EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007L0037

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/37/KE tal- 21 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Annessi I u III għad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 161, 22.6.2007, p. 60–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/04/2009; Impliċitament imħassar minn 32007L0046

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2007/37/oj

22.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 161/60


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2007/37/KE

tal-21 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Annessi I u III għad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettruri bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (1) u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 13(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 relatata ma’ l-emissjonijiet minn sistemi tal-kondizzjonament ta’ l-arja fil-vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (2) hija waħda mid-direttivi separati taħt il-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li kienet stabbilita bid-Direttiva 70/156/KEE.

(2)

Id-Direttiva 2006/40/KE tirrikjedi vetturi mgħammra b’sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja ddisinjata li jkollha gassijiet fluworinati li joħolqu l-effett tas-serra li għandhom potenzjal ta’ tisħin globali ogħla minn 150 sabiex jiġu approvati skond it-tip f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-emissjonijiet minn sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja.

(3)

Wara l-introduzzjoni tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE u l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2007 tal-21 ta’ Ġunju 2007 li jistipula, skond id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip KE tal-vetturi, u test armonizzat għall-kejl ta’ telf minn ċerti sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja (3), jeħtieġ li jiżdiedu elementi ġodda għal-lista ta’ informazzjoni fl-Anness I għad-Direttiva 70/156/KEE u r-rekwiżiti tad-dokument ta’ l-informazzjoni għall-għanijiet ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE tal-vetturi fl-Anness III għal dik id-Direttiva.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip KE, ir-rekwiżiti l-ġodda introdotti b’din id-Direttiva għandhom japplikaw mill-istess data bħal miżuri adottati skond id-Direttiva 2006/40/KE u r-Regolament (KE) Nru 706/2007

(5)

Id-Direttiva 70/156/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Adattament għall-Progress Tekniku,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artkolu 1

L-Annessi I u III għad-Direttiva 70/156/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-4 ta’ Jannar 2008, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni i-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-5 ta’ Jannar 2008.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, se jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew se jkunu akkumpanjati b’referenza tali fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif rgħandhom isiru referenzi tali.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/96/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81).

(2)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12.

(3)  Ara paġna 33 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Id-Direttiva 70/156/KEE hija emendata kif ġej:

1)

Fl-Anness I, jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

9.10.8.   Gass użat bħala refriġerant fis-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja: …

9.10.8.1.   Is-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li hija ddisinjata li taħdem bil-gassijiet fluworinati li jikkawżaw l-effett serra b’potenzjal ta’ tisħin globali li jkun ogħla minn 150: IVA / LE (1)

9.10.8.2.   Jekk IVA, imla s-sezzjonijiet li ġejjin:

9.10.8.2.1.   Disinn u deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja, inkluż in-numru ta’ referenza jew tal-part u l-materjal tal-komponent tat-telf:

9.10.8.2.2.   Telf tas-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja:

9.10.8.2.3.   Fil-każ tat-testjar ta’ komponent: lista ta’ komponenti tat-telf inkluż in-numru korrispondenti ta’ referenza jew tal-part u l-materjal, bit-telf ta’ kull sena rispettiv tagħhom u informazzjoni dwar it-test (eż.: numru tar-rapport tat-test, numru ta’ approvazzjoni, eċċ): …

9.10.8.2.4.   Fil-każ ta’ sistema ta’ vettura: numru ta’ referenza jew tal-part u l-materjal tal-komponenti tas-sistema u informazzjoni dwar it-test (eż.: numru ta’ rapport tat-test, numru ta’ approvazzjoni, eċċ): …

9.10.8.3.   Telf globali fi g/sena tas-sistema kollha: …”

2)

Fl-Anness III, jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

9.10.8.   Gass użat bħala refriġerant fis-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja: …

9.10.8.1.   Is-sistema ta’ kondizzjonament ta’ l-arja li hija ddisinjata li taħdem bil-gassijiet fluworinati li jikkawżaw l-effett serra b’potenzjal ta’ tisħin globali li jkun ogħla minn 150: IVA / LE (1)

Jekk iva, it-telf globali fi g/sena tas-sistema sħiħa: …”


Top