Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006D0802

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Novembru 2006 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra din il-marda ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer f'irziezet fir-Rumanija (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5426) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 627–630 (MT)
    ĠU L 329, 25.11.2006, p. 34–37 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/802/oj

    5.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    627


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-23 ta' Novembru 2006

    li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ u l-vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra din il-marda ta' dawn il-ħnieżer u ta' ħnieżer f'irziezet fir-Rumanija

    (innotifikata taħt dokument numru C(2006) 5426)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2006/802/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 4(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-eradikazzjoni tad-deni tal-ħnieżer klassiku (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(1), it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 19(3) u r-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 20(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 2001/89/KEE tintroduċi miżuri minimi tal-Komunità għall-kontroll tad-deni tal-ħnieżer klassiku. Dawn il-miżuri jinkludu d-dispożizzjoni li l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, wara l-konferma ta' każ primarju ta' deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ, pjan tal-miżuri għall-eradikazzjoni ta' din il-marda. Dawn il-miżuri jipprovdu wkoll għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza għall-ħnieżer slavaġ u ħnieżer f'irziezet.

    (2)

    Fl-2006, id-deni klassiku tal-ħnieżer fir-Rumanija kien preżenti fi ħnieżer slavaġ u fi ħnieżer ta' l-irziezet.

    (3)

    Meta tqis l-Adeżjoni tar-Rumanija, il-miżuri li jikkonċernaw is-sitwazzjoni fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'dan il-pajjiż għandhom jiġu stabbiliti fuq livell komunitarju.

    (4)

    Ir-Rumanija nehdiet programm għas-sorveljanza u l-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-territorju kollu ta' dan il-pajjiż. Dan il-programm għadu għaddej.

    (5)

    Ir-Rumanija fis-27 ta' Settembru 2006 ressqet ukoll għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ u pjan għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza għall-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fit-territorju kollu tar-Rumanija.

    (6)

    Apparti dan, ir-Rumanija ressqet quddiem il-Kummissjoni, fis-27 ta' Settembru 2006, pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ, pjan għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza għall-vaċċinazzjoni tal-ħnieżer fi rziezet kbar tal-ħnieżer permezz ta' vaċċin markanti u pjan għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza għall-vaċċinazzjoni ta' ħnieżer f'irziezet iżgħar tal-ħnieżer b'vaċċin ħaj konvenzjonalment attenwat.

    (7)

    Dawn il-pjanijiet imressqa mir-Rumanija, ġew eżaminati mill-Kummissjoni u nstabu konformi mad-Direttiva 2001/89/KE.

    (8)

    Fl-interess tas-saħħa ta' l-annimali, ir-Rumanija trid tiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-miżuri, b'mod partikolari bil-ħoqien ta' ċentri nazzjonali u lokali ta' kontroll tal-mard li jkunu kompletament funzjonali kif previst fil-pjanijiet imressqa fis-27 ta' Settembru 2006.

    (9)

    Minħabba din il-preżenza endemika tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-territorju tar-Rumanija, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/779/KE li għandha x'taqsam mal-miżuri ta' kontroll tranżitorji tas-saħħa ta' l-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer fir-Rumanija (2) li se japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

    (10)

    Il-miżuri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2006/779/KE jipprojbixxu inter alia d-dispaċċ tal-laħam tal-ħnieżer, prodotti tal-laħam tal-ħnieżer u prodotti u preparazzjonijiet li fihom il-laħam tal-ħnieżer mir-Rumanija lejn l-Istati Membri l-oħra. Għal dan il-għan, dan il-laħam u dawn il-prodotti għandhom jiġu mmarkati b'marka speċjali. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-laħam frisk prodott minn ħnieżer imlaqqma matul il-vaċċinazzjoni ta' emerġenza skond id-Deċiżjoni attwali jiġu mmarkati bl-istess marka u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' dan il-laħam.

    (11)

    Bil-għan ta' l-Adeżjoni tar-Rumanija l-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom jiġu approvati bħala miżuri tranżitorji applikabbli mid-data ta' l-Adeżjoni u għal perjodu ta' disa' xhur.

    (12)

    Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u Saħħet l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ

    Il-pjan imressaq mir-Rumanija għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ, fiż-żona kif stabbilit f'punt 1 ta' l-Anness, huwa approvat.

    Artikolu 2

    Pjan għal vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ

    Il-pjan imressaq mir-Rumanija quddiem il-Kummissjoni fis-27 ta' Settembru 2006 għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ, fiż-żona kif stabbilit f'punt 2 ta' l-Anness, huwa approvat.

    Artikolu 3

    Pjan għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra d -deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer ta' l-irziezet b'vaċċinazzjoni markanti

    Il-pjan imressaq mir-Rumanija quddiem il-Kummissjoni fis-27 ta' Settembru 2006 għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer ta' l-irziezet b' vaċċin markanti, fiż-żona kif stabbilit f'punt 3 ta' l-Anness, huwa approvat.

    Artikolu 4

    Pjan għal vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer ta' l-irziezet b' vaċċin ħaj attenwat konvenzjonali t

    Il-pjan imressaq mir-Rumanija quddiem il-Kummissjoni fis-27 ta' Settembru 2006 għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer ta' l-irziezet b' vaċċin ħaj konvenzjonalment attenwat, fiż-żona kif stabbilit f'punt 4 ta' l-Anness, huwa approvat.

    Artikolu 5

    Obbligi mir-Rumanija rigward il-laħam tal-ħnieżer

    Ir-Rumanija għandha tiżgura li l-laħam tal-ħnieżer miksub mill-ħnieżer:

    (a)

    li huma vaċċinati b'vaċċin markanti skond l-Artikolu 3 ikun limitat għas-suq nazzjonali u ma għandux jintbagħat fi Stati Membri oħra;

    (b)

    li huma vaċċinati skond l-Artikolu 3 u 4 ta' din id-Deċiżjoni, ikun immarkat b'marka ta' identifikazzjoni jew ta' saħħa speċjali li ma tistax tiġi mħawda mat-timbru tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/779/KE;

    (ċ)

    li huma vaċċinati b'vaċċin ħaj konvenzjonalment attenwat skond l-Artikolu 4, ikun limitat għall-konsum domestiku privat jew għall-forniment dirett, mill-produttur, ta' kwantitajiet żgħar lill-konsumatur finali jew lis-suq lokali fl-istess muniċipalità u ma għandux jintbagħat fi Stati Membri oħra.

    Artikolu 6

    Obbligi ta' tagħrif fuq ir-Rumanija

    Ir-Rumanija għandha tiżgura li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġu pprovduti fuq bażi ta' kull xahar b'tagħrif rigward l-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-vaċċinazzjoni ta' emerġenza tal-ħnieżer, kif previst fl-Artikoli 3 u 4, kif ġej:

    (a)

    l-għadd ta' ħnieżer vaċċinati, l-għadd ta' dożi tal-vaċċin użat u l-għadd ta' rziezet fejn dawn il-ħnieżer ġew vaċċinati;

    (b)

    l-għadd ta' ħnieżer maqtula u l-lista ta' biċċeriji fejn inqatlu dawn il-ħnieżer;

    (ċ)

    l-għadd u n-natura tat-testijiet ta' sorveljanza mwettqa biex tiġi kkontrollata l-vaċċinazzjoni u r-riżultati ta' dawn it-testijiet.

    Artikolu 7

    Miżuri ta' konformità mir-Rumanija

    Ir-Rumanija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni u tippubblika dawn il-miżuri. Għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

    Artikolu 8

    Applikabilità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss suġġetta għal u mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

    Id-Deċiżjoni se tapplika għal perjodu ta' disa' xhur.

    Artikolu 9

    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussel, 23 ta' Novembru 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Direttiva kif emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-2003.

    (2)  ĠU L 314, 15.11.2006, p. 48.


    ANNESS

    1.   Żoni fejn il-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ għandu jiġi implimentat:

    It-territorju kollu tar-Rumanija.

    2.   Żoni fejn il-pjan għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ għandu jiġi implimentat:

    It-territorju kollu tar-Rumanija.

    3.   Żoni fejn il-pjan għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza għall-vaċċinazzjoni kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer b'vaċċin markanti tal-ħnieżer f'irziezet tal-ħnieżer għandu jiġi implimentat:

    It-territorju kollu tar-Rumanija.

    4.   Żoni fejn il-pjan għall-vaċċinazzjoni ta' emerġenza kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer b'vaċċin ħaj konvenzjonalment attenwat tal-ħnieżer f'irziezet tal-ħnieżer għandu jiġi implimentat:

    It-territorju kollu tar-Rumanija.


    Top