Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0014

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 22 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2002/613/KE dwar iċ-ċentri approvati għall-ġbir ta' semen tal-ħnieżer fil-Kanada (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6812) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 7, 12.1.2007, p. 28–29 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 14–15 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/12/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/14(1)/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    14


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-22 ta' Diċembru 2006

    li temenda d-Deċiżjoni 2002/613/KE dwar iċ-ċentri approvati għall-ġbir ta' semen tal-ħnieżer fil-Kanada

    (notifikat bid-dokument numru C(2006) 6812)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/14/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet ta' semen ta' bhejjem domestiċi ta' l-ispeċi tal-majjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/613/KE tad-19 ta' Lulju 2002 li tistipula l-kondizzjonijiet għall-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi tà l-ispeċi tal-ħnieżer (2) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, inkluża l-Kanada, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċi tal-ħnieżer.

    (2)

    Il-Kanada talbet li ssir emenda għal-lista ta' ċentri għall-ġbir ta' semen approvati skond id-Deċiżjoni 2002/613/KE fir-rigward ta' reġistrazzjonijiet għal dan il-pajjiż.

    (3)

    Il-Kanada pprovdiet garanziji fir-rigward tal-konformità mar-regoli xierqa stipulati fid-Direttiva 90/429/KEE u ċ-ċentru l-ġdid li se jiżdied mal-lista ġie uffiċjalment approvat għal esportazzjonijiet lejn il-Komunità mis-servizzi veterinarji ta' dan il-pajjiż.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2002/613/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness V tad-Deċiżjoni 2002/613/KE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    (2)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 45. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2006/271/KE (ĠU L 99, 7.4.2006, p. 29).


    ANNESS

    Fl-Anness V tad-Deċiżjoni 2002/613/KE, ir-ringiela li ġejja hija miżjuda mal-lista għall-Kanada:

    “CA

    1-AI-01

    International Genetics PEI Ltd

    P.O. Box 43, Mount Stewart

    Prince-Edward-Island, C1A 7Z5”


    Top