This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R0215
Commission Regulation (EC) No 215/2006 of 8 February 2006 amending Regulation (EEC) No 2454/93 laying down provisions for the implementation of Council Regulation (EEC) No 2913/92 establishing the Community Customs Code and amending Regulation (EC) No 2286/2003 (Text with EEA relevance)
215/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni Nru 215/2006 tat- 8 ta’ Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali Komunitarju u li jemenda r-Regolament - (KE) Nru 2286/2003 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
215/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni Nru 215/2006 tat- 8 ta’ Frar 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali Komunitarju u li jemenda r-Regolament - (KE) Nru 2286/2003 Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 38, 9.2.2006, p. 11–14
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 152–155
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0481
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993R2454 | abolizzjoni | artikolu 173 | 19/05/2006 | |
Modifies | 31993R2454 | abolizzjoni | artikolu 175 | 19/05/2006 | |
Modifies | 31993R2454 | abolizzjoni | artikolu 177 | 19/05/2006 | |
Modifies | 31993R2454 | Emenda | anness 38 | 01/01/2006 | |
Modifies | 31993R2454 | abolizzjoni | artikolu 174 | 19/05/2006 | |
Modifies | 31993R2454 | abolizzjoni | anness 27 | 19/05/2006 | |
Modifies | 31993R2454 | abolizzjoni | artikolu 176 | 19/05/2006 | |
Modifies | 31993R2454 | Tlestija | artikolu 152.1 | 19/05/2006 | |
Modifies | 31993R2454 | Sostituzzjoni | anness 26 | 19/05/2006 | |
Modifies | 32003R2286 | Sostituzzjoni | artikolu 3.4 | 01/01/2006 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32016R0481 | 01/05/2016 |
28.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
152 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI Nru 215/2006
tat-8 ta’ Frar 2006
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali Komunitarju u li jemenda r-Regolament - (KE) Nru 2286/2003
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tal-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-kodiċi doganali Komunitarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikoli 173 sa l-Artikolu 177 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jipprovdu regoli speċifiċi biex ikun iddeterminat il-valur doganali ta’ ċerti merkanziji li jitħassru malajr. Is-sistema fil-forma attwali tagħha wriet lilha nfisha problematika biex tikkunsidra l-influssi kummerċjali u r-regoli ta’ valutazzjoni ġenerali u għalhekk għandha għalhekk tkun mibdula b’sistema fejn prezzijiet ta’ l-unità nnotifikati mill-Istati Membri u ppromulgati mill-Kummissjoni tista’ tkun użata b’mod dirett biex tiddetermina l-valur doganali ta’ ċerti prodotti importati li jitħassru malajr u li huma mħallsa wara li tkun inbiegħet il-kunsinna. Skond l-Artikolu 19 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 li jipprovdi bażi għas-simplifikazzjoni fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali. |
(2) |
It-tagħrif dwar it-tip ta’ tranżazzjoni, li hu miġbur fil-kaxxa 24 tad-dokument waħdieni amministrattiv (DWA), jippermetti li jiġu kkaratterizati t-tipi differenti ta’ tranżazzjonijiet għat-tfassil ta’ l-istatistika dwar il-kummerċ ta’ l-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi terzi u bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-kodifikazzjoni ta’ dan it-tagħrif hu stipulat fir-Regoli Komunitarji li jeżistu dwar din l-istatistika u b’mod partikolari fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1917/2000 li jwaqqaf ċerti dispożizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1172/95 dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istatistika tal-kummerċ estern (3). Minħabba l-koerenza u l-effikaċja, jeħtieġ għalhekk li ssir referenza għal dawn ir-Regoli fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, għal dak li għandu x’jaqsam mal-kodiċi li għandhom jissemmew fil-kaxxa 24 (tip tat-tranżazzjoni) tad-dokument waħdieni amministrattiv. |
(3) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (4) regola ġdida dwar id-dokument waħdieni amministrattiv u l-użu tiegħu ġew imdaħħla fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93. Dawn il-miżuri għandhom ikunu applikabbli mill--1 ta’ Jannar 2006. Fi qbil ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2286/2003, il-Kummissjoni, fuq bażi ta’ rapport stipulat permezz tal-kontribuzzjonijiet ta’ l-Istati Membri, wettqet valutazzjoni tal-programmi ta’ implimentazzjoni mill-Istati Membri tal-miżuri kkonċernati. Dan ir-rapport wera li ċerti Stati Membri mhumiex fil-pożizzjoni li jadattaw is-sistemi kompjuterizzati tagħhom sa l-1 ta’ Jannar 2006. Jeħtieġ għalhekk li jkun previst, f’ċerti kundizzjonijiet, li d-data ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-miżuri tinbidel għall-1 ta’ Jannar 2007. |
(4) |
Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu emendati r-Regolamenti (KEE) Nru 2454/93 u (KE) Nru 2286/2003. |
(5) |
Il-lista ta’ tranżazzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 1917/2000 li tintuża biex jitniżżlu l-kodiċijiet fil-kaxxa 24 tad-Dokument Waħdieni Amministrattiv ġie emendat b’effett mill-1 ta’ Jannar 2006. It-terminu għall-Istati Membri biex jadattaw is-sistemi ta’clearance bil-kompjuter jiskadi l-istess jum. Id-dispożizzjonijiet relatati ta’ dan ir-Regolament għandhom għalhekk japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2006. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 hu emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 152, għandu jidħol punt (a)a fil-paragrafu 1:
|
(2) |
L-Artikoli 173 sa 177 huma mħassra. |
(3) |
L-Anness 26 hu sostitwit bit-test li hemm fl-Anness 1 għal dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Anness 27 hu mħassar. |
(5) |
L-Anness 38 huwa emendat skond l-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2286/2003 huwa mibdul b’ li ġej:
“4. Il-punti (3) sa (9), (17) u (18) ta’ l-Artikolu 1 huma applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2006. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw dawk id-dispożizzjonijiet qabel dik id-data.
Barra minn hekk, l-Istati Membri li għandhom diffikultajiet biex jadattaw is-sistemi kompjuterizzati tagħhom ta’ tneħħija ta’ dwana jistgħu jbidlu l-adattament ta’ dawn is-sistemi sa l-1.1.2007. F’dawn il-każi, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-modalitajiet u d-data meta jimplimentaw il-punti 3 sa 9, 17 u 18 ta’ l-Artikolu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan it-tagħrif.”
Artikolu 3
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara li jkun ġie ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. L-Artikolu 1(1) sa (4) għandhom japplikaw mid-19 ta’ Mejju 2006.
3. L-Artikolu 1(5) ta’ u l-Artikolu 2 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2006.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, nhar it-8 ta’ Frar 2006.
Għall-Kummissjoni
Laszlo KOVACS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13.)
(2) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1, ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 883/2005 (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 5).
(3) ĠU L 229, 9.9.2000, p. 14. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1949/2005 (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 10).
(4) ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1.
ANNESS I
“ANNESS 26
LISTA TA' OĠĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 152(a)a
Proċedura ssimplifikata għall-valutazzjoni ta’ ċerti prodotti li jitħassru, importati abbażi ta’ kreditu skond l-Artikolu 30(2)(c) (1)
Kodiċi (TARIC) NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu ta' validità |
||||
0701 90 50 |
Patata ġdida |
1.1.-30.6. |
||||
0703 10 19 |
Basal |
1.1.-31.12. |
||||
0703 20 00 |
Tewm |
1.1.-31.12. |
||||
0708 20 00 |
Fażola |
1.1.-31.12. |
||||
0709200010 |
Asparagu:
|
1.1.-31.12 |
||||
0709200090 |
Asparagu:
|
1.1.-31.12. |
||||
0709 60 10 |
Bżar ħelu |
1.1.-31.12. |
||||
ex 0714 20 |
Patata ħelwa, friska jew imkessħa, sħiħa |
1.1.-31.12. |
||||
0804300090 |
Ananas |
1.1.-31.12 |
||||
0804400010 |
Avokado |
1.1.-31.12. |
||||
0805 10 20 |
Larinġ ħelu |
1.6.-30.11. |
||||
0805201005 |
Klementin |
1.3.-31.10. |
||||
0805203005 |
Monreales u Satsumas |
1.3.-31.10. |
||||
0805205007 0805205037 |
Mandolin u Wilkings |
1.3.-31.10. |
||||
0805207005 0805209005 0805209009 |
Tangerines u oħrajn |
1.3.-31.10. |
||||
0805400011 |
Grejpfrut:
|
1.1.-31.12. |
||||
0805400019 |
Grejpfrut:
|
1.1.-31.12. |
||||
0805509011 0805509019 |
Lumi {Citrus aurantifolia, Citrus latifolia) |
1.1.-31.12. |
||||
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
21.11.-20.7. |
||||
0807 11 00 |
Dulliegħ |
1.1.-31.12. |
||||
0807190010 0807190030 |
Amarillo, Cuper, Honey Dew (inkluż Cantalene), Onteniente, Piel de Sapo, (inkluż Verde Liso), Rochet, Tendral, Futuro |
1.1.-31.12. |
||||
0807190091 0807190099 |
Bettieħ oħrajn |
1.1.-31.12 |
||||
0808205010 |
Lanġas:
|
1.5.-30.6. |
||||
0808205090 |
Lanġas:
|
1.5.-30.6. |
||||
0809 10 00 |
Berquq |
1.1.-30.5. & 1.8.-31.12. |
||||
0809 30 10 |
Nuċiprisk |
1.1.-10.6. & 1.10.-31.12. |
||||
0809 30 90 |
Ħawħ |
1.1.-10.6. & 1.10.-31.12. |
||||
0809 40 05 |
Għanbaqar |
1.10.-10.6. |
||||
0810 10 00 |
Frawli |
1.1.-31.12. |
||||
0810 20 10 |
Lampun |
1.1.-31.12. |
||||
0810 50 00 |
Ribes Ċiniż (Kiwifruit) |
1.1.-31.12.” |
(1) Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti jrid jiġi kkunsidrat bħala li ma għandux aktar minn valur indikattiv u l-lista tal-prodotti li qed jiġu stabbiliti, fi ħdan il-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-Kodiċi NM u TARIC bħala kif ikunu fil-mument ta' adozzjoni tar-regolament attwali. Meta l-ex kodiċi huma indikati, il-kodiċi u d-deskrizzjoni korrispondenti tagħhom iridu jinqraw flimkien.
ANNESS II
Fl-Anness 38 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 in-nota li tikkonċerna l-kaxxa 24 hi mibdula bit-test li ġej:
“Kaxxa Nru 24: Natura tat-tranżazzjoni
L-Istati Membri li jeħtieġu din l-informazzjoni għandhom jużaw l-għadd kollu tal-kodiċijiet b’ċifra waħda li tinsab fil-kolonna A tat-tabella stipulata skond l-Artikolu 13(2), tar-egolament (KE) Nru 1917/2000 (*), minbarra, fejn jeħtieġ, tal-kodiċi Nru 9, u juru din iċ-ċifra fix-xellug tal-kaxxa. Eventwalment, huma jistgħu jipprevedu li tkun tista’ titniżżel fil-lemin tal-kaxxa ċifra oħra meħuda mill-kolonna B.