This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0490
2007/490/EC: Council Decision of 5 June 2007 abrogating Decision 2003/89/EC on the existence of an excessive deficit in Germany
2007/490/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Ġunju 2007 li tabroga d-Deċiżjoni 2003/89/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Ġermanja
2007/490/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 5 ta’ Ġunju 2007 li tabroga d-Deċiżjoni 2003/89/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Ġermanja
ĠU L 183, 13.7.2007, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32003D0089 |
13.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 183/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Ġunju 2007
li tabroga d-Deċiżjoni 2003/89/KE dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv fil-Ġermanja
(2007/490/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 104(12) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/89/KE (1), wara rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 104(6) tat-Trattat, ġie deċiż li kien jeżisti defiċit eċċessiv fil-Ġermanja. Il-Kunsill innota li d-defiċit ġenerali tal-gvern kien ta’ 3,7 % tal-PGD fl-2002, ogħla sew mill-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD, filwaqt li d-dejn gross ġenerali tal-gvern kien mistenni li jilħaq 60,9 % tal-PGD, kemmxejn ogħla mill-valur ta’ referenza tat-Trattat ta’ 60 % tal-PGD. |
(2) |
Fil-21 ta’ Jannar 2003, skond l-Artikolu 104(7) tat-Trattat u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (2), il-Kunsill indirizza rakkomandazzjoni lill-Ġermanja bil-ħsieb li tiġi terminata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-2004. Ir-rakkomandazzjoni ġiet pubblikata. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi uniċi maħluqa mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2003 u tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea tat-13 ta’ Lulju 2004 (3), is-sena 2005 għandha tkun ikkunsidrata bħala l-iskadenza rilevanti għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv. |
(3) |
Skond il-Protokoll dwar il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat, il-Kummissjoni tipprovdi d-data għall-implimentazzjoni tal-proċedura. Bħala parti mill-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-data dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern u varjabbli assoċjati oħrajn darbtejn fis-sena, jiġifieri qabel l-1 ta’ April u qabel l-1 ta’ Ottubru, f’konformità ma’ l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat-22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv anness għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (4). |
(4) |
Konsegwentement għal notifika provviżorja mogħtija mill-Ġermanja fi Frar 2006, id-data fil-fatt provduta mill-Kummissjoni (Eurostat) indikat li d-defiċit eċċessiv ma kienx ġie korrett sa l-2005. Filwaqt li aġixxa skond l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, u abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill fl-14 ta’ Marzu 2006 immedjatament ħa Deċiżjoni skond l-Artikolu 104(9) tat-Trattat fejn innotifika lill-Ġermanja biex tieħu l-miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma kkunsidrati bħala neċessarji biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard mill-2007 (5). Speċifikament, il-Kunsill iddeċieda li fl-2006 u l-2007, il-Ġermanja għandha tiżgura titjib kumulattiv fil-bilanċ nett aġġustat ċiklikament ta’ miżuri ta’ darba u dawk temporanji b’mill-inqas punt wieħed perċentwali. |
(5) |
Skond l-Artikolu 104(12) tat-Trattat, Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv għandha tiġi abrogata, meta, fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fl-Istat Membru kkonċernat ikun ġie korrett. |
(6) |
Abbażi tad-data provduta mill-Kummissjoni (Eurostat) skond l-Artikolu 8 g(1) tar-Regolament (KE) Nru 3605/93 wara n-notifika mill-Ġermanja qabel l-1 ta’ April 2007 u tat-tbassir tar-Rebbiegħa 2007 tas-servizzi tal-Kummissjoni, huma kunsiljabbli l-konklużjonijiet li ġejjin:
|
(7) |
Fil-fehma tal-Kunsill, id-defiċit eċċessiv fil-Ġermanja ġie korrett u għalhekk id-Deċiżjoni 2003/89/KE għandha tiġi abrogata, |
ADOTTA DIN ID-DECIZJONI:
Artikolu 1
Minn valutazzjoni ġenerali jirriżulta li s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv fil-Ġermanja ġiet korretta.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni 2003/89/KE hija b’dan abrogata.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
F. TEIXEIRA DOS SANTOS
(1) ĠU L 34, 11.2.2003, p. 16.
(2) ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 5).
(3) Kawża C-27/04, Kummissjoni v. Kunsill, [2004] Ġabra I-6649.
(4) ĠU L 332, 31.12.1993, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2103/2005 (ĠU L 337, 22.12.2005, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/344/KE (ĠU L 126, 13.5.2006, p. 20).