-12 ta’ Lulju 2007
li jistabbilixxi r-rata definittiva ta’ rifużjoni u l-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B fis-settur tal-frott u tal-ħaxix (tadam, larinġ, lumi u tuffieħ)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta’ Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1961/2001 tat-8 ta’ Ottubru 2001 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 rigward ir-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni tal-frott u tal-ħxejjex (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 6(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/2007 (3) stabbilixxa l-kwantitajiet indikattivi li għalihom jistgħu jinħarġu liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B. |
(2) |
Rigward il-liċenzji tas-sistema B mitluba mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2007 għat-tadam, il-larinġ, il-lumi u t-tuffieħ, jaqbel li tiġi stabbilita r-rata definittiva ta’ rifużjoni fil-livell tar-rata indikattiva, u li jiġi stabbilit il-perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji għall-esportazzjoni tas-sistema B imressqa skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 134/2007 bejn l-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2007 il-perċentwal tal-ħruġ u r-rati ta’ rifużjoni applikabbli huma stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Lulju 2007.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Lulju 2007.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 47/2003 (ĠU L 7, 11.1.2003, p. 64).
(2) ĠU L 268, 9.10.2001, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).
(3) ĠU L 52, 21.2.2007, p. 12.
ANNESS
Il-perċentwali tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba u r-rata ta’ rifużjoni applikabbli għal-liċenzji tas-sistema B mitluba mill-1 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2007 (tadam, larinġ, lumi u tuffieħ)
Prodott |
Rata tar-rifużjoni (EUR/tunnellata netta) |
Perċentwal tal-ħruġ ta’ liċenzji għall-kwantitajiet mitluba |
Tadam |
20 |
100 % |
Larinġ |
28 |
100 % |
Lumi |
50 |
100 % |
Tuffieħ |
22 |
100 % |