This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005E0888
Council Common Position 2005/888/CFSP of 12 December 2005 concerning specific restrictive measures against certain persons suspected of involvement in the assassination of former Lebanese Prime Minister Rafiq Hariri
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/888/PESK tat- 12 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati b'involviment fl-assassinju tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/888/PESK tat- 12 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati b'involviment fl-assassinju tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri
ĠU L 327, 14.12.2005, p. 26–27
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 175M, 29.6.2006, p. 191–192
(MT)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/02/2023
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32023D0338 | Żieda | artikolu 2 paragrafu 5 | 16/02/2023 |
29.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
191 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2005/888/PESK
tat-12 ta' Diċembru 2005
dwar miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni suspettati b'involviment fl-assassinju tal-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fil-31 ta' Ottubru 2005, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1636 (2005) (“UNSCR 1636 (2005)”) li tirrikonoxxi r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali ta' Investigazzjoni tan-NU preseduta mis-Sur Detlev Mehlis dwar l-attentat terroristiku bil-bombi li sar fl-14 ta' Frar 2005, f'Beirut, il-Libanu, li qatel 23 persuna, inkluż il-Prim Ministru Libaniż preċedenti Rafiq Hariri, u li bih korrew bosta nies (“il-Kummissjoni ta' Investigazzjoni”). |
(2) |
L-UNSCR 1636 (2005) timponi miżuri għall-prevenzjoni tad-dħul jew tat-transitu fit-territorji ta' l-Istati Membri, u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi, ta' persuni reġistrati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit fil-paragrafu 3(b) ta' l-UNSCR 1636 (2005) (“il-Kumitat”) bħala suspettati b'involviment fl-ippjanar, fl-isponsorjar, fl-organizzazzjoni jew fit-twettiq ta' l-attentat terroristiku bil-bombi. |
(3) |
Fis-7 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet tiegħu dwar is-Sirja u l-Libanu. Il-Kunsill iddeplora l-indikazzjoni ċara li s-Sirja ma kkoperatx b'mod sħiħ mal-grupp ta' investigazzjoni u għamlet sejħa lis-Sirja sabiex tikkopera mingħajr kondizzjonijiet ma' l-investigaturi. |
(4) |
Hija meħtieġa azzjoni mill-Komunitá sabiex jiġu implementati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-prevenzjoni tad-dħul jew tat-transitu fit-territorji tagħhom tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness ma' din il-Pożizzjoni Komuni.
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga Stat Membru li jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu taċ-ċittadini tiegħu stess.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat jiddetermina, minn qabel u fuq bażi ta' każ b'każ, li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuz, jew fejn il-Kumitat jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi l-objettivi ta' l-UNSCR 1636 (2005).
4. F'każijiet fejn skond il-paragrafu 3 u konformement mad-determinazzjonijiet tal-Kumitat, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew it-transitu fit-territorju tiegħu ta' persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tkun mogħtija u għall-persuni interessati minnha.
Artikolu 2
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness, jew li huma proprjetà, jew jinsabu fil-pussess, tagħhom, jew li huma kontrollati minnhom, jew li jinsabu fil-pussess ta' entitajiet li huma proprjetà ta', jew kontrollati b'mod dirett jew indirett minn, tali persuni jew kwalunkwe persuna li taġixxi f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, b'mod dirett jew indirett, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness I.
3. Sakemm ġew approvati mill-Kumitat, jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:
(a) |
neċessarji għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti ta' l-ikel, ħlasijiet ta' kera jew ta' ipoteka, ħlasijiet għal mediċini u għal kura medika, ħlasijiet ta' taxxi, ta' premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' kontijiet għal servizzi ta' l-utilità pubblika; |
(b) |
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż magħmula li jkunu assoċjati ma' l-għoti ta' servizzi legali; |
(ċ) |
maħsuba esklussivament għall-ħlas ta' miżati jew ta' kontijiet għal servizzi, għaż-żamma jew manteniment normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati. |
4. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta' interess jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet, sakemm kwalunkwe interess jew dħul ieħor bħal dawn jibqgħu suġġetti għall-paragrafu 1.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, konformement mal-liġi applikabbli, li jekk persuna fiżika elenkata fl-Anness tinsab fit-territorju tagħhom, tali persuna tkun disponibbli għal intervista mill-Kummissjoni ta' Investigazzjoni jekk dik il-Kummissjoni hekk titlob.
2. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw b'mod sħiħ, konformement mal-liġi applikabbli, ma' kwalunkwe investigazzjoni internazzjonali relatata mal-fondi jew mar-riżorsi ekonomiċi jew mat-transazzjonijiet finanzjarji ta' persuni jew entitajiet elenkati fl-Anness, anke permezz tal-qsim ta' informazzjoni finanzjarja.
Artikolu 4
Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta' persuni relevanti u ta' entitajiet u persuni relatati li tinsab fl-Anness u jimplementa kwalunkwe modifika tagħha abbażi tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kumitat.
Artikolu 5
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tibda jkollha effett fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 6
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, nhar it-12 ta' Diċembru 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. STRAW
ANNESS
Lista ta' persuni fiżiċi u ta' entitajiet imsemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3
(Anness li għandu jiġi kompletat wara li l-persuni u l-entitajiet ikunu ġew reġistrati mill-Kumitat stabbilit fil-paragrafu 3(b) ta' l-UNSCR 1636 (2005)