This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007L0039
Commission Directive 2007/39/EC of 26 June 2007 amending Annex II to Council Directive 90/642/EEC as regards maximum residue levels for diazinon (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE tas- 26 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għad-diazinon Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2007/39/KE tas- 26 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għad-diazinon Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 165, 27.6.2007, p. 25–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32005R0396
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31990L0642 | Emenda | anness 2 | 17/07/2007 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32005R0396 | 01/09/2008 |
27.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 165/25 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/39/KE
tas-26 ta’ Ġunju 2007
li temenda l-Anness II għad-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward ta’ livelli massimi ta’ residwi għad-diazinon
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta’ Novembru ta’ l-1990 dwar l-iffissar ta’ livelli massimi għal residwi tal-pestiċidi ġewwa u fuq ċerti prodotti li joriġinaw mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
(1) |
L-Istat Membru rapporteur informa lill-Kummissjoni li jista’ jkun neċessarju li jiġu riveduti l-MRLs għad-diazinon fid-Direttiva 90/642/KEE fid-dawl tad-dubji fil-konsum tal-konsumatur. Proposti għar-reviżjoni tal-livelli massimi ta’ residwi tal-Komunità tressqu quddiem il-Kummissjoni. |
(2) |
L-MRLs u l-livelli li huma rrakkomandati mill-Codex Alimentarius huma stabbiliti u evalwati skond proċeduri simili. Hemm numru ta’ Codex MRLs għad-diazinon. L-MRLs Komunitarji li huma bbażati fuq il-Codex MRLs ġew ukoll ivvalutati mill-Istat Membru rapporteur fid-dawl ta’ l-informazzjoni l-ġdida dwar riskju għall-konsumaturi. |
(3) |
L-esponiment tal-konsumaturi matul ħajjithom kif ukoll għal perjodu qasir għad-diazinon, permezz tal-prodotti ta’ l-ikel, ġie studjat mill-ġdid u vvalutat skond il-proċeduri u l-prattiki Komunitarji, filwaqt li tqiesu l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (2). Fuq din il-bażi, huwa xieraq li jiġu ffissati livelli massimi ġodda ta’ residwi, li jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda esponiment inaċċettabbli tal-konsumatur. |
(4) |
Fejn huwa rilevanti, l-esponiment akut tal-konsumaturi għad-diazinon permezz ta’ kull wieħed mill-prodotti ta’ l-ikel li jista’ jkun fihom residwi ġie studjat u evalwat skond il-proċeduri u l-prattiki tal-Komunità, filwaqt li tqiesu l-linji ta’ gwida ppubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. Il-konklużjoni hija li l-preżenza ta’ residwi ta’ pestiċidi fil-livelli massimi ġodda ta’ residwi jew taħthom mhijiex se tikkawża effetti tossiċi qawwija. |
(5) |
Għaldaqstant huwa neċessarju li jkunu mmodifikati l-MRLs stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 90/642/KEE, sabiex jippermettu sorveljanza u kontroll xierqa tal-projbizzjoni ta’ l-użi tagħhom u għall-ħarsien tal-konsumatur. |
(6) |
Permezz ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, is-sħab kummerċjali tal-Komunità ġew ikkonsultati dwar il-livelli massimi ġodda ta’ residwi u tqiesu l-kummenti tagħhom dwar dawn il-livelli. |
(7) |
L-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE għandu, għalhekk, jiġi emendat kif imiss. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 90/642/KEE hija emendata skond l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mis-27 ta’ Diċembru 2007, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom minnufih jipprovdu lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-28 ta’ Diċembru 2007.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 350, 14.12.1990, p. 71. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/28/KE (ĠU L 135, 26.5.2007, p. 6).
(2) Il-Linji ta’ Gwida għat-tbassir tal-konsum djetetiku ta’ residwi tal-pestiċidi (riveduti), imħejjija mill-GEMS/Programm ta’ Ikel f’kollaborazzjoni mal-Kumitat Codex fuq ir-Residwi tal-Pestiċidi, ippubblikati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fl-1997 (WHO/FSF/FOS/97.7).
ANNESS
Fil-Parti A ta’ l-Anness II għad-Direttiva 90/642/KEE, il-linji għad-diazinon jinbidlu b’dan li ġej:
Residwi ta’ Pestiċida u livelli massimi ta’ residwu (mg/kg) |
|||
“Gruppi u eżempji ta’ prodotti individwali li għalihom japplikaw il-livelli massimi ta’ residwu |
Diazinon |
||
1. Frott, frisk, imnixxef jew nej, ippreżervat fil-friża, mingħajr zokkor miżjud; ġewż |
|||
|
0,01 (*) |
||
Grejpfrut |
|
||
Lumi |
|
||
Lajm |
|
||
Mandolin (inkluzi l-klementini u ibridi oħra) |
|
||
Larinġ |
|
||
Pomelos |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
|
||
Lewż |
0,05 |
||
Ġewż tal-Brażil |
|
||
Ġewż ta’ l-anakardju |
|
||
Qastan |
|
||
Ġewż ta’ l-Indi |
|
||
Ġellewż |
|
||
Makadamja |
|
||
Ġewż tal-Pekan |
|
||
Ġewż ta’ l-arżnu |
|
||
Pistaċċi |
|
||
Ġewż |
|
||
Oħrajn |
0,01 (*) |
||
|
0,01 (*) |
||
Tuffieħ |
|
||
Lanġas |
|
||
Sfarġel |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
0,01 (*) |
||
Berquq |
|
||
Ċiras |
|
||
Ħawħ (inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili) |
|
||
Għanbaqar |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
0,01 (*) |
||
Għeneb tal-mejda |
|
||
Għeneb ta’ l-inbid |
|
||
|
0,01 (*) |
||
|
0,01 (*) |
||
Tut |
|
||
Dewberries |
|
||
Loganberries |
|
||
Lampun |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
|
||
Bilberries |
|
||
Cranberries |
0,2 |
||
Passolina (aħmar, iswed u abjad) |
|
||
Gooseberries |
|
||
Oħrajn |
0,01 (*) |
||
|
0,01 (*) |
||
|
|
||
Avokado |
|
||
Banana |
|
||
Tamal |
|
||
Tin |
|
||
Kiwi |
|
||
Kumquats |
|
||
Litchis |
|
||
Mango |
|
||
Żebbuġ (konsum domestiku) |
|
||
Żebbuġ (estrazzjoni taż-żejt) |
|
||
Papaja |
|
||
Passion fruit |
|
||
Ananas |
0,3 |
||
Rummien |
|
||
Oħrajn |
0,01 (*) |
||
2. Ħxejjex, friski jew mhux imsajrin, iffriżati jew imnixxfin |
|||
|
|
||
Pitrava zokkrija |
|
||
Karrotti |
|
||
Cassava |
|
||
Krafes |
|
||
Mustarda użata għaz-zalza |
|
||
Qaqoċċ |
|
||
Zunnarija bajda |
|
||
Parsley root |
|
||
Ravanell |
0,1 |
||
Sassefrika |
|
||
Patata ħelwa |
|
||
Swedes |
|
||
Turnips |
|
||
Jam |
|
||
Oħrajn |
0,01 (*) |
||
|
|
||
Tewm |
|
||
Basal |
0,05 |
||
Shallots |
|
||
Spring onions |
|
||
Oħrajn |
0,01 (*) |
||
|
|
||
|
|
||
Tadam |
|
||
Bżar |
0,05 |
||
Brunġiel |
|
||
Okra |
|
||
Oħrajn |
0,01 (*) |
||
|
0,01 (*) |
||
Ħjar |
|
||
Gherkins |
|
||
Qarabali |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
0,01 (*) |
||
Bettieħ |
|
||
Squashes |
|
||
Dulliegħ |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
0,02 |
||
|
|
||
|
0,01 (*) |
||
Brokkoli |
|
||
Pastard |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
|
||
Kaboċċi ta’ Brussell |
|
||
Kaboċċi tar-ras |
0,5 |
||
Oħrajn |
0,01 (*) |
||
|
|
||
Kaboċċi taċ-Ċina |
0,05 |
||
Kale |
|
||
Oħrajn |
0,01 (*) |
||
|
0,2 |
||
|
0,01 (*) |
||
|
|
||
Krexxuni |
|
||
Ħass tal-ħaruf |
|
||
Ħass |
|
||
Scarole (endive tal-werqa wiesgħa) |
|
||
Insalata |
|
||
Weraq u zkuk tal-brassica |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
|
||
Spinaċi |
|
||
Weraq tal-pitravi |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Maxxita |
|
||
Kurrat selvaġġ |
|
||
Tursin |
|
||
Weraq tal-karfus |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
0,01 (*) |
||
Fażola (bl-imżiewed) |
|
||
Fażola (mingħajr imżiewed) |
|
||
Piżelli (bl-imżiewed) |
|
||
Piżelli (mingħajr imżiewed) |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
0,01 (*) |
||
Asparagu |
|
||
Kardun |
|
||
Karfus |
|
||
Bużbież |
|
||
Qaqoċċ |
|
||
Kurrat |
|
||
Rabarbru |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
0,01 (*) |
||
|
|
||
|
|
||
|
0,01 (*) |
||
Fażola |
|
||
Għazz |
|
||
Piżelli |
|
||
Lupini |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
0,02 (*) |
||
Żerriegħa tal-kittien |
|
||
Karawett |
|
||
Żerriegħa tal-peprin |
|
||
Ġulġlien |
|
||
Żerriegħa tal-ġirasol |
|
||
Żerriegħa tal-lift |
|
||
Żerriegħa tas-sojja |
|
||
Żerriegħa tal-mustarda |
|
||
Żerriegħa tal-qoton |
|
||
Żerriegħa tal-qanneb |
|
||
Oħrajn |
|
||
|
0,01 (*) |
||
Patata bikrija |
|
||
Varjazzjonijiet ta’ patata |
|
||
|
0,02 (*) |
||
|
0,5 |
(*) Jindika l-limitu l-iktar baxx għad-determinazzjoni analitika”