This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007L0051
Directive 2007/51/EC of the European Parliament and of the Council of 25 September 2007 amending Council Directive 76/769/EEC relating to restrictions on the marketing of certain measuring devices containing mercury (Text with EEA relevance)
Direttiva 2007/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar il-marketing ta’ ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva 2007/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar il-marketing ta’ ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 257, 3.10.2007, p. 13–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31976L0769 | Tlestija | anness 1 | 03/10/2007 |
3.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 257/13 |
DIRETTIVA 2007/51/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Settembru 2007
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar restrizzjonijiet dwar il-marketing ta’ ċertu tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2005 dwar l-istrateġija Komunitarja dwar il-merkurju, li qieset l-użi kollha tal-merkurju, ikkonkludiet li jkun xieraq li jiġu introdotti restrizzjonijiet fuq livell Komunitarju għall-marketing ta’ ċertu tagħmir li mhux elettriku jew mhux elettroniku għall-kejl u għall-kontroll li fih il-merkurju, li huwa l-grupp ewlieni tal-prodotti tal-merkurju li s’issa mhuwiex kopert mill-azzjoni Komunitarja. |
(2) |
Li kieku jiddaħħlu restrizzjonijiet fuq il-marketing ta’ tagħmir għall-kejl li fih il-merkurju, ikun hemm benefiċċji għall-ambjent, u għal saħħet il-bniedem għaż-żmien fit-tul, billi l-merkurju ma jitħalliex jidħol fil-mogħdija ta’ l-iskart. |
(3) |
B’kont meħud tal-fattibbiltà teknika u ekonomika, l-evidenza disponibbli dwar it-tagħmir ta’ kejl u ta’ kontroll tindika li miżuri restrittivi immedjati għandhom ikopru biss dak it-tagħmir ta’ kejl maħsub għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali u, b’ mod partikolari, għat-termometri kollha għall-kejl tad-deni. |
(4) |
L-importazzjoni ta’ tagħmir ta’ kejl li fih il-merkurju li għandu aktar minn 50 sena jikkonċerna jew antikitajiet, jew oġġetti kulturali kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3911/92 tad-9 ta’ Diċembru 1992 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (3). Tali kummerċ huwa limitat u jidher li m’hu ta’ l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u għaldaqstant dan m’għandux ikun ristrett. |
(5) |
Fil-preżent, il-barometri tal-merkurju huma manifatturati biss minn ftit intrapriżi żgħar speċjalizzati, u huma mibjugħa lill-pubbliku ġenerali prinċipalment bħala oġġetti dekorattivi. Perijodu ta’ tneħħija gradwali addizzjonali għandu jkun previst għat-tqegħid fis-suq ta’ barometri b’ mod illi jippermetti lill-manifatturi jadattaw in-negozji tagħhom skond ir-restrizzjonijiet u sabiex jimxu lejn produzzjoni ta’ barometri mingħajr merkurju. |
(6) |
Bil-għan li jiġi minimizzat ir-rilaxx tal-merkurju fl-ambjent u sabiex tiġi żgurata t-tneħħija gradwali tal-bqija tat-tagħmir ta’ kejl li fihom il-merkurju fl-użu professjonali u industrijali, speċjalment sphygmomanometers fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni tad-disponibbiltà ta’ alternattivi affidabbli aktar siguri li huma teknikament u ekonomikament fattibbli. Fil-każ ta’ sphygmomanometers fil-qasam tal-kura tas-saħħa, għandhom ikunu kkonsultati esperti mediċi sabiex jiżguraw li l-ħtiġiet tad-dijanjosi u t-trattament ta’ kondizzjonijiet tas-saħħa speċifiċi huma indirizzati b’mod adegwat. |
(7) |
Skond din id-Direttiva għandu jiġi ristrett biss it-tqegħid fis-suq ta’ mezzi ġodda għall-kejl. Din ir-restrizzjoni għalhekk ma tapplikax għal mezzi li diġà qed jintużaw, jew li jinbiegħu second hand. |
(8) |
Id-diskrepanzi bejn il-liġijiet u l-miżuri amministrattivi adottati mill-Istati Membri fir-rigward tar-restrizzjoni fuq il-merkurju f’tagħmir varju għall-kejl u għall-kontroll jistgħu joħolqu ostakoli għall-kummerċ, jgħawġu l-kompetizzjoni fil-Komunità u b’hekk jista’ jkollhom impatt dirett fuq l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern. Jidher għalhekk meħtieġ li jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri fil-qasam tat-tagħmir għall-kejl u għall-kontroll billi jiġu introdotti dispożizzjonijiet armonizzati fir-rigward ta’ dawk il-prodotti li fihom il-merkurju, u b’hekk jiġi ppreservat is-suq intern filwaqt li jkun żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħet il-bniedem u ta’ l-ambjent. |
(9) |
Skond dan għandha tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (4). |
(10) |
Id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għal-leġislazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema li tinsab fid-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (5), u direttivi individwali msejsa fuqha, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu ma’ l-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (6). |
(11) |
Skond il-punt 34 tal-ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (7), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li, sa fejn ikun possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi. |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE huwa b’ dan emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-3 ta' Ottubru 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikun hemm konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Huma għandhom japplikaw dawn il-miżuri mit-3 ta' April 2009.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 25 ta’ Settembru 2007.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
M. LOBO ANTUNES
(1) ĠU C 318, 23.12.2006, p. 115.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2006 (ĠU C 314 E, 21.12.2006, p. 111), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2007 (ĠU C 109 E, 15.5.2007, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Lulju 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(3) ĠU L 395, 31.12.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(4) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/139/KE (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 94).
(5) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2007/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 21).
(6) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2007/30/KE.
(7) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
ANNESS
Il-punt li ġej jiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 76/769/KEE:
|
|